Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0943

    2014/943/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri l-oħra full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

    ĠU L 367, 23.12.2014, p. 97–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/943/oj

    23.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 367/97


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 ta' Diċembru 2014

    dwar il-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri l-oħra full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

    (2014/943/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 56(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill daħal fis-seħħ fid-19 ta' Awwissu 2014.

    (2)

    Sabiex jiġi żgurat proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet rapidu u effettiv fi kwistjonijiet ta' riżoluzzjoni, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (“il-Bord”) għandu jkun aġenzija speċifika tal-Unjoni bi struttura speċifika li tikkorrispondi għall-kompiti tiegħu.

    (3)

    Il-kompożizzjoni tal-Bord għandha tiżgura li jitqiesu kif dovut l-interessi rilevanti kollha involuti fil-proċeduri ta' riżoluzzjoni. B'kont meħud tal-kompitu tal-Bord, għandhom jinħatru President, Viċi President u erba' membri addizzjonali full-time tal-Bord.

    (4)

    Skont l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-ewwel President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni maħtur wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament hu taż tliet snin, li jista' jiġġedded għal perjodu ta' ħames snin. Skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-Viċi President u tal-erba' membri l-oħra full-tima tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni hu ta' ħames snin.

    (5)

    Fid-19 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni pprovdiet elenkar qasir tal-kandidati għall-ħatra ta' President, Viċi President u erba' membri oħra full-time tal-Bord lill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Fil-5 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Parlament Ewropew proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u erba' membri oħra full-time tal-Bord. Il-Parlament Ewropew approva din il-proposta fis-16 ta' Diċembru 2014.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura bħala membru full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal mandat ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni:

     

    Is-Sinjura Elke KÖNIG, President.

    2.   Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal mandat ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni:

    Is-Sur Timo LÖYTTYNIEMI, Viċi President

    Is-Sur Mauro GRANDE, Direttur tal-Istrateġija u l-Koordinazzjoni

    Is-Sur Antonio CARRASCOSA, Direttur għall-Ippjanar tar-Riżoluzzjoni

    Is-Sinjura Joanne KELLERMANN, Direttur għall-Ippjanar tar-Riżoluzzjoni

    Is-Sur Dominique LABOUREIX, Direttur għall-Ippjanar tar-Riżoluzzjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


    Top