This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0944
2014/944/EU: Commission Decision of 11 June 2014 on State aid SA.26818 (C 20/10) (ex N 536/08 & NN 32/10) granted by Italy to the Stretto airport anagement company SO.G.A.S. (notified under document C(2014) 3571) Text with EEA relevance
2014/944/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Ġunju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat S.A.26818 (C 20/10) (ex N 536/08 e NN 32/10) li l-Italja wettqet favur SO.G.A.S. — Kumpanija għall-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto (notifikata bid-dokument C(2014) 3571) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
2014/944/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Ġunju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat S.A.26818 (C 20/10) (ex N 536/08 e NN 32/10) li l-Italja wettqet favur SO.G.A.S. — Kumpanija għall-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto (notifikata bid-dokument C(2014) 3571) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 367, 23.12.2014, p. 99–114
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 367/99 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Ġunju 2014
dwar l-Għajnuna mill-Istat S.A.26818 (C 20/10) (ex N 536/08 e NN 32/10) li l-Italja wettqet favur SO.G.A.S. — Kumpanija għall-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto
(notifikata bid-dokument C(2014) 3571)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/944/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
wara li stiednet il-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b'konformità mal-artikoli msemmija (1) u kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati,
billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Fis-27 ta' Ottubru 2008 l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tar-Reġjun ta' Calabria li jagħti għajnuna fil-forma ta' injezzjonijiet ta' kapital biex ikopri t-telf finanzjarju mġarrab fl-2004 u fl-2005 minn SO.G.A.S. S.p.A. — Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Ajruport ta' Stretto (minn hawn 'il quddiem “SO.G.A.S.” jew “il-benefiċjarju”) li tiġġestixxi l-ajruport ta' Reggio Calabria. |
(2) |
Matul l-eżami preliminari l-Kummissjoni saret taf dwar l-eżistenza ta' miżuri oħra ta' appoġġ favur l-istess benefiċjarju li setgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali. Dawn il-miżuri kienu inklużi fl-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. |
(3) |
Wara li ġiet infurmata dwar il-fatt li l-għajnuna mill-Istat kienet fil-fatt ingħatat qabel ma hi setgħet tivvaluta l-kompatibilità tagħha mas-suq intern, il-Kummissjoni rreġistrat il-każ bħala għajnuna mhux innotifikata bin-numru NN 32/10. |
(4) |
Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-miżura notifikata bl-ittri tas-27 ta' Novembru 2008, tat-23 ta' Frar 2009 u tad-19 ta' Mejju 2009, li l-Italja wieġbet fl-14 ta' Jannar 2009, fis-26 ta' Marzu 2009 u fid-9 ta' Ottubru 2009. |
(5) |
Permezz ta' ittra tal-20 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja dwar id-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE dwar il-miżuri ta' għajnuna mogħtija lil SO.G.A.S. (minn hawn 'il quddiem “deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura”). |
(6) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom. |
(7) |
Permezz ta' ittra tad-19 ta' Novembru 2010, il-benefiċjarju ppreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar id-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura. Fl-20 ta' Diċembru 2010 l-Kummissjoni ssottomettiet dawn l-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Taljani, u tagħthom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom. Fid-29 ta' April 2011, wara tfakkira tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011, wasslu l-osservazzjonijiet tal-Italja. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni oħra mill-partijiet interessati. |
(8) |
L-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura b'ittri tat-23 ta' Settembru 2010 u tal-15 ta' Diċembru 2010. |
(9) |
Permezz ta' ittra tat-30 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-miżuri li kienu qed jiġu investigati, li eventwalment ġiet sottomessa mill-awtoritajiet Taljani permezz ta' ittra tat-30 ta' April 2012. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI
2.1. Il-benefiċjarju
(10) |
Il-benefiċjarju tal-miżuri huwa l-kumpanija ta' ġestjoni tal-Ajruport ta' Reggio Calabria, SO.G.A.S. |
(11) |
SO.G.A.S. hija kumpanija pubblika li taqa' taħt il-liġi Taljana, stabbilita f'Marzu 1981 u tappartjeni kompletament lil entitajiet pubbliċi. |
(12) |
Il-volum ta' traffiku ġestit mill-ajruport żdied minn 272 859 passiġġier fl-2004 għal 571 694 passiġġier fl-2012 (3). |
2.2. Il-miżuri kkontestati
(13) |
Il-miżura notifikata mill-Italja dwar l-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 1 824 964 mir-Reġjun ta' Calabria biex tkopri t-telf imġarrab minn SO.G.A.S. fl-2004 u fl-2005. |
(14) |
F'Ġunju tal-2005 u l-2006, l-azzjonarji pubbliċi ta' SO.G.A.S. ddeċidew li jagħmlu tajjeb għat-telf imġarrab mill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport (EUR 1 392 900 u EUR 2 257 028 rispettivament) fis-sentejn ta' qabel, permezz ta' injezzjonijiet ta' kapital proporzjonali. Dak iż-żmien, ir-Reġjun ta' Calabria kellu 50 % tal-kapital, filwaqt li l-bqija kienu ishma miżmuma mill-Muniċipalità ta' Reggio Calabria, mill-Provinċja ta' Reggio Calabria, mill-Provinċja ta' Messina, mill-Muniċipalità ta' Messina, mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Reggio Calabria u mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina. |
(15) |
Abbażi tal-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni fiż-żmien meta adottat id-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, il-Provinċja ta' Reggio Calabria, il-Muniċipalità ta' Messina, il-Municipalità ta' Reggio Calabria u l-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina kienu diġà għamlu injezzjonijiet ta' kapital proporzjonali. |
(16) |
Fl-2006 l-kumpanija maniġerjali tal-ajruport irreġistrat telf ieħor ta' EUR 6 018 982. F'Diċembru 2007 l-azzjonisti ta' SO.G.A.S. iddeċidew li jikkonvertu r-riżervi tal-kumpanija f'ekwità u li jwettqu tnaqqis tal-kapital tal-kumpanija biex ikopru l-bqija tat-telf. Il-kapital iddeterminat f'dan il-mod xorta kien inqas mill-ammont minimu preskritt mil-liġi Taljana għall-kumpanija maniġerjali tal-ajruport. L-azzjonisti ta' SO.G.A.S. sadanittant iddeċidew li jżidu l-kapital tal-kumpanija ta' EUR 2 742 919 għal-livelli konformi mal-obbligi legali. Iż-żieda fil-kapital twettqet permezz ta' konverżjoni tal-bonds li qabel kienu sottoskritti minn uħud mill-azzjonisti ta' SO.G.A.S., għal total ta' EUR 2 742 919. Minħabba li r-Reġjun ta' Calabria ma kienx parti mill-azzjonisti li kellhom tali bonds konvertibbli, is-sehem tiegħu tal-kapital tal-kumpanija naqas minn 50 % għal 6,74 %. |
2.3. L-awtorità li tat l-għajnuna
(17) |
Ir-Reġjun ta' Calabria huwa l-awtorità li wettqet il-miżuri msemmija. |
(18) |
Kif diġà spjegat hawn fuq, anki l-Provinċja ta' Reggio Calabria, il-Muniċipalità ta' Reggio Calabria, il-Provinċja ta' Messina, il-Muniċipalità ta' Messina, il-Kamra tal-Kummerċ ta' Reggio Calabria u l-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina taw fondi pubbliċi lil SO.G.A.S. permezz ta' injezzjonijiet ta' kapital proporzjonali destinati biex ikopru t-telf irreġistrat fl-2004, fl-2005 u fl-2006 u biex iġibu l-kapital tal-kumpanija għal-livelli li jikkonformaw mal-obbligi tal-liġi. |
2.4. Bilanċ
(19) |
L-awtoritajiet Taljani nnotifikaw l-injezzjoni ta kapital ta' EUR 1 824 964 li jikkorrispondi għas-sehem tar-Reġjun ta' Calabria tal-kapital ta' SO.G.A.S., kif deċiż f'Ġunju tal-2005 u l-2006 rispettivament. Barra minn hekk, kif diġà enfasizzat, it-telf ekwivalenti għal EUR 1 824 964 kien eliminat mill-azzjonisti pubbliċi l-oħra. Injezzjoni oħra ta' kapital ta' EUR 2 742 919 twettqet f'Diċembru 2007. |
(20) |
L-allokazzjoni totali tal-miżuri li qed jiġu investigati tammonta għalhekk għal EUR 6 392 847. |
2.5. Proċeduri ġudizzjarji nazzjonali
(21) |
Minħabba li r-Reġjun ta' Calabria kien iddeċieda li ma jwettaqx l-injezzjonijiet ta' kapital deċiżi mill-azzjonisti f'Ġunju 2005 u l-2006 qabel deċiżjoni awtorizzata mill-Kummissjoni, SO.G.A.S. daħlet fi proċeduri ta' appell quddiem it-Tribunal ta' Reggio Calabria. It-Tribunal iddeċieda favur SO.G.A.S. u l-oppożizzjoni tar-Reġjun ġiet miċħuda f'Mejju 2009. |
(22) |
Għalkemm irrikonoxxa l-kompetenza tal-Kummissjoni li tiddeċiedi rigward il-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern, l-imħallef Taljan iddeċieda li kienet fil-kompetenza tal-imħallfin nazzjonali li jiddeċiedu jekk miżura ta' għajnuna tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew le. L-imħallef sostna li, fil-każ involut, il-finanzjament pubbliku ma kienx għajnuna mill-Istat fis-sens li t-tali finanzjament ma kienx att li jgħawweġ il-kompetizzjoni, u lanqas ma kellu impatti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-imħallef osserva wkoll li l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq kien issodisfat fil-każ tal-miżura msemmija, irrispettivament mit-telf imġarrab fl-2004 u fl-2005, minħabba li fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna diġà kienu jeżistu prospettivi raġjonevoli ta' vijabilità fit-tul. |
(23) |
Ir-Reġjun ippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal ta' Reggio Calabria fejn argumenta li l-miżura kienet għajnuna mill-Istat u għalhekk mhux suppost li titwettaq qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. F'Diċembru 2009 l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-appell kien ġie miċħud u li ma kellhomx mezzi oħra proċedurali biex jappellaw il-konċessjoni tal-kontribuzzjoni pubblika lil SO.G.A.S. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
(24) |
Fid-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni qieset, b'mod preliminari, li kemm l-injezzjonijiet proporzjonali tar-Reġjun u tal-azzjonisti l-oħra pubbliċi li jkopru t-telf imġarrab fl-2004 u fl-2005, kif ukoll l-injezzjonijiet ta' kapital approvati mill-azzjonisti ta' SO.G.A.S. f'Diċembru 2007 jammontaw għal għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(25) |
Il-Kummissjoni qieset, b'mod preliminari, li l-miżuri kkontestati kienu inkompatibbli mas-suq intern. L-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat li l-Italja kienet iddikjarat espressament li SO.G.A.S. ma kellhiex il-piż ta' spejjeż tas-servizz pubbliku ta' interess ġenerali (“SGEI”). It-tieni, il-Kummissjoni nnutat li, kif ikkonfermat mill-awtoritajiet Taljani, il-miżuri ma kienu jirreferu għal ebda investiment speċifiku tal-ajruport u għalhekk qieset, b'mod preliminari, li l-kompatibilità tal-miżuri ma setgħetx tiġi vvalutata abbażi tal-kriterji stipulati mil-Linji Gwida Komunitarji dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna pubblika tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (4) (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005”). It-tielet, l-awtoritajiet Taljani, għalkemm sostnew li SO.G.A.S. kienet f'diffikultà skont il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar”) (5), speċifikaw li l-miżuri ma kinux jiffurmaw parti minn pjan ta' ristrutturar u li fil-fatt ma kien jeżisti l-ebda pjan bħal dan. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri ma kinux kompatibbli mal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b'għan reġjonali għall-perijodu 2007-2013 (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b'għan reġjonali”) (6) li jagħtu l-kwadru għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-TFUE. |
(26) |
Fir-rigward ta' dak li jikkonċerna l-azzjonijiet proposti quddiem l-imħallef nazzjonali kontra r-rifjut tar-Reġjun li jagħti l-kontribuzzjoni proprja proporzjonali qabel l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni qieset li, minħabba s-supremazija tal-liġi tal-Unjoni fuq il-liġi nazzjonali u sakemm in-notifika ma kinitx irtirata formalment, l-Italja kellha l-obbligu li tikkonforma mal-klawżola ta' sospensjoni msemmija fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-Kummissjoni qieset li l-pożizzjoni li adottaw l-imħallfin nazzjonali kellha tiġi miċħuda u li l-awtoritajiet Taljani ma kellhomx iwettqu l-miżura notifikata sakemm kienet għadha pendenti l-proċedura dwar l-għajnuna mill-Istat, minħabba l-primat tal-obbligu ta' sospensjoni msemmi fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
4. OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
(27) |
Il-Kummissjoni rċeviet biss l-osservazzjonijiet tal-benefiċjarju SO.G.A.S., li jappoġġjaw u jintegraw l-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali. |
4.1. L-eżistenza ta' għajnuna
(28) |
Il-benefiċjarju jsostni li l-miżuri taħt investigazzjoni ma jirrappreżentawx għajnuna mill-Istat, għaliex ma ġewx issodisfatti s-suppożizzjonijiet kollha stipulati mill-Artikolu 107(1) tat-TFUE. B'mod aktar speċifiku, il-benefiċjarju jafferma li l-miżura: (i) ma għandhiex impatti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew, alternattivament, (ii) ma tagħtix vantaġġ ekonomiku selettiv lil SO.G.A.S. u iii) ma xxekkilx il-kompetizzjoni. |
(29) |
SO.G.A.S. tafferma li l-miżuri kkontestati ġew konċessi skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq u għalhekk huma kompatibbli mal-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq. Il-kumpanija ssostni wkoll li l-miżuri huma kompatibbli mal-Artikoli 2446 u 2447 tal-Kodiċi Ċivili Taljana, li jobbligaw lill-azzjonisti ta' kumpanija li tkun irreġistrat telf li jaqbeż terz tal-kapital ikopru t-telf sabiex jevitaw il-likwidazzjoni tal-kumpanija. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' kopertura tat-telf tal-kumpanija maniġerjali tal-ajruport min-naħa tal-azzjonisti kieku kien jikkawża r-revoka (skont l-Artikolu 13 tad-D.M. tat-12 ta' Novembru 1997, nru 521) tal-ġestjoni parzjali tal-ajruport ta' Stretto mogħtija lil SO.G.A.S. abbażi tal-Artikolu 17 D.L. 67/1997, u jwassal biex il-kumpanija żgur ma tiksibx il-konċessjoni tal-ġestjoni sħiħa, għal liema kien ġie ppreżentat att promotur lill-Ministeru tat-Trasport. Għalhekk huwa raġjonevoli li jitqies li anki azzjonist privat, li jsib ruħu quddiem tali alternattiva, kieku kien jaġixxi fl-istess mod biex iżid il-valur tal-parteċipazzjoni proprja. |
(30) |
Il-benefiċjarju fakkar li t-Tribunal ta' Reggio Calabria kien ikkummissjona valutazzjoni indipendenti tal-kumpanija f'Ġunju 2008 u li l-valur tal-kumpanija kien ġie stmat f'intervall inkluż bejn EUR 12 000 000 u EUR 17 000 000. |
(31) |
Sabiex jagħti prova tal-prospetti ta' dħul tal-kumpanija, il-benefiċjarju ppreżenta lill-Kummisjoni pjan industrijali u finanzjarju ppreparat f'Ottubru 2008 minn konsulent estern f'isem SO.G.A.S. li jagħti ipoteżi tal-irkupru tal-vijabilità tal-kumpanija fl-2013. |
(32) |
SO.G.A.S. spjegat ukoll li f'Lulju 2007 ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti għall-privatizzazzjoni parzjali tal-kapital soċjali proprju. F'dan il-kuntest, assoċjazzjoni temporanja ta' impriżi (ATI) italo-arġentina ppreżentat offerta għall-akkwist ta' 35 % tal-kapital soċjali ta' SO.G.A.S. Offerta bħal din tqieset ekonomikament żvantaġġuża mill-azzjonisti ta' SO.G.A.S. F'Marzu 2010 ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti ġdida għall-akkwist ta' 35 % tal-ishma ta' SO.G.A.S. Skont SO.G.A.S., iż-żewġ offerti li rċevew bħala risposta għas-sejħa għall-offerti juru, flimkien mal-offerta inizjali tal-ATI, li f'dan il-każ il-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq kien irrispettat. |
(33) |
Barra minn hekk, il-benefiċjarju jqis żbaljata l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li l-passiġġieri li jużaw l-ajruport ta' Stretto jistgħu, skont il-post ta' residenza tagħhom, jużaw minflok l-ajurporti ta' Catania, Lamezia Terme u Crotone u li għalhekk il-miżuri miċħuda jistgħu potenzjalment ixekklu l-kompetizzjoni fil-livell ta' kumpanija maniġerjali tal-ajruport. |
(34) |
L-ewwel nett, l-ajruport ta' Stretto u l-ajruporti ta' Catania, Lamezia Terme u Crotone huma ajruporti reġjonali destinati għat-titjiriet diretti, li żoni ta' lħuq tagħhom mhumiex sovraposti; barra minn hekk, l-ajruport ta' Stretto ma qed jikkompeti ma l-ebda ajruport ieħor Taljan jew tal-Unjoni. L-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi flimkien ma' dawk infrastrutturali tar-Reġjun ta' Calabria jeskludu kull sovrapożizzjoni potenzjonali taż-żona ta' lħuq tal-ajruport ta' Stretto ma' dawk ta' ajruporti oħra Taljani qrib. L-ajruport ta' Lamezia Terme jinsab aktar minn 130 km 'il bogħod, b'ħin medju ta' vvjaġġar bil-karozza ta' madwar siegħa mill-ajruport ta' Stretto. Ma jeżistux kollegamenti diretti ta' veloċità għolja bejn l-ajruport ta' Stretto u dak ta' Crotone, li jinsabu madwar tlett sigħat 'il bogħod minn xulxin. L-ajruport ta' Catania jinsab f'żona ġeografika oħra, aktar minn 130 km 'il bogħod u b'ħin medju ta' vvjaġġar bil-karozza ta' madwar siegħa u tletin/erbgħin minuta. |
(35) |
F'dan ir-rigward, SO.G.A.S. ippreżentat tabella li tagħti l-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni bejn il-fluss ta' passiġġieri li jaslu l-ajruport ta' Stretto u dak tal-ajruporti ta' Lamezia Terme, Crotone u Catania. It-tabella turi li l-passiġġieri tal-ajruport ta' Stretto jikkostitwixxu komponent ġdid ta' traffiku reġjonali. Għaldaqstant, l-għeluq eventwali tal-ajruport iwassal għal telf ta' parti mid-domanda għas-servizzi ta' trasport bl-ajru aktar milli r-ridistribuzzjoni bejn l-ajruporti l-oħra. SO.G.A.S. ippreżentat ukoll tabella li turi li l-miżuri li qed jiġu investigati ħolqu effettivament domanda ġdida għas-servizzi ta' trasport bl-ajru fiż-żona, li ħoloq vantaġġi pożittivi kemm għall-operaturi tal-ajru li jixtiequ jeffettwaw kollegamenti ġodda bejn l-ajruport ta' Stretto u l-ajruporti l-oħra nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll għall-ajruporti l-oħra li jridu jiffaċċjaw żieda fid-domanda. |
(36) |
SO.G.A.S. ċaħdet ukoll il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li tgħid li l-miżuri setgħu jxekklu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru. Il-benefiċjarju osserva li f'dan il-każ il-finanzjament pubbliku ma ġie ttrasferit lil ebda operatur tal-ajru fil-forma ta' taxxi tal-inżul aktar baxxi jew benefiċċji oħra. It-taxxi tal-inżul u kundizzjonijiet oħra operattivi tal-ajruport huma stabbiliti mill-awtorità pubblika kompetenti mingħajr ebda marġini ta' diskrezzjoni għall-kumpanija maniġerjali tal-ajruport. Barra minn hekk, il-benefiċjarju sostna li l-ajruport ta' Stretto kien servut l-aktar minn Alitalia (li kienet tipprovdi sitt titjiriet fuq total ta' kuljum ta' tmienja) u li xejn ma kien jagħti x'jifhem li l-operaturi charter u low cost kienu interessati jwettqu kollegamenti ġodda li jitilqu mill-ajruport ta' Stretto. |
(37) |
SO.G.A.S. ikkonkludiet billi affermat li, fil-valutazzjoni tal-impatt tal-miżura fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni suppost qieset iżjed iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u eskludiet li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
4.2. Kompatibilità tal-għajnuna
(38) |
Fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżuri skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, SO.G.A.S. enfasizzat li l-finanzjament pubbliku li qed jiġi investigat kellu l-għan li jżomm lill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport topera u li jiġu żviluppati ċerti attivitajiet ekonomiċi. Dan l-għan huwa ġġustifikat bil-fatt li l-ajruporti ta' daqs żgħir normalment mhumiex kapaċi jiġġeneraw biżżejjed dħul biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa biex jiggarantixxu l-osservazzjoni tal-istandards tas-sigurtà. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Stretto, b'kont meħud tal-karatteristiċi infrastrutturali tiegħu u tar-restrizzjonijiet konsegwenzjali imposti mill-ENAC (7), diffiċilment jista' jilqa' operaturi tal-ajru charter u low cost. |
(39) |
B'mod partikolari, abbażi tal-parametri tal-ENAC (Aġenzija Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili), l-ajruport ta' Stretto jikkwalifika bħala ajruport tal-Livell II. Il-klassifikazzjoni mwettqa mill-ENAC hija bbażata fuq id-daqs tal-infrastrutturi aktar milli l-volum ta' traffiku tal-passiġġieri u tobbliga lill-ajruporti b'livelli baxxi ta' traffiku jsostnu l-istess spejjeż għall-konformità mal-istandards tas-sigurtà bħal ajruporti b'aktar minn miljun passiġġier fis-sena. |
(40) |
Mingħajr il-finanzjament pubbliku li qed jiġi investigat, l-ajruport ikun kostrett joħroġ mis-suq b'konsegwenzi negattivi fuq livell reġjonali fuq il-mobilità tar-residenti. Dan kieku kien iwaqqaf lill-azzjonisti milli jgawdu kwalunkwe possibilità ta' dħul fuq l-investiment tagħhom. |
(41) |
Fl-aħħar nett, jew alternattivament, SO.G.A.S. issostni li, minħabba li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (8) dwar servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali tapplika għal dan il-każ, il-miżuri kkontestati xorta jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u jkunu eżenti mill-obbligu ta' notifika. |
(42) |
SO.G.A.S. affermat li minħabba li t-traffiku annwali tal-ajruport ma kienx jaqbeż il-miljun passiġġier fil-perjodu ta' referenza, il-ġestjoni kumplessiva tiegħu kienet tirrappreżenta SGEI skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE. Barra minn hekk, SO.G.A.S. spjegat li skont id-D.L. Nru 250 tal-25 ta' Lulju 1997, l-entitajiet pubbliċi lokali jistgħu jżommu l-parteċipazzjoni tagħhom biss f'dawk il-kumpaniji li l-kapital tagħhom kien jipproduċi servizzi ta' interess ġenerali. SO.G.A.S. minn dejjem kienet miżmuma mill-entitajiet pubbliċi lokali ta' Calabria u ta' Messina, li juri suppost in-natura ta' SGEI rikonoxxuta għall-ġestjoni tal-ajruport. Sabiex turi li l-ġestjoni tal-ajruport hija SGEI, SO.G.A.S. ippreżentat lill-Kummissjoni d-determinazzjonijiet tas-27 ta' Lulju 2010 u tad-19 ta' Ġunju 2010 tal-Muniċipalità ta' Reggio Calabria b'referenza għall-importanza tas-servizzi tal-ajruport fuq livell reġjonali. |
(43) |
Il-kumpens tal-obbligi ta' servizz pubbliku huwa limitat għall-eliminazzjoni tat-telf imġarrab mill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport għall-fornitura tal-SGEI u għalhekk huwa konformi mal-prinċipji ta' ħtieġa u proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE. Fir-rigward tan-nuqqas ta' att li jaħtar effettivament lill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport biex tipprovdi l-SGEI, SO.G.A.S. ipproponiet it-tħejjija ta' abbozz ta' konvenzjoni, sabiex jiġi eliminat kwalunkwe dubju, f'dak li jirrigwarda l-ajruport ta' Stretto, rigward il-konformità mal-erbgħa kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fis-sentenza Altmark (9). |
5. OSSERVAZZJONIJIET TAL-AWTORITAJIET TALJANI
(44) |
Fid-deċiżjoni ta' bidu l-Kummissjoni osservat li, dak iż-żmien, l-Italja kienet ikkonfermat li SO.G.A.S. ma kinitx uffiċjalment f'diffikultà minħabba l-ispejjeż tas-servizz pubbliku ta' interess ġenerali, u għalhekk ma setgħetx tiġi vvalutata l-kompatibilità mal-miżuri miċħuda b'referenza għar-regoli tal-SGEI. |
5.1. In-natura ta' SGEI tal-attivitajiet tal-ajruport
(45) |
Matul l-investigazzjoni, l-Italja sostniet li l-miżuri li qed jiġu investigati kienu jikkostitwixxu kumpens għall-provvista ta' SGEI min-naħa ta' SO.G.A.S. Skont l-awtoritajiet Taljani, ma setgħax jiġi eskluż — fin-nuqqas ta' provi għall-kuntrarju — li l-konformità mar-regoli tal-Unjoni rigward l-SGEI setgħet tiġi kkonfermata, fil-każ ta' SO.G.A.S., permezz ta' “valutazzjoni ex post”. |
(46) |
L-Italja ssostni li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni tagħti importanza eċċessiva lir-rekwiżiti formali minflok ir-rekwiżiti sostanzjali tal-SGEI. Biex tappoġġa t-tali affermazzjoni, l-Italja tat valutazzjoni rapida tal-erba' kriterji tas-sentenza Altwark. Din iddikjarat li huwa fatt li SO.G.A.S ġiet fdata b'missjoni ta' servizz pubbliku. Dan l-inkarigu huwa kkonfermat, direttament u indirettament, minn diversi atti amministrattivi li ġew adottati mill-awtoritajiet lokali. F'dan ir-rigward, l-Italja tat il-minuti tad-deliberazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Reggio Calabria tas-17 ta' Ottubru 2007 dwar id-deċiżjoni li jiġi ssussidjat it-telf tal-kumpanija maniġerjali tal-ajruport, kif ukoll il-minuti tal-Kunsill Lokali ta' Reggio Calabria tas-16 ta' Ġunju 2009 u tal-31 ta' Diċembru 2009, li juru li l-attivitajiet tal-ajruport jistgħu jitqiesu bħala SGEI. Tabilħaqq, fil-minuti tal-Kunsill Lokali ta' Reggio Calabria tas-17 ta' Ottubru 2007 hemm miktub “ir-Reġjun ta' Calabria qies ċerti attivitajiet imwettqa fl-ajruport ta' Reggio Calabria meħtieġa biex jitwettaq servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, u impona fuq SO.G.A.S. s.p.a. serje ta' obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jiggarantixxi li l-interess tal-pubbliku ġenerali jiġi mħares kif xieraq; f'każijiet simili, il-parti responsabbli għall-ġestjoni tal-ajruport tista' tkun issussidjata mill-awtoritajiet pubbliċi fil-każ ta' spejjeż żejda li jirriżultaw mill-obbligi ta' servizz pubbliku li jkunu tali li ma jeskludux li l-ġestjoni ta' ajruport fit-totalità tiegħu ma tistax titqies bħala servizz ekonomiku ta' interess ġenerali”. |
(47) |
B'mod aktar ġenerali, ir-Reġjun ta' Calabria jikkonforma mal-Protokoll għall-iżvilupp tal-ajruporti ta' Lamezia Terme — Crotone — Reggio Calabria, li minnu jirriżulta kif is-servizzi tal-ajruport għandhom in-natura ta' servizzi pubbliċi meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-Reġjun u bħala tali jistgħu jkunu s-suġġett ta' finanzjament mir-riżorsi tal-Unjoni, jew riżorsi nazzjonali jew reġjonali. |
(48) |
L-Italja enfasizzat ukoll li fit-28 ta' Diċembru 2008 l-kumpanija maniġerjali tal-ajruport talbet lill-azzjonisti jipprovdu għat-tnaqqis tat-telf proprju minħabba l-obbligu ta' servizz pubbliku u li l-ebda operatur mhu se jagħti s-servizz ta' ġestjoni tal-ajruport abbażi ta' kundizzjonijiet purament kummerċjali. L-ewwel kriterju Altmark għalhekk kien rispettat. |
(49) |
L-awtoritajiet Taljani jaffermaw li l-parametri tal-kumpens huma implikati mill-bilanċ ta' SO.G.A.S., li fih l-ispejjeż tal-ġestjoni huma murija b'mod trasparenti. Il-finanzjament pubbliku huwa limitat għalhekk biex ikopri t-telf, mingħajr ebda marġini favur id-destinatarju. |
(50) |
Fir-rigward tat-tielet kriterju tas-sentenza Altmark, l-Italja enfasizzat li fil-każ tas-servizzi pubbliċi l-interventi tal-azzjonist pubbliku ma jistgħux jiġu pparagunati ma' dawk ta' investitur privat. L-imġiba tal-entitajiet pubbliċi tista' tiġi ġġustifikata mill-insegwiment ta' objettiv ta' interess pubbliku li bħala tali huwa indipendenti mill-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. Minħabba li f'dan il-każ l-imġiba tal-azzjonisti pubbliċi ma kinitx iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet kummerċjali, ma tistax tiġi pparagunata ma' dik ta' investitur tas-suq. L-Italja kkonkludiet li t-tielet kriterju Altmark, li suppost jimplika l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, ma japplikax għall-każ li qed jiġi investigat. |
(51) |
L-Italja fl-aħħar ikkonkludiet li, minħabba n-natura ta' SGEI tal-attività mwettqa minn SO.G.A.S., l-injezzjonijiet ta' kapital jistgħu jitqiesu, abbażi tal-valutazzjoni ex post, bħala kumpens għat-twettiq ta' SGEI u li għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
5.2. Kompatibilità tal-għajnuna
(52) |
L-Italja affermat li anki kieku kienu meqjusin bħala għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni xorta għandhom jitqiesu bħala kompatibbli mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE. |
5.3. Nuqqas ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni
(53) |
L-Italja rreferiet għall-punt 39 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, li jgħid li “il-finanzjament mogħti lill-ajruporti reġjonali żgħar (kategorija D) m'għanduxixekkel il-kompetizzjoni jew jaffettwa il-kummerċ kuntrarjament għall-interess komuni”. |
(54) |
L-awtoritajiet Taljani affermaw ukoll li l-attivitajiet tal-ajruport mhumiex vijabbli. Ċirkostanza bħal din hija evidenzjata mill-fatt li, minkejja li ngħatat ħafna pubbliċità lill-intenzjoni tal-bidu li titwettaq privatizzazzjoni parzjali tal-kumpanija, il-proċedura ma kellhiex riżultat pożittiv. Meta jitqies li l-investituri potenzjali kien ikollhom jassumu l-obbligu li jagħmlu tajjeb għat-telf previst għas-snin sussegwenti, kif stabbiliti mill-pjan industrijali-finanzjarju ppubblikat fis-sejħa għall-offerti, u li l-unika offerta li ġiet riċevuta ma kinitx tqieset ekonomikament vijabbli, huwa ovvju li dik involuta hija attività li min-natura tagħha hija destinata li tagħmel telf. Barra minn hekk, il-fatt li ma kienx hemm offerenti interessati li jieħdu responsabbiltà għat-telf kollu potenzjali, iżda biss f'limiti stabbiliti minn qabel, juri n-nuqqas ta' suq attraenti għall-investituri, li fih innifsu jeskludi l-possibilità li l-miżuri jista' jkollhom impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6. L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-ITALJA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
(55) |
B'ittra tas-27 ta' April 2012, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw, f'isem ir-Reġjun ta' Calabria, il-kummenti proprji dwar l-osservazzjonijiet ta' SO.G.A.S. fl-investigazzjoni |
(56) |
L-Italja sostniet l-argumenti ppreżentati mill-benefiċjarju, inklużi dawk relatati man-natura ta' SGEI tal-miżuri li qed jiġu investigati, u żiedet li proprju minħabba din in-natura, dawn ma setgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat. |
(57) |
In-natura tal-miżuri, barra minn hekk, mhijiex tali li xxekkel il-kompetizzjoni u/jew ikollha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
7.1. L-eżistenza tal-għajnuna
(58) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huma inkompatibbli mas-suq intern, sa fejn ikollhom impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, kull forma ta' għajnuna mogħtija mill-Istati, jiġifieri permezz ta' riżorsi tal-Istat, li jiffavorixxu ċerti impriżi jew ċerti produtturi, li jxekklu jew jheddu li jxekklu l-kompetizzjoni, minbarra d-derogi koperti mit-TFUE. |
(59) |
Il-kriterji stabbiliti bl-Artikolu 107(1) huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri notifikati jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, trid tiġi aċċertata l-preżenza tal-kundizzjonijiet kollha indikati hawn fuq. B'mod partikolari l-appoġġ finanzjarju:
|
(60) |
Fis-sentenza Flughafen Leipzig-Halle (10), it-Tribunal iddikjara li l-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta' ajruport ċivili hija attività ta' natura ekonomika. L-unika eċċezzjoni hija relatata ma' ċerti attivitajiet li normalment jaqgħu taħt l-awtoritajiet pubbliċi u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi. Il-finanzjament ta' ċerti attivitajiet mill-Istat ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk huwa mingħajr dubju li SO.G.A.S. tikkostitwixxi impriża skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, minħabba li din iġġestixxi l-ajruport ta' Stretto u toffri servizzi tal-ajruport bi ħlas lill-operaturi ekonomiċi (b'mod partikolari lit-trasportaturi tal-ajru) li jinsabu fl-ajruport. |
7.1.1. Riżorsi tal-Istat
(61) |
Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat jinkludi kull vantaġġ dirett jew indirett, iffinanzjat minn riżorsi pubbliċi u mogħti direttament mill-Istat jew minn entitajiet intermedji li jaġixxu fil-kompetenzi mogħtija lilhom mill-Istat. Bħala konsegwenza, dan jinkludi wkoll l-għajnuna mogħtija minn entitajiet reġjonali jew lokali tal-Istati Membri, irrispettivament mill-istatut tagħhom jew mid-deskrizzjoni tagħhom (11). |
(62) |
Fil-premessi 27 u 28 tad-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni osservat li l-miżura li qed tiġi investigata kienet tikkonsisti minn trasferiment ta' fondi minn serje ta' awtoritajiet reġjonali u lokali lil SO.G.A.S. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri inkwistjoni kienu jikkonċernaw riżorsi pubbliċi u kienu attribwibbli għall-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li r-riżorsi tal-kmamar tal-kummerċ Taljani kienu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Billi l-kmamar tal-kummerċ huma entitajiet pubbliċi suġġetti għad-dritt pubbliku, li jqishom bħala parti integrali tal-amministrazzjoni pubblika, u huma responsabbli għal ċerti funzjonijiet pubbliċi, il-Kummissjoni qieset li d-deċiżjonijiet tagħhom kienu attribwibbli għall-Italja. Abbażi ta' dan, ir-riżorsi tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina għandhom jitqiesu bħala riżorsi pubbliċi u t-trasferiment tagħhom jista' jkun attribwibbli għall-Istat. La l-Italja u lanqas il-partijiet terzi interessati ma kkontestaw ir-riżultati preliminari matul l-investigazzjoni. |
(63) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li l-miżuri kollha li qed jiġu investigati huma mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istati u huma attribwibbli għalih. |
7.1.2. Vantaġġ ekonomiku selettiv
(64) |
Il-finanzjament pubbliku hu selettiv għaliex dan jibbenefika impriża waħda: SO.G.A.S. F'dan il-każ partikolari, dan ikopri t-telf li ġġarrab il-kumpanija fit-twettiq tal-attivitajiet normali tagħha. |
(65) |
Il-Kummissjoni tqis li, sa fejn il-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attività ta' natura ekonomika, il-finanzjament pubbliku mogħti lill-ġestjoni tat-tali infrastruttura biex ikopri l-ispejjeż li normalment għandhom jitħallsu minnha stess jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal SO.G.A.S., għaliex dan isaħħaħ il-pożizzjoni fis-suq tagħha u jimpedixxi li l-forzi li huma preżenti fis-suq jipproduċu l-effetti normali tagħhom (12). |
(66) |
Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li fil-fażi preliminari l-Italja kienet sostniet li l-provvista ta' SGEI ma kinitx ġiet fdata b'mod formali lill-ajruport, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, l-Italja bidlet il-pożizzjoni tagħha u sostniet li l-finanzjament pubbliku inkwistjoni kien jirrappreżenta fil-fatt kumpens pubbliku għall-konformità mal-obbligi ta' servizz pubbliku (“OSP”) (13). |
(67) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk il-kumpens għall-provvista ta' SGEI jikkostitwixxix vantaġġ skont l-Artikolu 107 tat-TFUE, il-Qorti, fis-sentenza tal-Kawża Altmark, iddefiniet il-kriterji li ġejjin (14):
|
7.1.2.1.
(68) |
L-ewwel kundizzjoni stabbilita mis-sentenza Altmark tikkoinċidi mar-rekwiżit ta' affidament u definizzjoni tal-SGEI ċara stabbilit fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE (15). |
(69) |
L-ewwel nett, l-Artikolu 106(2) tat-TFUE japplika b'mod esklussiv għal “kull impriża responsabbli sabiex topera” SGEI. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ripetutament il-ħtieġa ta' att ta' affidament (16). Fil-fatt, dan l-att huwa meħtieġ sabiex jiddefinixxi l-obbligi tal-impriża u tal-Istat. Fin-nuqqas ta' att uffiċjali bħal dan, il-missjoni speċifika tal-impriża ma tkunx magħrufa u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat kumpens ekwu (17). Għalhekk, il-ħtieġa ta' definizzjoni ċara tal-SGEI hija parti integrali u essenzjali tal-kunċett ta' affidament u tirriżulta għalhekk b'mod dirett mill-Artikolu 106(2) TFUE. L-affidament ta' servizz lil impriża jrid ikun anki, loġikament, akkumpanjat mid-definizzjoni tiegħu. |
(70) |
Fil-Komunikazzjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali tal-2001, il-Kummissjoni kienet diġà enfasizzat il-konnessjoni bejn id-definizzjoni ta' affidament u l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-kumpens tal-SGEI skont l-Artikolu 106(2) TFUE (18). Il-punt 22 tal-Komunikazzjoni jiċċara li “f'kull wieħed mill-każijiet, sabiex tapplika l-eċċezzjoni provvduta bl-Artikolu 106(2) TFUE, il-missjoni tas-servizz pubbliku teħtieġ li tiġi ddefinita biċ-ċar u trid tiġi fdata b'mod espliċitu permezz ta' att ta' awtorità pubblika (…). Dan l-obbligu huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali kif ukoll it-trasparenza rigward iċ-ċittadini u huwa indispensabbli għall-Kummissjoni li twettaq l-istima tagħha tal-proporzjonalità”. L-affidament u d-definizzjoni għalhekk huma suppożizzjonijiet loġiċi essenzjali għal kull valutazzjoni sinifikanti tal-proporzjonalità tal-kumpens. L-imħallfin tal-Unjoni enfasizzaw ripetutament il-ħtieġa ta' definizzjoni ċara tal-obbligi ta' servizz pubbliku għall-applikazzjoni kemm tad-deroga msemmija fis-sentenza Altmark kif ukoll tal-Artikolu 106(2) TFUE (19). |
(71) |
Il-Qafas għall-SGEI tal-2005 (20) jikkonferma t-tali strateġija. Abbażi tal-punt 8 tal-Qafas, il-Kummissjoni tista' tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq intern il-kumpens ta' servizz pubbliku li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, sakemm japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Qafas stess. Tali kundizzjonijiet jinkludu, b'mod partikolari, l-affidament tal-SGEI permezz ta' att uffiċjali wieħed jew iżjed minn wieħed, li jindikaw in-natura preċiża u d-dewmien tal-obbligi ta' servizz pubbliku, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, kif ukoll il-mod kif jiġi evitat il-kumpens żejjed u r-rimborż eventwali tiegħu (punt 13 tal-Qafas għall-SGEI tal-2005). |
(72) |
Anki l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (21) tal-2011 tiċċara li l-SGEI u l-obbligi ta' servizz pubbliku jridu jkunu ddefiniti minn qabel b'mod ċar. Skont il-punt 51 tat-tali Komunikazzjoni, “sabiex japplika l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, it-tħaddim ta' SGEI irid ikun fdat lil impriża waħda jew aktar. L-impriżi interessati jridu għalhekk ikunu ġew inkarigati b'kompitu speċjali mill-Istat. Anki l-ewwel kriterju ta' Altmark jitlob li l-impriża jkollha obbligu ta' servizz pubbliku xi twettaq. B'hekk, sabiex ikun konformi mal-ġurisprudenza Altmark, huwa meħtieġ li jingħata inkarigu ta' servizz pubbliku li jiddefinixxi l-obbligi tal-impriżi inkwistjoni u tal-awtorità”. Il-punt 52 suċċessiv jistabbilixxi li l-missjoni ta' servizz pubbliku trid tingħata permezz ta' att wieħed jew iżjed li jridu jiddefinixxu b'mod preċiż tal-anqas il-kontenut u t-terminu ta' żmien tal-obbligi ta' servizz pubbliku; l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat; in-natura ta' kwalunkwe drittijiet esklussivi jew speċjali mogħtija lill-impriża mill-awtorità inkwistjoni; il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens kif ukoll l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kull kumpens eċċessiv. |
(73) |
Madankollu, l-awtoritajiet Taljani qed isostnu li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa formali wisq u li lil SO.G.A.S. kienet ġiet fdata effettivament ir-responsabbiltà ta' SGEI, l-aktar fuq il-bażi ta' dokumenti li ġew imħejjija wara l-adozjoni tal-miżuri li qed jiġu investigati. |
(74) |
Skont l-Italja, il-kwalifikazzjoni bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali tal-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto għandha tiġi inferita mid-diversi riżoluzzjonijiet reġjonali li jikkwotaw l-interess pubbliku kopert mis-servizzi tal-ajruport u r-rwol tagħhom fl-appoġġ tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn ir-riżoluzzjonijiet reġjonali msemmija ma tat definizzjoni espliċita tal-missjoni ta' servizz pubbliku preżunta mogħtija lill-ġestjoni tal-ajruport, u lanqas ir-regoli li jirregolaw il-kumpens tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-atti inkwistjoni kienu ppubblikati sa mill-2007 u għalhekk ġew wara l-istabbiliment preżunt tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, jiġifieri wara l-attività tal-ajruport fil-perjodu kopert bejn l-2004 u l-2006. Barra minn hekk, l-Italja ma tat l-ebda dokument lill-Kummissjoni li sar qabel l-2004 u li kien jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku preżunti imponuti fuq il-benefiċjarju. |
(75) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li fil-każ li qed jiġi investigat l-SGEI preżunt ma ġiex fdat kif xieraq lill-benefiċjarju. |
(76) |
Il-Kummissjoni ma tistax tilqa' l-argument tal-awtoritajiet Taljani li jgħid li l-obbligi ta' servizz pubbliku jistgħu jiġu kkumpensati b'mod legali anki kieku s-servizz ma kienx ikkwalifikat minn qabel bħala SGEI u fdat bħala tali lill-benefiċjarju ex ante. Kieku dan kien possibbli, l-Istati Membri jkunu jistgħu, għad-diskrezzjoni tagħhom, jikkunsidraw mill-ġdid ex post il-ħtieġa li jimponu obbligi ta' servizz pubbliku. Fi kliem ieħor, jekk impriża jkollha telf finanzjarju, l-Istati Membri jistgħu jafdawha b'obbligi ta' servizz pubbliku li permezz tagħhom ikunu jistgħu jagħtuha kumpens bħala għajnuna, irrispettivament minn kwalunkwe valutazzjoni ex ante tal-ħtieġa li jingħata tali servizz fl-interess ġenerali. Dan l-approċċ mhuwiex kompatibbli mal-kundizzjoni li s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jridu jingħataw lill-impriża inkwistjoni permezz ta' att uffiċjali wieħed jew iżjed li jiddefinixxu, b'mod partikolari, il-kontenut u t-terminu ta' żmien tal-obbligi ta' servizz pubbliku, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, kif ukoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-prevenzjoni u l-irkupru eventwali ta' kumpens eċċessiv. L-allegazzjoni tal-awtoritajiet Taljani li s-servizzi tal-ajruport huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun mhijiex biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li l-SGEI ingħata b'mod korrett lill-benefiċjarju, minħabba li l-obbligi ta' servizz pubbliku u r-regoli relatati mal-kumpens ma ġewx iddefiniti minn qabel u b'mod trasparenti. |
(77) |
Barra minn hekk, jekk tilqa' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet Taljani li skontha l-Istati Membri jistgħu jafdaw SGEI ex post, dan ifisser li tkun qed tiffavorixxi dawk l-Istati li kisru l-obbligi ta' notifika u sospensjoni. Stati bħal dawn jistgħu jsostnu li l-għajnuna mill-Istat mhux legali mogħtija lil impriża sservi biex tikkumpensal-ispejjeż ta' servizz pubbliku mogħti inċidentalment mill-benefiċjarju (mingħajr ma t-tali servizz ikun ġie ddefinit minn qabel jew fdat lill-impriża). Mill-banda l-oħra, dawk l-Istati Membri li kellhom l-intenzjoni li jirrispettaw l-obbligu ta' notifika jridu jafdaw u jiddefinixxu b'mod ċar l-SGEI ex ante, sabiex jirrispettaw ir-regoli tal-SGEI u l-ġurisprudenza Altmark. |
(78) |
Dan iwassal għal inċentiv biex l-Istati Membri ma jagħtux notifika ta' għajnuna ġdida mill-Istat, li jmur kontra l-prinċipju kkonsolidat li abbażi tiegħu l-Istati Membri li ma jagħtux notifika ta' għajnuna mill-Istat ma jistgħux jiġu ppreferuti fuq l-Istati Membri l-oħra li jagħtu notifika (22). |
(79) |
Fil-qosor, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel kundizzjoni stipulata fis-sentenza Altmark me ġietx osservata; tqis ukoll li fil-każ li qed jiġi investigat lanqas il-bqija tal-kundizzjonijiet Altmark ma ġew osservati, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li żviluppaw wara. |
7.1.2.2.
(80) |
Fil-każ li qed jiġi investigat, l-ebda parametru għall-kalkolu tal-kumpens ma ġie stabbilit minn qabel. L-atti ta' affidament imsemmija li jirreferu għalihom l-awtoritajiet Taljani ma jagħtux deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi li għandu jipprovdi l-benefiċjarju, lanqas ma jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kumpens għall-missjoni pubblika preżunta mogħti lilu. |
7.1.2.3.
(81) |
Skont it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark, il-kumpens riċevut għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż imġarrba kollha jew parti minnhom, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti, kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' tali obbligi. |
(82) |
Il-Kummissjoni ma tistax tilqa' l-argument tal-Italja li jgħid li l-ajruport inkwistjoni rċieva biss il-finanzjament pubbliku meħtieġ għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku minħabba li t-tali finanzjament kien limitat għall-kumpens tat-telf li rriżulta mit-twettiq tas-servizz. Prinċipju fundamentali tal-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-kumpens hu li huma biss l-ispejjeż netti mġarrba mill-operatur pubbliku għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku li jistgħu jwasslu għal kumpens. Fin-nuqqas ta' definizzjoni ċara tal-obbligi imposti fuq il-benefiċjarju, il-Kummissjoni ma tistax tistabbilixxi b'mod inekwivokabbli l-ispejjeż li għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-kumpens. |
(83) |
Anki fejn il-ġestjoni kumplessiva tal-ajruport tista' tiġi kklassifikata bħala SGEI, ċerti attivitajiet li mhumiex marbuta b'mod dirett mal-attivitajiet bażiċi, li jinkludu, fost affarijiet oħra, il-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-użu u l-kiri tal-ispazji u l-proprjetà immobbli għall-uffiċini, l-imħażen, il-lukandi u l-impriżi industrijali taż-żona tal-ajruport, kif ukoll il-ħwienet, ir-restoranti u l-ispazji tal-parkeġġ, mhumiex parti mill-missjoni ta' SGEI u għalhekk ma jistgħux jingħataw għajnuna skont ir-regoli tal-SGEI. L-awtoritajiet Taljani ma ppreżentaw l-ebda att li juri li ma ngħatatx għajnuna għal attivitajiet li mhumiex marbuta b'mod dirett mal-attivitajiet bażiċi tal-ajruport, skont il-punti 34 u 53(iv), il-punt iv tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. |
7.1.2.4.
(84) |
Ir-raba' kriterju tas-sentenza Altmark jistabbilixxi li sabiex ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, il-kumpens irid ikun limitat għall-ammont minimu meħtieġ. Dan il-kriterju huwa meqjus issodisfatt fejn id-destinatarju tal-kumpens jintgħażel wara proċedura ta' sejħa għall-offerti pubblika jew, minflok, jekk il-kumpens jiġi kkalkolat b'referenza għall-ispejjeż ta' impriża effiċjenti. |
(85) |
Fil-każ inkwistjoni, il-benefiċjarju ma ntgħażilx permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti pubblika. Lanqas ma l-Italja tat lill-Kummissjoni xi prova tal-fatt li l-livell ta' kumpens ġie ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża ta' daqs medju, ġestita b'mod effiċjenti u li għandha l-kapaċitajiet meħtieġa biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' servizz pubbliku mitluba, kieku jkollha biex twettaq it-tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti, kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' tali obbligi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma jistax jiġi konkluż li l-finanzjament pubbliku inkwistjoni ġie ddeterminat abbażi tal-ispejjeż ta' impriża effiċjenti. |
(86) |
Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-benefiċjarju ta s-servizzi inkwistjoni għal inqas spejjeż għas-soċjetà. |
(87) |
Għal raġunijiet ta' kompletezza, il-Kummissjoni tosserva li, matul l-investigazzjoni, il-benefiċjarju ppreżenta anki l-argument li l-miżuri jikkonformaw mal-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq. Anki jekk il-ġestjoni tal-ajruport sofriet telf, huwa leġittimu li jiġi preżunt li l-attività kienet tinvolvi l-profitti. |
(88) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva l-ewwel nett li, għall-kuntrarju ta' dak li jsostni l-benefiċjarju, l-Italja, matul l-investigazzjoni, ma affermatx li l-Istat kien investa fil-kumpanija maniġerjali tal-ajruport bl-iskop ta' vijabilità tagħha u li, għall-kuntrarju, sostniet li l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq ma kienx japplika għall-każ li qed jiġi investigat (ara l-premessa 49). |
(89) |
It-tieni, għall-fini tal-valutazzjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk, f'ċirkostanzi simili, investitur privat kienx jaġixxi fl-istess mod. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, jekk l-aġir tal-investitur privat, li għandu jiġi mqabbel miegħu l-intervent tal-investitur pubbliku li jsegwi objettivi ta' politika ekonomika, mhuwiex neċessarjament dak tal-investitur komuni li jalloka l-kapital skont il-kapaċità tiegħu li jagħti introjtu għall-perjodi pjuttost qosra, dan irid jikkorrispondi għal dak ta' kumpanija holding privata jew ta' grupp imprenditorjali privat li jsegwi politika strutturali, globali jew settorjali, iggwidat mill-prospettiva ta' vijabilità fuq perjodu itwal (23). Sabiex jiġi stabbilit jekk l-Istat adottax jew le l-aġir ta' investitur attent f'ekonomija tas-suq, wieħed irid iqis il-kuntest taż-żmien li fih ġew adottati l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju sabiex tiġi vvalutata r-raġuni ekonomika għall-aġir tal-Istat u għalhekk wieħed irid jevita li jsiru valutazzjonijiet ibbażati fuq sitwazzjoni suċċessiva (24). Skont il-ġurisprudenza stabbilita, jekk Stat Membru japplika l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq matul il-proċeduri amministrattivi, hija r-responsabbiltà tiegħu, fil-każ ta' dubju, li jagħti prova b'mod inekwivokabbli u abbażi ta' elementi oġġettivi u li jistgħu jiġu vverifikati li l-miżura mwettqa hija attribwibbli għall-pożizzjoni tiegħu ta' azzjonist. Elementi bħal dawn iridu juru b'mod ċar li l-Istat Membru interessat ħa, minn qabel jew fl-istess żmien tal-konċessjoni tal-benefiċċju ekonomiku, id-deċiżjoni li jipproċedi, bil-miżura stabbilita b'mod effettiv, għal investiment fl-impriża pubblika kkontrollata (25). |
(90) |
F'dan is-sens, il-Kummissjoni ma tistax tilqa' l-argument, sostnut mill-benefiċjarju, li jgħid li l-miżuri li qed jiġu investigati kienu ddeterminati mill-prospett ta' qligħ tal-kumpanija, kif deskritt fil-pjan korporattiv imħejji fl-2008, li kellu bħala għan li jirrestawra l-vijabilità, minħabba li t-tali pjan kien ikkompletat wara li kienu diġà ġew deċiżi l-miżuri inkwistjoni. Il-Kummissjoni tqis li investitur privat se jġib miegħu kapital ġdid f'kumpanija li l-kapital tagħha huwa taħt il-livell minimu legali, bħal fil-każ ta' SO.G.A.S., biss jekk, fiż-żmien li titwettaq it-tali miżura, dan ikun jista' jipprevedi ir-restawr tal-vijabilità tal-kumpanija fi żminijiet raġjonevoli. Minħabba li la l-awtoritajiet Taljani u lanqas SO.G.A.S. ma taw elementi konkreti li jkopru l-perjodu tal-miżuri li qed jiġu investigati li juru li l-awtoritajiet pubbliċi kellhom l-intenzjoni li jagħmlu investiment u li setgħu raġjonevolment jistennew li jkollhom prestazzjoni ekonomika mit-tali operazzjoni li tkun aċċettabbli għal investitur privat u li l-Italja kkonfermat b'mod espliċitu li l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq ma japplikax f'dan il-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tali miżuri ma jirrispettawx il-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq. |
7.1.2.5.
(91) |
Il-Kummissjoni tqis li l-każ li qed jiġi investigat ma jikkonforma mal-ebda mill-erbgħa kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Altmark u li l-miżuri involuti ma jikkonformawx mal-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri involuti, jiġifieri l-injezzjonijiet ta' kapital li saru biex ikopru t-telf imġarrab minn SO.G.A.S. fl-2004, fl-2005 u fl-2006, jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport. |
7.1.3. Tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
(92) |
Fir-rigward tat-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, l-Italja enfasizzat li, abbażi tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, “il-finanzjament mogħti lill-ajruporti reġjonali żgħar (kategorija D) m'għanduxixekkel il-kompetizzjoni jew jaffettwa il-kummerċ kuntrarjament għall-interess komuni”. It-test ikkwotat, madankollu, jirreferi għall-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE u mhuwiex maħsub biex jeskludi li l-finanzjament pubbliku ta' ajruporti żgħar jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(93) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-punt 40 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 jistabbilixxi li “lil hinn minn dawn l-indikazzjonijiet ġenerali, mhux possibbli li tistabbilixxi regoli li jkopru kull każ possibbli, b'mod partikolari għall-ajruporti f'kategoriji C u D. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi nnotifikata kull miżura li tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur ajruport, sabiex ikun jista' jiġi eżaminat l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tiġi vvalutata eventwalment il-kompatibilità tagħha.” |
(94) |
L-ajruport ta' Stretto hu wieħed mit-tliet ajruporti tar-reġjun ta' Calabria, li jinsab fl-estremità tan-Nofshinar tal-Peniżola Taljana. It-traffiku tal-ajruport dejjem kien taħt il-miljun passiġġier (26). Fiż-żmien li twettqet il-miżura li qed tiġi investigata, l-ajruport kien jappartjeni għall-kategorija D “ajruporti reġjonali żgħar”, skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. Madankollu, it-traffiku tal-passiġġieri ġestit mill-ajruport fl-2012 huwa d-doppju ta' dak tal-2004. |
(95) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-suq tal-ġestjoni tal-ajruport, li jinkludi l-ajruporti żgħar reġjonali, huwa suq miftuħ għall-kompetizzjoni, li fih joperaw numru ta' impriżi privati u pubbliċi fl-Unjoni kollha. Dan huwa kkonfermat anki mill-fatt li l-Italja kellha l-għan li tipprivatizza parti mill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport ta' Stretto u li, għal dan il-għan, fl-2007 ppubblikat sejħa għall-offerti miftuħa għal impriżi ta' kull Stat Membru tal-Unjoni (ara l-premessa 32). Għalhekk, il-finanzjament pubbliku ta' kumpanija maniġerjali tal-ajruport jista' jxekkel il-kompetizzjoni fis-suq ta' ġestjoni tal-istrutturi tal-ajruport. Barra minn hekk, anki l-ajruporti li jappartjenu għal żoni ta' lħuq differenti jistgħu joperaw f'kompetizzjoni reċiproka biex jattiraw it-traffiku. Fil-fatt, sa ċertu punt u għal ċerti passiġġieri, ċerti destinazzjonijiet differenti huma interkambjabbli. Għalhekk, il-finanzjament pubbliku favur l-ajruporti jista' jxekkel il-kompetizzjoni u jkollu impatt fuq il-kummerċ fis-suq tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni. |
(96) |
Fil-każ li qed jiġi investigat, filwaqt li jiġi kkunsidrat li dak iż-żmien l-ajruport ta' Stretto kien iservi l-aktar destinazzjonijiet nazzjonali u żewġ rotot internazzjonali (Pariġi u Malta) u li grazzi għall-fondi riċevuti l-ajruport seta' jibqa' fis-suq u jespandi b'mod sinifikanti l-attività tiegħu, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri li qed jiġu investigati setgħu xekklu l-kompetizzjoni u seta' kellhom impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna
(97) |
Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-injezzjonijiet ta' kapital konċessi lil SO.G.A.S. mill-azzjonisti pubbliċi proprji biex ikopru t-telf mill-attivitajiet tal-2004, l-2005 u l-2006, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2. Leġittimità tal-għajnuna
(98) |
Il-miżuri li qed jiġu investigati twettqu qabel l-approvazzjoni formali tal-Kummissjoni; għalhekk, l-Italja ma kkonformatx mal-obbligu ta' sospensjoni msemmi fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
7.3. Kompatibilità tal-għajnuna
7.3.1. Kompatibilità skont ir-regoli tal-SGEI
(99) |
SO.G.A.S. issostni li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
(100) |
L-Artikolu 106(2) jistabbilixxi li “kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b'mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni”. |
(101) |
Tali artikolu jintroduċi deroga għall-projbizzjoni ta' konċessjoni ta' għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 107 tat-TFUE sa fejn l-għajnuna hija meħtieġa u proporzjonali biex tiggarantixxi l-provvista tal-SGEI għal kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli. Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 106 tat-TFUE, il-Kummissjoni tissorvelja l-applikazzjoni ta' dan l-artikolu, fost affarijiet oħra, billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għas-sodisfazzjon tal-kriterji ta' ħtieġa u proporzjonalità. |
(102) |
Qabel il-31 ta' Jannar 2012 il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (minn hawn 'il quddiem “il-Qafas għall-SGEI tal-2005”) (27) u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, kienu jirrappreżentaw il-leġiżlazzjoni adottata mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tad-deroga msemmija fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
(103) |
Fil-31 ta' Jannar 2012 daħal fis-seħħ pakkett ġdid dwar l-SGEI, li jinkludi l-Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (2011) (minn hawn 'il quddiem “il-Qafas għall-SGEI tal-2011”) (28) u d-Deċiżjoni 2012/21/UE tal-Kummissjoni (29). |
7.3.1.1.
(104) |
Il-miżuri involuti kienu konċessi f'Ġunju 2004, f'Ġunju 2005 u f'Diċembru 2007. Il-benefiċjarju jsostni li l-miżuri involuti huma eżenti mill-obbligu ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni 2005/842/KE. |
(105) |
Id-Deċiżjoni 2005/842/KE kienet tiddikjara bħala kompatibbli l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku mogħti fir-rigward tal-SGEI lill-impriżi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-istess deċiżjoni. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni 2005/842/KE tiddikjara bħala kompatibbli l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku għall-ajruporti i) fejn it-traffiku annwali li ma jkunx jaqbeż il-miljun passiġġier, ii) b'fatturat totali qabel it-taxxa ta' inqas minn EUR 100 miljun matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik is-sena li fiha jkun ingħatalha s-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali li jirċievu kumpens annwali għas-servizz inkwistjoni ta' anqas minn EUR 30 miljun (30). |
(106) |
Id-Deċiżjoni 2005/842/KE kienet tapplika biss għall-għajnuna fil-forma ta' kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku relatati mas-servizzi attwali ta' interess ekonomiku ġenerali. Sabiex ikun jista' jibbenefika mit-tali eżenzjoni, il-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku għat-twettiq tal-SGEI ried jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 tal-istess Deċiżjoni (31). |
(107) |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE jipprevedi li s-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jingħata lill-impriża inkwistjoni permezz ta' att uffiċjali wieħed jew iżjed li jiddefinixxu, fost l-oħrajn, in-natura u l-perjodu ta' validità tal-obbligi ta' servizz pubbliku, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, kif ukoll l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kumpens eċċessiv. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE jistabbilixxi li l-kumpens għandu jkun limitat għal dak meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż determinati għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, wara li jittieħed kont tad-dħul rilevanti u ta' marġni ta' profitt raġjonevoli. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE jipprevedi li l-Istati Membri jwettqu kontrolli regolari sabiex jiżguraw li l-impriżi ma jirċevux kumpens li jkun aktar mill-ammont determinat b'konformità mal-Artikolu 5. |
(108) |
Għar-raġunijiet deskritti fil-punt 7.1.2.1 ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li la l-benefiċjarju, u lanqas l-awtoritajiet Taljani ma wrew li ġew fdati lil SO.G.A.S. obbligi ta' servizz pubbliku ddefiniti b'mod ċar. Barra minn hekk, dawn ma tawx prova li l-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, u l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kumpens eċċessiv kienu inklużi fi kwalunkwe mod fl-imsemmija atti ta' affidament adottati minnhom stess. Jirriżulta li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE relatati mal-atti ta' affidament ma ġewx issodisfatti. |
(109) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens tat-telf tal-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto ma kienx kompatibbli mas-suq intern, lanqas ma kien eżentat mill-obbligu ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni 2005/842/KE. |
(110) |
Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' definizjoni ċara tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq SO.G.A.S., il-miżura ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern u eżenti mill-obbligu ta' notifika minn qabel imsemmi fl-Artikolu 10(b) tad-Deċiżjoni 2012/21/UE. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk il-miżura tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont il-punt 69 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011, li jistabbilixxi li “l-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti f'din il-Komunikazzjoni għal għajnuna li ma tkunx skont il-liġi li dwarha tieħu deċiżjoni wara l-31 ta' Jannar 2012 anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel dik id-data”. |
7.3.1.2.
(111) |
Il-punt 16 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa sabiex l-affidament ta' SGEI jkun jista' jitqies validu. B'mod partikolari, il-punt a) li jsegwi l-punt 16 jistabbilixxi li l-att ta' affidament irid jindika b'mod ċar il-kontenut u t-terminu ta' żmien tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Għalhekk, għall-istess raġunijiet diġà mogħtija fil-punt 7.1.2.1 ta' din id-deċiżjoni, il-miżuri ta' għajnuna li qed jiġu investigati ma jistgħux jitqiesu kompatibbli skont il-Qafas għall-SGEI tal-2011. B'mod partikolari, il-ġestjoni tal-ajruport fit-total tiegħu ma ġietx fdata b'mod ċar lill-benefiċjarju fil-forma ta' SGEI. Il-Kommissjoni ma rċeviet l-ebda att ta' affidament li jiddefinixxi ex ante b'mod uniku l-SGEI mogħti lill-benefiċjarju, lanqas id-dritt tiegħu għal kumpens. Barra minn hekk, ma ġewx sottomessi lill-Kummissjoni elementi li juru li l-punti 17 u 18 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011 ġew osservati. |
(112) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-miżura ta' għajnuna li qed tiġi investigata ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
(113) |
Għall-fini ta' kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li l-punt 9 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011 jistabbilixxi li l-kumpens għal SGEI mogħti lill-impriżi f'diffikultà jrid jiġi vvalutat skont il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà. |
(114) |
Matul il-fażi ta' valutazzjoni preliminari, l-Italja kienet sostniet fil-fatt li SO.G.A.S. kienet impriża f'diffikultà skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Madankollu, l-Italja kienet sostniet ukoll li l-miżuri li qed jiġu investigati ma kinux parti minn pjan ta' ristrutturar u li pjan tat-tali natura ma kienx jeżisti. Għalhekk, fid-deċiżjoni tagħha ta' bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni kienet qieset li t-tali miżuri ma setgħux jitqiesu kompatibbli mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
(115) |
Matul l-investigazzjoni formali, l-Italja ma komplietx issostni li l-ġestjoni tal-ajruport kien f'diffikultà fil-mument tal-konċessjoni tal-miżuri ta' għajnuna u li bħala konsegwenza l-għajnuna kienet kompatibbli abbażi tal-linji gwida msemmija. |
(116) |
Fin-nuqqas ta' elementi li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibilità tal-miżuri li qed jiġu investigati abbażi tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar, din ma tistax tiddikjara t-tali miżuri kompatibbli mas-suq intern skont il-linji gwida msemmija. |
7.3.2. Kompatibilità skont il-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni
(117) |
Fil-31 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru” (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni”) (32). Dawn japplikaw għall-għajnuna għall-funzjonament tal-ajruporti konċessa qabel il-31 ta' Marzu 2014. |
(118) |
L-għajnuna għall-funzjonament mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni tista' tiġi ddikjarata kompatibbli għall-ispejjeż kollha tat-twettiq mhux koperti sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(119) |
Skont dak iddikjarat mill-awtoritajiet Taljani, il-pożizzjoni ġeografika periferali u n-nuqqas ta' żvilupp tat-trasport tal-merkanzija jikkostitwixxu sitwazzjonijiet kritiċi gravi għar-reġjun ta' Calabria, speċjalment minħabba n-nuqqas ta' infrastrutturi xierqa. L-Italja ddikjarat li l-miżuri li qed jiġu investigati huma parti minn proġett ikbar li għandu l-għan li jsaħħaħ in-netwerks tat-trasport f'Calabria. Miżuri bħala dawn jippermettu lil SO.G.A.S. ittejjeb l-infrastrutturi u s-servizzi offruti mill-ajruport fid-dawl tal-istrateġija reġjonali l-ġdida li għandha l-għan li tirrinforza n-netwerks tat-trasport u tiggarantixxi aċċess aktar faċli għar-reġjun. |
(120) |
Fid-dawl ta' dak imsemmi, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għall-finanzjament mogħtija lil SO.G.A.S. ikkontribwixxiet għall-ilħuq ta' għan ta' interess komuni li tittejjeb l-aċċessibilità, il-konnettività u l-iżvilupp reġjonali permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura għat-trasport bl-ajru sikura u affidabbli. |
(121) |
Kif osservat mil-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni, l-ajruporti żgħar jista' jkollhom problemi jiffinanzjaw l-attività tagħhom mingħajr fondi pubbliċi. Skont il-punt 118 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni, l-ajruporti bi traffiku annwali ta' inqas minn 700 000 passiġġier jistgħu ma jkunux kapaċi jkopru porzjon sostanzjali tal-ispejjeż ta' ġestjoni tagħhom. It-traffiku tal-ajruport ta' Stretto dejjem kellu inqas minn 700 000 passiġġier. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kienet meħtieġa għaliex ippermettiet titjib tal-konnettività tar-reġjun ta' Calabria, li s-suq waħdu ma kienx se joffri. |
(122) |
Mingħajr l-għajnuna, l-attivitajiet tal-benefiċjarju kienu jonqsu b'mod sinifikanti, jew saħansitra kien ikollhom jieqfu. Fl-istess ħin, l-għajnuna ma qabżitx l-ammont meħtieġ biex ikopri t-telf tal-ġestjoni u għalhekk kienet limitata għall-minimu neċessarju biex jippermetti t-twettiq tal-attività li qed tirċievi l-għajnuna. |
(123) |
L-ebda ajruport ieħor ma jinsab fl-istess żona ta' lħuq, (38) minħabba li, kif deskritt qabel, l-ajruport l-aktar viċin jinsab aktar minn 130 kilometru 'l bogħod. Barra minn hekk, l-Italja kkonfermat li l-infrastruttura tal-ajruport tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-ajru għal kundizzjonijiet mhux diskriminatorji. La l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u lanqas l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati ppreżentati matul l-investigazzjoni ma qajmu l-ebda kwistjoni dwar l-aċċess mhux diskriminatorju tal-infrastruttura. |
(124) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet ta' kompatibilità ddefiniti mil-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni huma ssodisfatti. |
7.3.3. Konklużjoni dwar il-kompatibilità tal-għajnuna
(125) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta' għajnuna notifikata hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE. |
(126) |
Din il-konklużjoni, ifformulata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk ambjentali. |
8. KONKLUŻJONIJIET
(127) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Italja wettqet l-għajnuna inkwistjoni b'mod illegali, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, abbażi tal-valutazzjoni msemmija, iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna, minħabba li din hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat li l-Italja wettqet favur SO.G.A.S. S.p.A. (Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Ajruport ta' Stretto) għal ammont ugwali għal EUR 6 392 847 hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Ir-Repubblika Taljana hija d-destinatarja ta' din id-deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquin ALMUNIA
Viċi President
(1) ĠU C 292, 28.10.2010, p. 30.
(2) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(3) Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
(4) ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1 (punti 53–63).
(5) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(7) Aġenzija Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(9) Il-Kawża C-280/00 Altmark, Ġabra 2003, p. I-7747.
(10) Is-sentenza tat-Tribunal tal-24 ta' Marzu 2011, il-Kawżi Magħquda T-455/08 Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG vs Il-Kummissjoni u T-443/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2011, p. 01311.
(11) Is-sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Ottubru 1987, il-Kawża 248/84 Iir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ġabra 1987, p. 04013 u s-sentenza tat-Tribunal tat-12 ta' Mejju 2011, il-Kawżi Magħquda Région Nord-Pas-de-Calais (T-267/08) u Communauté d'agglomération du Douaisis (T-279/08) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ġabra 2011, p. II-0000, punt 108.
(12) Sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Frar 1990, il-Kawża C-301/87 Franza vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1990, p. I-307, punt 41.
(13) Il-Kummissjoni tinnota li l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-awtoritajiet Taljani matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali kienu differenti minn dawk li kienu taw qabel id-deċiżjoni tagħha li tibda tali proċedura fir-rigward tal-miżuri li qed jiġu investigati. B'mod partikolari, fid-deċiżjoni ta' bidu l-Kummissjoni osservat li, dak iż-żmien, l-Italja kienet ikkonfermat li SO.G.A.S. ma kinitx uffiċjalment f'diffikultà minħabba l-ispejjeż tas-servizz pubbliku ta' interess ġenerali, u għalhekk ma setgħetx tiġi vvalutata l-kompatibilità mal-miżuri kkontestati b'referenza għar-regoli tal-SGEI. Wara dan, matul l-investigazzjoni, l-Italja spjegat li SO.G.A.S. kienet fil-fatt ingħatat ir-responsabbiltà għat-twettiq ta' SGEI u li l-miżuri li kienu qed jiġu investigati mill-Kummissjoni jikkostitwixxu, għalhekk, kumpens leġittimu għat-twettiq ta' servizz pubbliku.
(14) Sentenza tal-Qorti tal-24 ta' Lulju 2003, il-Kawża C280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg Ġabra 2003, p. I7747.
(15) Il-paragrafu 47 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għal kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).
(16) Il-Kawża 127/73 Belgische Radio en Televisie vs SV SABAM u NV Fonior, Ġabra 1974 p. 313, punti 19 u 20; il-Kawża 66/86 Ahmed Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro GmbH vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V, Ġabra 1989, p. 803, punti minn 55 sa 57; il-Kawża 7/82 Gesellschaft zur Verwertung von Leistungsschutzrechten mbH (GVL) vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1983, p. 483; il-Kawża 172/80 Gerhard Züchner vs Bayerische Vereinsbank AG, Ġabra 1981, p. 2021.
(17) Il-punt 5.1 tad-Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007“Frequently asked questions in relation with Commission Decision of 28 November 2005 on the application of Article 86(2) of the EC Treaty to State aid in the form of public service compensation granted to certain undertakings entrusted with the operation of services of general economic interest, and of the Community Framework for State aid in the form of public service compensation” (L-aktar mistoqsijiet komuni rigward id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE lill-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u tal-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku) li jakkumpanja l-Komunikazzjoni “Servizzi ta' interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid”. Id-dokument ta' ħidma huwa disponibbli bl-Ingliż fuq l-indirizz: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007SC1516:EN:HTML
(18) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa (il-Komunikazzjoni dwar l-SGEI tal-2001) (ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4).
(19) Il-Kawża C-280/00 Altmark, Ġabra 2003, p. I-7747, paragrafu 87; il-Kawża T-137/10 CBI vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tas-7 ta' Novembru 2012 li għadha ma ġietx ippubblikata, punti 97 u 98.
(20) Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).
(22) Il-Kawża 301/87 Franza vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1990, p. 307, punt 11; il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, minn T-600/97 sa 607/97, T-1/98, minn T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98 Alzetta Mauro et vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2000, p. II-2319, punt 79 u l-ġurisprudenza kkwotata fihom; il-Kawżi Magħquda T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08 Regione autonoma della Sardegna et vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tal-20 ta' Settembru 2011, li għadha ma ġietx ippubblikata, punt 91.
(23) Ara b'mod partikolari l-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1994, p. I-4103, paragrafi 20–22.
(24) Is-sentenza Stardust Marine, paragrafu 71.
(25) Ara l-Kawża C-124/10 P Il-Kummissjoni vs Électricité de France (EDF), punti 82 u 83 u l-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08 Land Burgenland (l-Awstrija) u ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea, punt 155.
(26) Dejta uffiċjali.
(29) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istati taħt il-forma ta' kumpens għas--servizz pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(30) L-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni.
(31) Ara l-Artikolu 10 tal-istess Deċiżjoni għall-informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 u, b'mod partikolari, dwar id-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(c), (d) u (e), u tal-Artikolu 6 tagħha.
(33) Il-paragrafi 137 u 113 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.
(34) Il-paragrafi 137 u 116 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.
(35) Il-paragrafi 137 u 124 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.
(36) Il-paragrafi 137 u 125 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.
(37) Il-paragrafi 137 u 131 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.
(38) Iddefinit mil-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni bħala is-suq ġeografiku li l-konfini tiegħu jinsabu madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, tren jew ferrovija ta' veloċità għolja.