This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0885
2014/885/EU: Commission Decision of 29 April 2014 on the State aid SA.34825 (2012/C), SA.34825 (2014/NN), SA.36006 (2013/NN), SA.34488 (2012/C) (ex 2012/NN), SA.31155 (2013/C) (2013/NN) (ex 2010/N) implemented by Greece for the Eurobank Group related to: Recapitalisation and Restructuring of Eurobank Ergasias S.A.; Restructuring aid to Proton bank through creation and capitalisation of Nea Proton and additional recapitalisation of New Proton Bank by the Hellenic Financial Stability Fund; Resolution of Hellenic Postbank through the creation of a bridge bank (notified under document C(2014) 2933) Text with EEA relevance
2014/885/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2014 dwar l-għajnuna mill-istat SA.34825 (2012/C), SA.34825 (2014/NN), SA.36006 (2013/NN) SA.34488 (2012/C) (ex 2012/NN) SA.31155 (2013/C) (2013/NN) (ex 2010/N) implimentata mill-Greċja għall-Grupp Eurobank b’rabta ma’: r-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tal-Eurobank Ergasias S.A.; L-għajnuna għar-ristrutturar lil Proton bank permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ Nea Proton u r-rikapitalizzazzjoni addizzjonali tan-New Proton Bank mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja; Ir-Riżoluzzjoni tal-Hellenic Postbank permezz tal-ħolqien ta’ bank tranżitorju (notifikata bid-dokument C(2014) 2933) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2014/885/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2014 dwar l-għajnuna mill-istat SA.34825 (2012/C), SA.34825 (2014/NN), SA.36006 (2013/NN) SA.34488 (2012/C) (ex 2012/NN) SA.31155 (2013/C) (2013/NN) (ex 2010/N) implimentata mill-Greċja għall-Grupp Eurobank b’rabta ma’: r-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tal-Eurobank Ergasias S.A.; L-għajnuna għar-ristrutturar lil Proton bank permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ Nea Proton u r-rikapitalizzazzjoni addizzjonali tan-New Proton Bank mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja; Ir-Riżoluzzjoni tal-Hellenic Postbank permezz tal-ħolqien ta’ bank tranżitorju (notifikata bid-dokument C(2014) 2933) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 357, 12.12.2014, pp. 112–178
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
12.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 357/112 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ April 2014
dwar l-għajnuna mill-istat SA.34825 (2012/C), SA.34825 (2014/NN), SA.36006 (2013/NN) SA.34488 (2012/C) (ex 2012/NN) SA.31155 (2013/C) (2013/NN) (ex 2010/N) implimentata mill-Greċja għall-Grupp Eurobank b’rabta ma’: r-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tal-Eurobank Ergasias S.A.; L-għajnuna għar-ristrutturar lil Proton bank permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ Nea Proton u r-rikapitalizzazzjoni addizzjonali tan-New Proton Bank mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja; Ir-Riżoluzzjoni tal-Hellenic Postbank permezz tal-ħolqien ta’ bank tranżitorju
(notifikata bid-dokument C(2014) 2933)
(Il-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(2014/885/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-Istati Membri u lil partijiet interessati oħra biex jissottomettu l-kummenti tagħhom f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet (1),
Billi,
1. PROĊEDURA
1.1. PROĊEDURI RELATATI MAL-GRUPP EUROBANK (2) (“IL-BANK” (3))
|
(1) |
Bid-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni approvat skema bl-isem “Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (“l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi”) imfassla biex tiżgura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Griega. L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi tippermetti li jiġu mogħtija għajnuniet skont it-tliet miżuri kostitwenti tagħha, miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, miżura ta’ garanzija u miżura ta’ self ta’ bonds tal-gvern (4). F’Mejju 2009, l-EFG Eurobank Ergasias S.A. (5) ġie rikapitalizzat mill-Greċja skont il-miżura tar-rikapitalizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-Premessa 14 tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 irreġistrat li se jiġi nnotifikat pjan ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni fir-rigward tal-benefiċjarji tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. |
|
(3) |
Fit-2 ta’ Awwissu 2010, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar fir-rigward tal-Grupp Eurobank lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rreġistrat dak il-pjan u l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta mill-awtoritajiet Griegi bħala l-Każ SA.30342 (PN 26/2010) u mbagħad bħala l-Każ SA.32789 (2011/PN). |
|
(4) |
Il-Bank ripetutament ibbenefika minn garanziji Statali fuq strumenti tad-dejn u self ta’ bonds tal-gvern skont l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (6). Ibbenefika wkoll minn assistenza ta’ likwidità f’emerġenza garantita mill-Istat (“ELA garantita mill-Istat”). |
|
(5) |
Fl-20 ta’ April 2012, il-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“HFSF”) ta ittra lill-Bank li tikkommettih jipparteċipa f’żieda ppjanata fil-kapital azzjonarju tal-Bank. Fit-28 ta’ Mejju 2012, il-HFSF ta rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 3 970 miljun lill-Bank (“l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja”). |
|
(6) |
F’Mejju 2012, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ittra ta’ impenn li ġiet mogħtija mill-HFSF lill-Bank. Il-Kummissjoni rreġistratha bħala għajnuna mhux notifikata (Każ SA.34825 (2012/NN)) peress li l-miżura kienet diġà ġiet implimentata. |
|
(7) |
Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (“id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank”) (7). |
|
(8) |
F’Diċembru 2012, il-HFSF ta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 341 miljun lill-Bank (“it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja”). Fil-21 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF ta wkoll ittra ta’ impenn lill-Bank għall-parteċipazzjoni tiegħu f’żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank u fi strumenti kapitali konvertibbli li għandhom jinħarġu, għal ammont totali ta’ mhux iktar minn EUR 528 miljun (8). L-awtoritajiet Griegi nnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Diċembru 2012. |
|
(9) |
F’Mejju 2013, l-HFSF ipparteċipa fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank li kienet ġiet miftiehma f’Diċembru 2012. Ikkonverta l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji f’ekwità u injetta EUR 528 miljun oħra ta’ kapital fil-Bank (“ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013”). |
|
(10) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2013, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-termini tar-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013. |
|
(11) |
Fil-31 ta’ Marzu 2014, l-HFSF ta ittra ta’ impenn lill-Bank għall-parteċipazzjoni tiegħu f’żieda ppjanata fil-kapital azzjonarju tal-Bank. |
|
(12) |
Fis-16 ta’ April 2014, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar finali għall-Bank (“il-pjan ta’ ristrutturar”) lill-Kummissjoni. Innotifikaw ukoll lill-Kummissjoni bl-impenn tal-HFSF li jissottoskrivi bis-sħiħ ir-rikapitalizzazzjoni li jmiss tal-Bank. Fl-istess data taw l-informazzjoni dwar l-ELA garantita mill-Istat. Indikaw li riedu jkomplu jipprovdu lill-Bank b’dan l-appoġġ ta’ likwidità, kif ukoll b’garanziji Statali fuq l-istrumenti tad-dejn u b’self ta’ bonds tal-gvern skont l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (9). |
|
(13) |
Il-Kummissjoni kellha diversi laqgħat, telekonferenzi u skambji ta’ emails mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi u l-Bank. |
|
(14) |
Il-Greċja taċċetta li b’mod eċċezzjonali d-deċiżjoni preżenti tiġi adottata bil-lingwa Ingliża biss. |
1.2. PROĊEDURA RELATATA MAN-NEGOZJI AKKWISTATI
1.2.1. Proċedura relatata ma’ Nea Proton Bank
|
(15) |
Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 34488 (2012/C), “Għajnuna lil Nea Proton Bank permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ Nea Proton Bank” (10) (“id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton”). B’dik id-deċiżjoni l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar: (i) l-iffinanzjar bl-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-Fond ta’ Garanzija Elleniku ta’ Depożitu u Investiment (“HDIGF”) u l-HFSF tal-EUR 1 121,6 miljun ta’ diskrepanza ta’ finanzjament bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Proton Bank li kienu ġew trasferiti lil Nea Proton Bank; (ii) injezzjoni ta’ kapital azzjonarju inizjali ta’ EUR 250 miljun mill-HFSF f’Nea Proton Bank; u (iii) injezzjoni ta’ kapital azzjonarju addizzjonali ta’ EUR 300 miljun mill-HFSF f’Nea Proton Bank li kien antiċipat fiż-żmien meta ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton. Il-Kummissjoni stiednet lill-Greċja tissottometti l-kummenti tagħha u tagħti l-informazzjoni kollha li tista’ tgħinha tivvaluta l-miżuri tal-għajnuna. It-Taqsima 1 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton iddeskriviet fid-dettall il-proċedura dwar il-Proton Bank, inklużi r-riżoluzzjoni tal-Proton Bank, il-ħolqien ta’ Nea Proton Bank, il-finanzjament tad-diskrepanza ta’ finanzjament u l-kapital azzjonarju inizjali injettat mill-HFSF f’Nea Proton Bank. |
|
(16) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2012, l-HFSF issottoskriva kapital azzjonarju addizzjonali f’Nea Proton Bank, żieda li ammontat għal EUR 230 miljun. |
|
(17) |
Fil-5 ta’ Settembru 2012, il-Greċja bagħtet kummenti dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton li kienet ġiet ippreparata mill-Bank of Greece u l-HFSF. |
|
(18) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF issottoskriva iktar kapital azzjonarju fin-Nea Proton Bank li ammonta għal EUR 35 miljun. |
|
(19) |
F’Mejju 2013, l-HFSF nieda l-proċess għall-bejgħ ta’ Nea Proton Bank. |
|
(20) |
Fit-12 ta’ Lulju 2013, l-awtoritajiet Griegi infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tal-Bank li jakkwista Nea Proton Bank. Il-Kummissjoni wieġbet fil-15 ta’ Lulju 2013. |
|
(21) |
Fil-15 ta’ Lulju 2013, il-Bank iffirma ftehim vinkolanti mal-HFSF biex jakkwista 100 % tal-ishma u d-drittijiet tal-vot ta’ Nea Proton Bank għall-prezz tax-xiri ta’ EUR 1 u l-HFSF impenja ruħu li jirrikapitalizza lil Nea Proton Bank qabel il-bejgħ tiegħu b’EUR 395 miljun fi flus kontanti. |
|
(22) |
Fid-29 ta’ Lulju 2013, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni b’din l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 395 miljun f’Nea Proton Bank. |
1.2.2. Proċedura relatata man-New TT Bank
|
(23) |
Fis-6 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 31155 (2013/C), “Għajnuna mill-Istat għat-TT Hellenic Postbank S.A. permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni tal-bank tranżitorju New TT Hellenic Postbank S.A.” (Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT) (11). B’dik id-deċiżjoni l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar: (i) injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 500 miljun mill-HFSF fin-New TT Hellenic Postbank S.A. (“New TT Bank”); (ii) finanzjament ta’ EUR 4,1 biljun (12) tad-diskrepanza fil-finanzjament (13) li tirriżulta mit-trasferiment tal-attivitajiet ta’ Hellenic Postbank S.A. (“TT Bank”) għan-New TT Bank; (iii) injezzjoni ta’ kapital mill-Greċja ta’ EUR 224,96 miljun fil-forma ta’ ishma ta’ preferenza skont l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi fit-TT Bank; u (iv) intervent ta’ EUR 0,68 biljun mill-HDIGF favur l-assi ta’ T Bank S.A. (“T Bank”) li kienu ġew trasferiti għat-TT Bank. Il-Kummissjoni stiednet lill-Greċja tissottometti kummenti u tagħti l-informazzjoni kollha li tista’ tgħinha tivvaluta l-għajnuna għar-ristrutturar. It-Taqsima 1 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT tiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri dwar ir-riżoluzzjoni ta’ T Bank permezz ta’ bejgħ lil TT Bank u r-riżoluzzjoni ta’ TT Bank bil-ħolqien ta’ New TT Bank. |
|
(24) |
F’Ġunju 2013, l-HFSF nieda l-proċess għall-bejgħ ta’ New TT Bank. |
|
(25) |
Fil-15 ta’ Lulju 2013, l-awtoritajiet Griegi infurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tal-HSFS li jbigħ in-New TT Bank lill-Bank u bir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. |
|
(26) |
Fil-15 ta’ Lulju 2013, il-Bank iffirma ftehim vinkolanti mal-HFSF biex jakkwista 100 % tal-ishma u d-drittijiet tal-vot ta’ New TT Bank. |
|
(27) |
Fid-19 ta’ Lulju 2013, il-Greċja bagħtet kummenti dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT. |
2. DESKRIZZJONI
2.1. IL-BANK U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU
2.1.1. Kuntest ġenerali tas-settur bankarju Grieg
|
(28) |
Il-prodott domestiku gross reali tal-Greċja (“PDG”) waqa’ b’20 % mill-2008 sal-2012, kif muri fit-Tabella 1. B’riżultat ta’ dan, il-banek Griegi ffaċċjaw rata ta’ inadempjenza li bdiet tiżdied b’mod mgħaġġel fuq is-self lill-unitajiet domestiċi u lill-kumpaniji Griegi (14). Dawk l-iżviluppi affettwaw ħażin il-prestazzjoni tal-assi tal-banek Griegi u wasslu għall-ħtiġijiet ta’ kapital. Tabella 1 Tkabbir reali fil-PDG fil-Greċja, 2008-2013
|
|||||||||||||||||||||||
|
(29) |
Barra minn hekk, fi Frar 2012, il-Greċja implimentat skambju ta’ bonds tas-settur privat magħruf bħala l-parteċipazzjoni tas-settur privat (“il-programm PSI”). Il-banek Griegi kienu involuti fil-programm PSI, li matulu il-Gvern Grieg offra lid-detenturi tal-bonds privati eżistenti titoli ġodda (inklużi bonds ġodda tal-Gvern Grieg (“GGBs”), titoli marbuta mal-PDG u noti tal-pagamenti tal-PSI maħruġa mill-Fond Ewropew ta’ Stabbiltà Finanzjarja (“EFSF”)) bi skambju għal GGBs eżistenti, bi skont nominali ta’ 53,5 % u maturitajiet itwal (15). L-awtoritajiet Griegi ħabbru r-riżultati ta’ dak l-iskambju ta’ bonds fid-9 ta’ Marzu 2012 (16). L-iskambju rriżulta f’telf sinifikanti għad-detenturi tal-bonds (stmat mill-Bank of Greece għal medja ta’ 78 % tal-ammont nominali tal-GGBs il-qodma għall-banek Griegi) u ħtiġijiet ta’ kapital li kienu debitati b’mod retroattiv fir-rendikonti finanzjarji tal-2011 tal-banek Griegi. Tabella 2 Telf tal-PSI totali tal-banek Griegi prinċipali (miljuni ta’ EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(30) |
Peress li l-banek Griegi ffaċċjaw nuqqasijiet sostanzjali fil-kapital b’riżultat tal-programm PSI u r-riċessjoni kontinwa, il-Memorandum ta’ Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji (“MPEF”) tat-Tieni Programm ta’ Aġġustament għall-Greċja bejn il-Gvern Grieg, l-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) datat il-11 ta’ Marzu 2012 għamel il-fondi disponibbli għar-rikapitalizzazzjoni ta’ dawk il-banek. L-awtoritajiet Griegi stmaw il-ħtiġijiet totali tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek u l-kostijiet tar-riżoluzzjoni li għandhom jiġu ffinanzjati skont dak il-programm għal EUR 50 biljun (18). Dak l-ammont ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece għall-perjodu li jibda f’Diċembru 2011 u jintemm f’Diċembru 2014 (“it-test tal-istress tal-2012”), li kien ibbażat fuq it-tbassir tat-telf mis-self imwettaq minn Blackrock (19). Il-fondi għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi huma disponibbli permezz tal-HFSF. It-Tabella 3 tiġbor fil-qosor il-kalkolu tal-ħtiġijiet ta’ kapital għall-banek Griegi prinċipali kif jirriżultaw mit-test tal-istress tal-2012. Tabella 3 Test tal-istress tal-2012: Ir-rekwiżiti ta’ kapital tal-banek Griegi prinċipali (miljuni ta’ EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(31) |
Skont il-MPEF ta’ Marzu 2012, “banek li jissottomettu pjanijiet vijabbli ta’ żieda fil-kapital se jingħataw l-opportunità li japplikaw u jirċievu appoġġ mill-pubbliku b’mod li jippreserva l-inċentivi tas-settur privat għall-injezzjoni tal-kapital u għalhekk jimminimizza l-piż għall-kontribwenti” (20). Il-Bank of Greece sab li l-akbar erba’ banek biss (Eurobank, National Bank of Greece, Piraeus Bank u Alpha Bank) huma vijabbli (21). Dawn irċevew l-ewwel rikapitalizzazzjoni mill-HFSF f’Mejju 2012. |
|
(32) |
Id-depożiti domestiċi fil-banek fil-Greċja naqsu b’total ta’ 37 % bejn l-aħħar tal-2009 u Ġunju tal-2012 minħabba r-riċessjoni u l-inċertezza politika. Dawk il-banek kellhom iħallsu rati tal-imgħax ogħla biex jippruvaw iżommu d-depożiti. Il-kostijiet tad-depożiti żdiedu u naqqsu l-marġini nett tal-imgħaxijiet tal-banek. Peress li l-banek Griegi tħallew barra mis-swieq tal-finanzjament tal-operaturi, saru kompletament dipendenti fuq il-finanzjament mill-Eurosistema (22) li proporzjon dejjem jiżdied minnu kien fil-forma ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza (“ELA”) mogħtija mill-Bank of Greece. L-ammonti li dawk il-banek kisbu kienu partikolarment kbar fit-tieni nofs tal-2012. |
|
(33) |
Wara li saru l-elezzjonijiet f’Ġunju 2012, l-istokk tad-depożiti reġa’ beda jiżdied. Il-finanzjament totali mill-Eurosistema lill-banek Griegi naqas mill-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(34) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2012, il-Greċja nediet programm ta’ xiri lura fuq il-GGBs riċevuti fil-qafas tal-programm PSI, bi prezzijiet li jvarjaw minn 30,2 % sa 40,1 % tal-valur nominali tagħhom (23). Il-banek Griegi pparteċipaw f’dak il-programm ta’ xiri lura li kkristallizza iktar telf fuq il-karta tal-bilanċ tagħhom, peress li t-telf kontabilistiku (jiġifieri, id-differenza bejn il-valur tas-suq u l-valur nominali) riżervat fiż-żmien tal-programm PSI sar definittiv u irriversibbli (24). |
|
(35) |
F’Diċembru 2012, l-ikbar erba’ banek Griegi rċevew it-tieni rikapitalizzazzjoni mill-HFSF. |
|
(36) |
Fil-ħarifa tal-2013, il-Bank tal-Greċja nieda eżerċizzju ta’ test tal-istress ġdid biex jivvaluta r-robustezza tal-pożizzjoni tal-kapital tal-banek Griegi kemm f’xenarju ta’ referenza u kif ukoll f’xenarju ħażin. |
|
(37) |
F’Lulju 2013, il-Bank tal-Greċja kkummissjona konsulent biex iwettaq studju dijanjostiku dwar il-portafoll tas-self tal-banek Griegi kollha. Il-konsulent wettaq tbassir ta’ telf ta’ kreditu (“CLPs”) fuq il-kotba tas-self domestiku kollha tal-banek Griegi, kif ukoll fuq is-self li għandu riskju Grieg f’fergħat u sussidjarji barranin fuq orizzont ta’ tliet snin u nofs u tul id-durata kollha tas-self. L-analiżi tat CLPs taħt żewġ xenarji makroekonomiċi: xenarju ta’ referenza u xenarju ħażin. Is-CLPs għall-portafolli tad-dejn barranin ġew stmati mill-Bank of Greece permezz ta’ kontribut mill-konsulent. |
|
(38) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tas-CLPs mill-konsulent, il-Bank of Greece wettaq il-valutazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kapital bl-għajnuna teknika ta’ konsulent ieħor. |
|
(39) |
Il-komponenti prinċipali tal-valutazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kapital skont it-test tal-istress tal-2013 kienu i) is-CLPs (25) fuq il-portafolli tas-self tal-banek fuq bażi kkonsolidata għar-riskju Grieg u r-riskju barrani, wara li jitnaqqsu r-riżervi tas-self eżistenti u ii) il-profittabbiltà operattiva stmata tal-banek għall-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016, abbażi ta’ aġġustament konservattiv tal-pjanijiet ta’ ristrutturar li kienu ġew sottomessi lill-Bank of Greece waqt ir-raba’ kwart tal-2013. It-Tabella 4 tagħti sommarju tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għall-banek Griegi prinċipali fuq bażi kkonsolidata fix-xenarju ta’ referenza għat-test tal-istress tal-2013. Tabella 4 Test tal-istress tal-2013: Rekwiżiti ta’ kapital għall-banek Griegi fuq bażi kkonsolidata fix-xenarju ta’ referenza (miljuni ta’ EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(40) |
Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Bank of Greece ħabbar ir-riżultati tat-test tal-istress tal-2013 u talab lill-banek jibagħtu l-pjanijiet tat-tkabbir tal-kapital sa nofs April 2014 biex ikopru r-rekwiżiti tal-kapital fix-xenarju ta’ referenza. |
2.1.2. L-attivitajiet ekonomiċi tal-Bank
|
(41) |
Il-Bank iforni servizzi bankarji universali prinċipalment fil-Greċja u fl-Ewropa tal-Lvant u x-Xlokk (Ċipru, ir-Rumanija, il-Bulgarija, is-Serbja u l-Ukraina). Joffri medda sħiħa ta’ prodotti u servizzi bankarji u finanzjarji għad-djar u n-negozji. Huwa attiv f’operazzjonijiet bankarji korporattivi u privati kif ukoll f’dawk għall-konsumatur, l-immaniġġjar tal-assi, l-assigurazzjoni, it-teżor, is-swieq tal-kapital u servizzi oħra. Il-Bank huwa inkorporat fil-Greċja u l-ishma tiegħu huma elenkati fil-Borża ta’ Ateni. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-Bank kien jimpjega total ta’ 17 427 persuna - madwar nofshom kienu impjegati fl-Ewropa tal-Lvant u x-Xlokk u n-nofs l-ieħor impjegati fil-Greċja (29). |
|
(42) |
Il-Bank ipparteċipa fil-programm PSI, skambja GGBs u self relatat mal-Istat b’valur nominali ta’ EUR 7 336 miljun. Il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 5 781 miljun qabel it-taxxa u dan kien kollu mdaħħal fil-kontijiet tiegħu tal-2011 (30). Matul il-programm ta’ xiri lura ta’ Diċembru 2012, il-Bank biegħ il-GGBs ġodda li kien irċieva fil-qafas tal-PSI bi skont kbir għall-valur nominali. Dak il-bejgħ ikkristallizza t-telf tiegħu fuq il-GGBs il-ġodda. |
|
(43) |
Iċ-ċifri ewlenin tal-Bank f’Diċembru 2010, Diċembru 2011, Diċembru 2012 u Diċembru 2013 (dejta kkonsolidata) huma ppreżentati fit-Tabella 5. Tabella 5 Il-figuri ewlenin tal-Eurobank, 2010, 2011, 2012 u 2013
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(44) |
It-Tabella 5 turi li, apparti mit-telf kbir li ddebita fl-2011 minħabba l-programm PSI (EUR 5 781 miljun (32)), il-Bank sofra minn tnaqqis fl-introjtu (fost raġunijiet oħra, minħabba l-kostijiet ogħla tad-depożiti) u minn telf minn indeboliment għoli u li dejjem jogħla fuq il-portafolli tas-self tiegħu fil-Greċja u ‘l barra minnha. Il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank intlaqtet ħażin mill-ħruġ tad-depożiti u l-proporzjon tas-self-depożiti tiegħu laħaq 148 % fil-31 ta’ Diċembru 2011, filwaqt li 42 % tal-karta tal-bilanċ kien iffinanzjat mill-Eurosistema f’dik id-data. |
|
(45) |
Taħt it-test tal-istress tal-2013, li r-riżultati tiegħu kienu mħabbra fis-6 ta’ Marzu 2014, il-Bank tal-Greċja kkalkula r-rekwiżiti ta’ kapital tal-Bank għal EUR 2 945 miljun għax-xenerju ta’ referenza. L-ammont kellu mnaqqsa minnu l-miżuri ta’ mitigazzjoni, jiġifieri, diġà assuma li l-Bank se jwettaq il-miżuri ta’ mitigazzjoni fil-forma ta’ ċessjonijiet, li kienu preżunti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-rekwiżiti ta’ kapital. |
|
(46) |
Sabiex ikopri l-ħtieġa identifikata ta’ EUR 2 945 miljun ta’ kapital, il-Bank ippropona miżuri ta’ mitigazzjoni mtejba, li madankollu, b’kollox jiġġeneraw ftit biss iktar minn dak preżunt mill-Bank of Greece meta kkalkula r-rekwiżiti ta’ kapital. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu l-bejgħ ta’ assi addizzjonali (bejgħ ta’ […] (*1), bejgħ ta’ […] % tas-sussidjarju tal-assigurazzjoni u t-tnaqqis tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli għal 20 % sal- […]) (33). |
|
(47) |
Peress li dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni mtejba jistgħu jkopru biss parti żgħira ħafna tar-rekwiżiti ta’ kapital identifikati, il-laqgħa ġenerali straordinarja tal-azzjonisti fit-12 ta’ April 2014 iddeċidiet li tipproċedi b’żieda kapitali ta’ EUR 2 864 miljun. Din tieħu l-forma ta’ offerta ta’ ekwità mhux ta’ prelazzjoni (jiġifieri, żieda fil-kapital bil-kanċellazzjoni tad-drittijiet ta’ prelazzjoni) għall-investituri internazzjonali u offerta pubblika fil-Greċja. Jekk it-talba mill-investituri privati ma tkunx biżżejjed biex tkopri ż-żieda kapitali kollha, l-HSFS ikopri l-lakuna billi jissottoskrivi l-ishma l-ġodda li jifdal, soġġett għall-konverżjoni minn qabel tal-istrumenti kapitali subordinati eżistenti tal-Bank f’ishma. |
2.2. L-AKKWIŻIZZJONIJIET MILL-BANK TAL-ATTIVITAJIET BANKARJI GRIEGI
|
(48) |
Fil-15 ta’ Lulju 2013, il-Bank iffirma żewġ ftehimiet vinkolanti mal-HFSF biex jakkwista 100 % tal-ishma u d-drittijiet tal-vot ta’ New TT Bank. |
2.2.1. L-akkwiżizzjoni ta’ Nea Proton Bank
Ir-Riżoluzzjoni tal-Proton Bank u Nea Proton Bank
|
(49) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2011, il-Bank of Greece pproċeda bir-riżoluzzjoni tal-Proton Bank. Il-liċenzja tal-Proton Bank ġiet irtirata mill-Bank of Greece li poġġiha f’likwidazzjoni (34). |
|
(50) |
Fuq proposta tal-Bank of Greece u wara d-Deċiżjoni tal-Ministru tal-Finanzi (35), in-Nea Proton Bank ġie maħluq bħala istituzzjoni ta’ kreditu interim u d-depożiti kollha (konsumaturi, banek u gvern), in-netwerk tal-fergħa u assi magħżula (portafolli tas-self u t-titoli) tal-Proton Bank ġew trasferiti lilu. Pretensjonijiet ta’ ekwità, dejn subordinat u self b’riskju għoli baqgħu mal-Proton Bank. L-HFSF injetta kapital azzjonarju inizjali ta’ EUR 250 miljun (36) fin-Nea Proton Bank u kien l-azzjonist ewlieni tiegħu. Id-daqs tal-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ Nea Proton Bank kienet ta’ madwar EUR 3 biljun. |
|
(51) |
Fl-aħħar tal-2011, l-assi mwieżna għar-riskju ta’ Nea Proton Bank (37) kienu jammontaw għal EUR 1,2 biljun. |
L-akkwiżizzjoni ta’ Nea Proton Bank mill-Bank
|
(52) |
Il-liġi Griega dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek tirrikjedi li l-HFSF jiddisponi mill-ishma kollha tiegħu f’istituzzjoni ta’ kreditu interim fi żmien sentejn mid-data tad-deċiżjoni Ministerjali li tistabbilixxi dik l-istituzzjoni ta’ kreditu interim (38). F’konformità ma’ dak l-obbligu u skont l-MPEF, l-HFSF ipproċeda bil-bejgħ tal-ishma tiegħu fin-Nea Proton Bank. Il-konsulent finanzjarju tal-HFSF ikkuntattja firxa wiesgħa ta’ investituri potenzjali (inklużi banek Griegi, banek barranin u sponsers finanzjarji) iżda żewġ partijiet biss, il-Bank u l-fond ħeġġ tal-Istati Uniti, issottomettew offerti finali. L-offerta magħmula mill-Bank biss kienet ikkunsidrata bħala konformi mal-ittra tal-proċess tal-HFSF u għalhekk kienet valida. |
|
(53) |
Fil-31 ta’ Mejju 2013, l-assi mwieżna għar-riskju ta’ Nea Proton Bank kienu EUR 811 miljun u l-kapital regolatorju tiegħu kien EUR -203 miljun. Fl-istess data, in-Nea Proton Bank kellu bżonn rikapitalizzazzjoni totali ta’ EUR 276 miljun biex jilħaq proporzjon ta’ 9 % ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni. Il-Bank ħallas fi flus kontanti korrispettiv ta’ EUR 1 bi skambju għal 100 % tal-ishma u d-drittijiet tal-vot ta’ Nea Proton Bank. Il-Bank talab lill-HFSF biex jirrikapitalizza lil Nea Proton Bank b’EUR 395 miljun li, minbarra l-EUR 276 miljun meħtieġa biex iġibu l-proporzjon tal-adegwatezza kapitali ta’ Nea Proton Bank lura għal 9 %, jippermetti provvediment ta’ EUR 119-il miljun addizzjonali biex jiġu koperti l-provvedimenti ta’ telf mis-self addizzjonali u t-telf mistenni ta’ qabel it-taxxa sal-2016. Skont it-termini tal-bejgħ, l-HFSF impenja ruħu li jkopri r-rekwiżiti ta’ kapital ta’ Nea Proton Bank qabel it-tlestija tat-tranżazzjoni billi jikkontribwixxi EUR 395 miljun fi flus. |
2.2.2. L-akkwiżizzjoni ta’ New TT Bank
Ir-Riżoluzzjoni tat-TT Bank u n-New TT Bank
|
(54) |
Fit-18 ta’ Jannar 2013, l-awtoritajiet Griegi pproċedew bir-riżoluzzjoni tat-TT Bank. Il-liċenzja tat-TT Bank ġiet irtirata mill-Bank of Greece li poġġiha f’likwidazzjoni (39). |
|
(55) |
Fuq proposta mill-Bank of Greece u wara d-deċiżjoni tal-Ministru tal-Finanzi (40), in-New TT Bank inħoloq bħala istituzzjoni ta’ kreditu interim u EUR 10,8 biljun ta’ assi (f’forma ta’ flus kontanti, kambjali tat-teżor, self produttiv, depożiti tal-bejgħ, finanzjament ċentrali u GGBs (41)) ġew trasferiti għan-New TT Bank. Ammont totali ta’ EUR 1,2 biljun ta’ assi netti baqgħu fit-TT Bank: “fil-forma ta’” pretensjonijiet ta’ ekwità, self mhux produttiv, assi u obbligazzjonijiet tat-taxxi tat-TT u imposti u dazji ta’ kwalunkwe tip. L-HFSF injetta kapital azzjonarju inizjali ta’ EUR 500 miljun fin-New TT Bank u kien l-azzjonist ewlieni tiegħu. Id-daqs tal-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ New TT Bank wara l-injezzjoni tal-kapital kien ta’ madwar EUR 15,1-il biljun. |
L-akkwiżizzjoni ta’ New TT Bank mill-Bank
|
(56) |
Bħala parti mill-impenji tal-MPEF, l-HFSF ipproċeda bil-bejgħ tal-ishma tiegħu lil New TT Bank. B’dak il-mod, huwa ssodisfa l-obbligu li jeħles mill-ishma tiegħu f’dik l-istituzzjoni ta’ kreditu interim fi żmien sentejn mill-ħolqien ta’ din tal-aħħar. Il-konsulent finanzjarju tiegħu kkuntattja firxa wiesgħa ta’ investituri potenzjali, inkluż banek Griegi, banek barranin u sponsers finanzjarji. L-akbar erba’ banek Griegi biss issottomettew offerti finali, li minnhom kienet ippreferuta l-offerta tal-Bank. |
|
(57) |
Il-Bank qabel li jħallas total ta’ EUR 681 miljun fil-forma ta’ ishma ordinarji li għadhom kemm ħarġu biex jixtri n-New TT Bank. Skont il-Ftehim tas-Sottoskrizzjoni, il-korrispettiv inizjali mħallas mill-Bank kien soġġett għal iktar aġġustamenti bbażati fuq evalwazzjoni tal-Valur Nett tal-Assi (42). |
|
(58) |
Konsegwentement, il-laqgħa ġenerali straordinarja tal-azzjonisti tal-Bank tas-26 ta’ Awwissu 2013 approvat li żżid il-kapital azzjonarju tal-Bank b’EUR 425 625 000, billi toħroġ 1 418 750 000 sehem ordinarju ġodda (43) b’valur nominali ta’ EUR 0,3 kull wieħed u prezz tal-offerta ta’ EUR 0,48 kull wieħed. Iż-żieda kapitali kienet sottoskritta kompletament mill-HFSF permezz ta’ kontribuzzjoni “in natura”. Il-kontribuzzjoni “in natura” ħadet il-forma tal-ishma kollha ta’ New TT Bank proprjetà tal-HFSF, b’valur totali ta’ EUR 681 miljun. Wara t-tranżazzjoni, il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-HFSF fil-Bank żdiedet minn 93,5 % għal 95,2 %. |
2.3. MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
|
(59) |
Il-Bank ibbenefika minn miżuri ta’ appoġġ kapitali A, B1, B2, B3, B4 u C u miżuri ta’ appoġġ għal-likwidità L1 u L2. Il-Proton Bank u Nea Proton bank ibbenefikaw mill-miżuri li ġejjin: Pr1, Pr2 Pr3, NP1, NP2 u NP3. It-T Bank, it-TT bank u n-New TT bank ibbenefikaw mill-miżuri T, TT, NTT1 u NTT2. |
2.3.1. Miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi
|
(60) |
Il-Bank kiseb diversi forom ta’ għajnuna bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi, jiġifieri bil-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, il-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self ta’ bonds tal-gvern. |
2.3.1.1. Appoġġ ta’ likwidità mill-Istat mogħti bil-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self ta’ bonds tal-gvern (miżura L1)
|
(61) |
Il-Bank ibbenefika u għadu jibbenefika minn għajnuna taħt il-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self ta’ bonds tal-gvern. L-għajnuna se tiġi deskritta f’din id-Deċiżjoni bħala “miżura L1”. Mit-30 ta’ Novembru 2013 (44), il-garanziji mogħtija lill-Bank ammontaw għal madwar EUR 13,9 biljun. F’dik id-data ma kien hemm l-ebda self pendenti tal-bonds tal-gvern lill-Bank. Mill-15 ta’ April 2011, il-Bank kien irċieva self ta’ bonds tal-gvern li jammontaw għal EUR 1 737 miljun u bbenefika minn EUR 13,6 biljun ta’ garanziji Statali mogħtija bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi. |
|
(62) |
Fil-pjan ta’ ristrutturar għall-Bank mibgħut mill-awtoritajiet Griegi lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Marzu 2014, l-awtoritajiet Griegi wrew l-intenzjoni tagħhom li jibqgħu jagħtu garanziji u jsellfu bonds tal-gvern taħt l-iskema matul il-perjodu tar-ristrutturar. |
2.3.1.2. Rikapitalizzazzjoni Statali mogħtija bil-miżura tar-rikapitalizzazzjoni tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (miżura A)[
|
(63) |
F’Mejju 2009, il-bank irċieva injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 950 miljun (45) (miżura A) bil-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi. Dik l-injezzjoni ta’ kapital kienet ekwivalenti għal madwar 2 % tal-assi mwieżna għar-riskju li kellu l-Bank f’dak iż-żmien. |
|
(64) |
Ir-rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta’ ishma ta’ preferenza sottoskritti mill-Greċja li kellhom kupun ta’ 10 % u maturità ta’ ħames snin. Fl-2010 id-durata tal-ishma privileġġati kienet estiża, filwaqt li r-rimunerazzjoni tagħhom żdiedet. Minn dakinhar ‘il quddiem, jekk l-ishma ta’ preferenza ma jkunux mifdija fi żmien ħames snin mill-ħruġ tagħhom u l-ebda deċiżjoni ma tkun ittieħdet mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar il-fidi ta’ dawk l-ishma, il-Ministru tal-Finanzi Grieg iżid il-kupun bi 2 % kull sena fuq bażi kumulattiva (jiġifieri, kupun ta’ 12 % għas-sitt sena, ta’ 14 % għas-seba’ sena, eċċ…). |
2.3.2. ELA garantita mill-Istat (miżura L2)
|
(65) |
L-ELA hija miżura eċċezzjonali li tippermetti istituzzjoni finanzjarja solventi, li tkun qiegħda tiffaċċja problemi ta’ likwidità temporanji, sabiex tirċievi finanzjament mill-Eurosistema mingħajr ma din l-operazzjoni tkun parti mill-politika monetarja unika. Ir-rata tal-imgħax imħallsa minn din l-istituzzjoni finanzjarja għall-ELA hija […] punti bażi ogħla mill-imgħax li tħallas għal rifinanzjament regolari tal-Bank Ċentrali. |
|
(66) |
Il-Bank of Greece huwa responsabbli għall-programm ELA, li jfisser li kwalunkwe kost u r-riskji kolha li jiġu mill-provvediment tal-ELA jkunu mġarrba mill-Bank of Greece (46). Il-Greċja tat lill-Bank of Greece garanzija Statali li tapplika għall-ammont totali tal-ELA garantita mill-Bank of Greece. L-adozzjoni tal-Artikolu 50, paragrafu 7 tal-Liġi 3943/2011, li emenda l-Artikolu 65, paragrafu 1 tal-Liġi 2362/1995, ippermettiet lill-Ministru tal-Finanzi li jagħti garanziji f’isem l-Istat lill-Bank of Greece sabiex jissalvagwardja l-pretensjonijiet tal-Bank of Greece kontra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-banek li jibbenefikaw mill-ELA jridu jħallsu miżata ta’ garanzija lill-Istat li tammonta għal […] punti bażi. |
|
(67) |
Mill-31 ta’ Diċembru 2011, il-Bank ibbenefika minn EUR 14,95 biljun ta’ ELA garantita mill-Istat (47), filwaqt li mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Bank ibbenefika minn EUR 12-il biljun ta’ ELA garantita mill-Istat. |
2.3.3. Miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF
|
(68) |
Sa mill-2012, il-Bank ibbenefika minn diversi miżuri ta’ appoġġ kapitali mogħtija mill-HFSF. It-Tabella 6 tagħti ħarsa ġenerali lejn dawk il-miżuri ta’ għajnuna. Tabella 6 Miżuri ta’ appoġġ kapitali mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF
|
2.3.3.1. L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (miżura B1)
|
(69) |
Il-Premessi 15 sa 32 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ Mejju 2012 (miżura B1). L-isfond u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dik il-miżura huma stabbiliti f’din it-taqsima. |
|
(70) |
Fl-20 ta’ April 2012, l-HFSF ta ittra lill-Bank fejn ikkommetta li jipparteċipa f’żieda ppjanata tal-kapital azzjonarju tal-Bank għal ammont sa EUR 4,2 biljun. |
|
(71) |
Bil-miżura B1, l-HFSF ittrasferixxa EUR 3,97 biljun ta’ bonds tal-EFSF lill-Bank fit-28 ta’ Mejju 2012, f’konformità mad-dispożizzjonijiet għar-rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji stabbiliti fil-Liġi 3864/2010 li tistabbilixxi l-HFSF (“Il-Liġi dwar l-HFSF”). Il-bonds tal-EFSF ittrasferiti lill-Bank kienu noti varjabbli tal-EFSF b’maturitajiet ta’ sitt snin u għaxar snin u b’data tal-ħruġ tad-19 ta’ April 2012. Il-Kummissjoni, fil-Premessa (48) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank diġà stabbiliet li “Ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja ffinalizzata fit-28 ta’ Mejju 2012 hija l-implimentazzjoni tal-obbligazzjoni meħuda fl-ittra ta’ impenn u għalhekk, kontinwazzjoni tal-istess għajnuna”. Iż-żewġ ammonti mogħtija fl-ittra ta’ impenn u fl-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ġew ikkalkulati mill-Bank of Greece biex jiġi żgurat li l-Bank laħaq proporzjon ta’ kapital totali ta’ 8 % sa mill-31 ta’ Diċembru 2011, id-data tad-dħul retroattiv tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja fir-rekords tal-Bank. Kif jista’ jidher fit-Tabella 3, il-miżura B1 kopriet biss parti limitata tar-rekwiżiti totali ta’ kapital totali identifikati mit-test tal-istress tal-2012. Il-Bank suppost kellu jiġbor il-kapital permezz ta’ żieda kapitali futura u r-rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet maħsuba biss biex tippriserva l-eliġibbiltà tal-Bank għall-finanzjament mill-BĊE sakemm titwettaq iż-żieda fil-kapital. |
|
(72) |
Għall-perjodu ta’ bejn id-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja u d-data tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’ishma ordinarji u strumenti finanzjarji konvertibbli oħra, il-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni bejn il-Bank u l-HFSF kien jistipula li l-Bank kellu jħallas lill-HFSH miżata annwali ta’ 1 % fuq il-valur nominali tan-noti tal-EFSF u li kwalunkwe pagament ta’ kupuni u mgħax akkumulat man-noti tal-EFSF għal dak il-perjodu, ikun jgħodd bħala kontribuzzjoni tal-kapital addizzjonali mill-HFSF (48). |
2.3.3.2. It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (miżura B2)
|
(73) |
Il-Bank daħħal iktar telf fil-ħarifa tal-2012. Għalhekk, il-kapital tiegħu reġa’ waqa’ taħt ir-rekwiżiti minimi ta’ kapital biex jibqa’ eliġibbli għal rifinanzjament mill-BĊE. |
|
(74) |
B’riżultat ta’ dan, saret meħtieġa t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Fil-21 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF implimenta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 341 miljun (miżura B2), li għal darba oħra ġiet imħallsa bit-trasferiment ta’ Bonds tal-EFSF għall-Bank. |
2.3.3.3. L-ittra ta’ impenn tal-21 ta’ Diċembru 2012 (miżura B3)
|
(75) |
Minbarra t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja, fil-21 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF ta ittra ta’ impenn lill-Bank għall-parteċipazzjoni tiegħu fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank u fi strumenti kapitali konvertibbli li għandhom jinħarġu, għal ammont totali ta’ mhux iktar minn EUR 528 miljun (miżura B3). |
|
(76) |
It-total taż-żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2) u tal-ammont addizzjonali impenjat f’Diċembru 2012 (miżura B3) fisser li l-HFSF kien ikkommetta r-rekwiżiti ta’ kapital totali identifikati fit-test tal-istress tal-2012 (EUR 5 839 miljun (49)). |
2.3.3.4. Ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013 (miżura B4)
|
(77) |
Fit-30 ta’ April 2013, il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti approvat żieda fil-kapital azzjonarju tal-Bank għal ammont ta’ EUR 5 839 miljun (“Ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013”). Għalhekk, il-Bank ħareġ 3 789 317 357 sehem ġodda b’valur nominali ta’ EUR 0,30 bi prezz ta’ EUR 1,54 għal kull sehem. |
|
(78) |
Fl-istess data, il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti ddeċidiet ukoll li l-ammont sħiħ tal-kapital ikun mogħti mill-HFSF u jitħallas in natura, fil-forma ta’ bonds tal-EFSF. |
|
(79) |
B’riżultat ta’ dan, l-HFSF injetta total ta’ EUR 5 839 miljun fil-Bank fil-forma ta’ ishma ordinarji f’Mejju 2013 (miżura B4). Dak l-ammont huwa ugwali għas-somma tal-miżuri B1, B2 u B3. |
|
(80) |
Permezz tar-Rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2) ġew konvertiti f’rikapitalizzazzjoni permanenti u ġie implimentat l-impenn biex tingħata għajnuna għall-kapital addizzjonali (miżura B3). |
|
(81) |
Il-prezz tal-ishma l-ġodda ġie stabbilit għal 50 % tal-prezz tal-istokk medju ponderat skont il-volum fuq il-50 jum ta’ kummerċ ta’ qabel id-determinazzjoni tal-prezz tal-offerta. B’riżultat ta’ qsim invers tal-ishma deċiż mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti fit-30 ta’ April 2012 (50), il-prezz tal-ishma l-ġodda ġie stabbilit għal EUR 1,54 għal kull sehem. |
|
(82) |
Immedjatament wara r-Rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, l-HFSF sar l-azzjonist maġġoritarju tal-Bank b’sehem ta’ 98,56 %. Madankollu, wara li l-Bank wettaq eżerċizzju ieħor tal-immaniġġjar tal-obbligazzjonijiet, dak is-sehem niżel għal 93,55 % f’Ġunju 2013 (ara s-sezzjoni 2.4.5). F’Awwissu 2013, il-Bank ħareġ ishma ġodda għall-HFSF biex jixtri n-New TT Bank li b’riżultat ta’ dan is-sehem tal-HFSF żdied għal 95,23 % (51). |
2.3.3.5. L-impenn tar-rikapitalizzazzjoni tal-2014 (miżura C)
|
(83) |
Fis-6 ta’ Marzu 2014, il-Bank of Greece rrapporta r-riżultati ta’ eżerċizzju ta’ test tal-istress imwettaq fit-tieni nofs tal-2013. Il-Bank of Greece indika li fix-xenarju ta’ referenza, ir-rekwiżiti ta’ kapital tal-Bank għall-perjodu 2014-2016 jilħqu l-EUR 2 945 miljun. |
|
(84) |
Fil-31 ta’ Marzu 2014, l-HFSF bagħat ittra lill-Bank fejn indikalu li kellu l-intenzjoni u l-abbilta li jwaqqaf kwalunkwe żieda fil-kapital azzjonarju implimentata fil-Liġi dwar l-HFSF 3864/2010, kif emendata fit-30 ta’ Marzu 2014, meħtieġa biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kapital identifikati waqt it-test tal-istress. Il-Liġi dwar l-HFSF tgħid li jekk, fl-aħħar tal-perjodu tas-sottoskrizzjoni ikun hemm talba insuffiċjenti ta’ investituri privati bi prezz iddeterminat mill-Kunsill Ġenerali tal-HFSF ibbażat fuq żewġ valutazzjonijiet indipendenti, l-HFSF jissottoskrivi kwalunkwe sehem li jibqa’, soġġett għal konverżjoni minn qabel tal-istrument kapitali subordinat eżistenti tal-Bank f’ishma kif iddikjarat fl-Artikolu 6a. |
|
(85) |
Fit-12 ta’ April 2014, il-laqgħa straordinarja tal-azzjonisti approvat żieda fil-kapital azzjonarju li tammonta għal EUR 2 864 miljun skont il-Liġi dwar l-HFSF u indikat li l-prezz tal-offerta ma jistax ikun inqas mill-prezz nominali ta’ EUR 0,30 għal kull sehem u l-prezz minimu għandu jiġi stabbilit mill-HFSF (52). |
|
(86) |
F’konformità mal-Liġi dwar l-HFSF, l-HFSF ħatar żewġ konsulenti indipendenti biex jiddeterminaw il-valur tal-Bank. Fl-10 ta’ April 2014, iż-żewġ konsulenti kkonkludew xogħolhom billi kull wieħed ta firxa għall-valur tal-Bank. Iż-żewġ firxiet jikkoinċidu b’mod sinifikanti. Fuq il-bażi ta’ dawk il-valutazzjonijiet, il-Kunsill Ġenerali tal-HFSF fl-14 ta’ April 2014 iddetermina l-prezz li jikkorrispondi għall-prezz minimu li bih jistgħu jiġu offruti l-ishma l-ġodda tal-bank lill-investituri u l-prezz li jwaqqaf l-offerta tal-ekwità jekk ikun meħtieġ (53). Fil-15 ta’ April 2014, huwa approva l-offerta magħmula minn konsorzju ta’ investituri biex jissottoskrivi EUR 1,3 biljun ta’ ishma ġodda bi prezz ta’ EUR 0,30 għal kull sehem (“investitur fundamentali” (54) (55)). |
|
(87) |
Fl-24 ta’ April 2014, il-Eurobank ħabbar il-bidu tal-bini tal-kotba bi prezz li jvarja minn EUR 0,30 sa EUR 0,33 (56). Jekk ikun hemm talba biżżejjed biex tkopri l-EUR 2 864 miljun kollha bi prezz ogħla minn EUR 0,30, l-investitur fundamentali jkun irid jaġġusta l-prezz tiegħu għall-ogħla prezz jew jikkanċella l-ordnijiet tiegħu, li f’dak il-każ jirċievi miżata ta’ kumpens. Jekk ikun hemm talba biżżejjed minn investituri privati (inkluż talba minn investitur fundamentali) biex tkopri l-EUR 2 864 miljun bi prezz ta’ EUR 0,30, l-investitur fundamentali jirċievi allokazzjoni prijoritarja. Jekk ma jkunx hemm talba biżżejjed (inkluż talba minn investitur fundamentali) bi prezz ta’ EUR 0,30, id-dejn subordinat jiġi konvertit f’ishma ġodda. Kif previst fil-Liġi dwar l-HFSF, kwalunkwe sehem mhux sottoskritt wara l-konverżjoni tad-dejn subordinat jiġi sottoskritt mill-HFSF bl-istess prezz, jiġifieri EUR 0,30 għal kull sehem. |
2.3.4. Miżuri ta’ għajnuna għan-negozji akkwistati
2.3.4.1. Miżuri ta’ għajnuna għall-Proton Bank u Nea Proton Bank
|
(88) |
Sa mill-2008, il-Proton Bank u Nea Proton Bank ibbenefikaw minn diversi miżuri ta’ għajnuna. It-Tabella 7 tagħti ħarsa ġenerali lejn dawn il-miżuri ta’ għajnuna. Tabella 7 Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta’ appoġġ kapitali għall-Proton u Nea Proton Bank
|
2.3.4.1.1
– (i) Rikapitalizzazzjoni mill-Istat riċevuta minn Proton Bank (miżura Pr1)
|
(89) |
F’Mejju 2009, il-Greċja injettat EUR 80 miljun fil-Proton Bank, li kien ekwivalenti għal madwar 4,6 % tal-assi mwieżna għar-riskju tagħha f’dak iż-żmien. Dik l-injezzjoni fil-kapital ġiet magħmula bil-miżura tar-rikapitalizzazzjoni li tagħmel parti mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi. Ir-rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta’ ishma privileġġati. |
– (ii) Appoġġ ta’ likwidità mill-Istat riċevut minn Proton Bank (miżuri Pr2 u Pr3)
|
(90) |
Il-Proton Bank ibbenefika wkoll minn miżuri ta’ għajnuna bil-miżuri ta’ garanzija u ta’ self ta’ bonds tal-gvern li huma parti mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi. F’April 2009, il-Proton Bank irċieva titoli tal-gvern Grieg li jammontaw għal EUR 78 miljun (miżura Pr2) u f’Lulju 2010 irċieva garanzija Statali għall-bonds maħruġa b’valur nominali ta’ EUR 149,4 miljun (miżura Pr3). Il-bonds iggarantiti mill-Istat ġew trasferiti għal Nea Proton Bank fil-jum tar-riżoluzzjoni iżda ġew ikkanċellati fil-5 ta’ Jannar 2012. It-titoli tal-gvern Grieg immaturaw f’Diċembru 2011 u ma ġewx imġedda. |
2.3.4.1.1
– (i) Kopertura tad-diskrepanza ta’ finanzjament ta’ Nea Proton Bank ta’ EUR 1 121,6 miljun (miżura NP1)
|
(91) |
Fil-kuntest tar-riżoluzzjoni tal-Proton Bank, l-awtoritajiet Griegi identifikaw diskrepanza ta’ finanzjament fin-Nea Proton Bank. F’konformità ma’ Deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2011 tal-Bank of Greece, l-Iskema tar-Riżoluzzjoni tal-HDIGF ħallset EUR 862 miljun lil Nea Proton Bank f’Diċembru 2011. Wara li l-Bank of Greece ffinalizza l-kalkolu tad-diskrepanza ta’ finanzjament fid-19 ta’ Jannar 2012 għal EUR 1 121,6 miljun, f’konformità ma’ Deċiżjoni tal-Bank of Greece tad-9 ta’ April 2012 (57), l-HFSF (58) ħallas l-ammont li jifdal ta’ EUR 259,6 miljun fl-14 ta’ Mejju 2012. L-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF u tal-HFSF b’hekk għalqet id-diskrepanza ta’ finanzjament. |
– (ii) Injezzjonijiet ta’ kapital mill-HFSF fin-Nea Proton Bank fl-2011 u 2012 (miżura NP2)
|
(92) |
L-HFSF ta għajnuna mill-Istat lil Nea Proton Bank fil-forma ta’ kapital azzjonarju inizjali (ishma komuni) ta’ EUR 250 miljun, imħallsa f’żewġ porzjonijiet fid-9 ta’ Ottubru 2011 u fit-3 ta’ Frar 2012. |
|
(93) |
Skont il-pjan tar-ristrutturar aġġornat ta’ Nea Proton Bank mibgħut fis-16 ta’ Lulju 2012, li kien l-aħħar verżjoni tal-pjan li kien ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fiż-żmien tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, in-Nea Proton Bank kellu bżonn kapital addizzjonali ta’ EUR 300 miljun. Dak il-kapital addizzjonali kien meħtieġ parzjalment għaliex in-Nea Proton Bank sofra telf b’riżultat tal-programm PSI (it-telf minn indeboliment għall-2011 ammonta għal EUR 146,5 miljun fir-rigward tal-GGBs u indebolimenti addizzjonali ta’ EUR 22 miljun ġew inkorporati fir-riżultati tal-ewwel kwart tal-2012). Kien meħtieġ ukoll kapital addizzjonali min-Nea Proton Bank għaliex il-ħlasijiet tal-provvediment mill-2011 sal-2016 għolew mil-livelli assunti meta ġie stabbilit in-Nea Proton Bank. |
|
(94) |
Skont il-pjan tar-ristrutturar aġġornat ta’ Nea Proton Bank mibgħut fis-16 ta’ Lulju 2012, dawk ir-rekwiżiti kapitali antiċipati kellhom jieħdu l-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital mistennija ta’ EUR 285 miljun fl-2012 u injezzjoni ta’ kapital mistennija ta’ EUR 15-il miljun fl-2014. Fil-fatt, l-HFSF finalment injetta EUR 230 miljun fin-Nea Proton Bank fl-1 ta’ Awwissu 2012 u EUR 35 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2012. |
– (iii) Injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF fin-Nea Proton Bank qabel il-bejgħ lill-Eurobank (miżura NP3)
|
(95) |
Bil-kuntratt tal-bejgħ tal-15 ta’ Lulju 2013, l-HFSF kien diġà kkommetta li jinjetta l-ammont ta’ EUR 395 miljun fin-Nea Proton Bank (59). L-HFSF ħallas l-ammont ta’ EUR 395 miljun fit-28 ta’ Awwissu 2013. |
2.3.4.2. Miżuri ta’ għajnuna lil New TT Bank
|
(96) |
It-T Bank, it-TT Bank u n-New TT Bank ibbenefikaw minn diversi miżuri ta’ għajnuna sa mill-2008. It-Tabella 8 tagħti ħarsa ġenerali lejn dawn il-miżuri ta’ għajnuna. Tabella 8 Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta’ għajnuna għat-T Bank u t-TT Bank.
|
2.3.4.1.1.
Intervent mill-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF favur it-T Bank ta’ EUR 677 miljun (miżura T)
|
(97) |
L-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF u l-HFSF iffinanzjat id-diskrepanza ta’ finanzjament li rriżultat mit-trasferiment tal-attivitajiet mit-T Bank għat-TT Bank, li tirrappreżenta d-differenza bejn il-valur ġust tal-assi trasferiti mit-T Bank għat-TT Bank u l-valur ġust tal-obbligazzjonijiet trasferiti. F’konformità ma’ deċiżjoni tal-Bank of Greece tas-17 ta’ Diċembru 2011, l-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF ħallset l-ammont ta’ EUR 450 miljun (61), li kien jikkorrispondi għal madwar żewġ terzi tad-diskrepanza ta’ finanzjament stmata. Wara l-finalizzazzjoni tal-kalkolu tad-diskrepanza tal-finanzjament għal madwar EUR 677 miljun, f’konformità ma’ deċiżjoni tal-Bank of Greece tad-9 ta’ April 2012 (62), fl-14 ta’ Frar 2013 l-HFSF (63) ħallas il-bilanċ ta’ EUR 227 miljun (64) lil New TT Bank. |
2.3.4.2.2.
Rikapitalizzazzjoni mill-Istat riċevuta mit-TT Bank (miżura TT)
|
(98) |
F’Mejju 2009, it-TT Bank irċieva injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 224.96 miljun, ekwivalenti għal madwar 2.9 % tal-assi mwieżna għar-riskju tiegħu dak iż-żmien, mill-Greċja t-TT Bank irċieva l-injezzjoni ta’ kapital bil-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni li hija parti mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi. L-injezzjoni ta’ kapital ħadet il-forma ta’ ishma privileġġati. |
2.3.4.2.3.
– (i) Kopertura tad-diskrepanza ta’ finanzjament ta’ New TT Bank ta’ EUR 3 732,6 miljun (miżura NTT1)
|
(99) |
L-HFSF iffinanzja d-diskrepanza ta’ finanzjament fin-New TT Bank, li tirrappreżenta d-differenza bejn il-valur tal-assi trasferiti mit-TT Bank għan-New TT Bank u l-valur nominali tal-obbligazzjonijiet trasferiti. F’konformità ma’ deċiżjoni tal-Bank of Greece tat-18 ta’ Jannar 2013, l-HFSF fid-29 ta’ Jannar 2013 ħallas l-ammont ta’ EUR 2 730,8 miljun (65), li kien jikkorrispondi għal madwar żewġ terzi tad-diskrepanza ta’ finanzjament stmata. Wara li l-Bank of Greece ffinalizza l-kalkolu tad-diskrepanza ta’ finanzjament għal EUR 3 732,6 miljuni (66), f’konformità mad-deċiżjoni tal-Bank of Greece tal-21 ta’ Mejju 2013, l-HFSF fl-14 ta’ Ġunju 2013 ħallas l-ammont li kien fadal ta’ EUR 1 001,7 miljun lil New TT Bank. |
– (ii) Injezzjonijiet ta’ kapital mill-HFSF fin-New TT Bank (miżura NTT2)
|
(100) |
L-HFSF ikkostitwixxa l-uniku azzjonist ta’ New TT Bank u fornih b’għajnuna mill-Istat fil-forma tal-kapital azzjonarju inizjali (ishma komuni) ta’ EUR 500 miljun. |
2.4. IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR U L-MUDELL TA’ NEGOZJU ĠDID
|
(101) |
Fis-16 ta’ April 2014, il-Greċja bagħtet il-pjan ta’ ristrutturar lill-Bank, li jispjega kif il-Bank, bħala entità kkombinata li tirriżulta mill-akkwist ta’ Nea Proton Bank u n-New TT Bank, għandu l-intenzjoni li jirkupra l-vijabbiltà fit-tul tiegħu. |
2.4.1. Operazzjonijiet domestiċi
|
(102) |
Permezz tal-pjan ta’ ristrutturar, il-Bank se jiffoka fuq l-attivitajiet bankarji ewlenin tiegħu fil-Greċja. Filwaqt li l-operazzjonijiet internazzjonali tiegħu ammontaw għal madwar 26 % tas-self fl-2010 (67), dak is-sehem kien diġà niżel għal 20 % fl-aħħar tal-2012 u se jkompli jinżel għal […] % sal-aħħar tal-2018 (68). |
|
(103) |
Il-prijorità ewlenija tal-Bank hija li jerġa’ jġib l-operazzjonijiet bankarji Griegi lura għall-profittabbiltà u vijabbiltà sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar (31 ta’ Diċembru 2018). Għal dak il-għan, il-pjan ta’ ristrutturar jinkludi numru ta’ miżuri mmirati biex itejbu l-effiċjenza operattiva tal-Bank u l-marġini tal-imgħax nett, kif ukoll miżuri li jtejbu l-pożizzjoni tal-kapital u l-istruttura tal-karta tal-bilanċ tiegħu. |
|
(104) |
Fir-rigward tal-effiċjenza operattiva, il-Bank diġà beda programm vast ta’ razzjonalizzazzjoni sew qabel l-akkwisti ta’ New TT Bank u Nea Proton Bank. Sa mill-2010, il-Bank naqqas il-preżenza fiżika tiegħu fil-Greċja. Fuq bażi awtonoma (esklużi l-akkwiżizzjonijiet ta’ New TT Bank u Nea Proton Bank), huwa naqqas il-fergħat tiegħu minn 564 f’Ġunju 2008 għal […] fl-2014 u naqqas ukoll il-forza tax-xogħol Griega tiegħu (minn 10 142 fl-2008 għal 9 037 fl-2012) (69). |
|
(105) |
Sal-aħħar tal-pjan ta’ ristrutturar, il-Bank għandu l-pjan li jkompli jnaqqas kemm in-numru ta’ fergħat, minn 645 pro-forma fit-31 ta’ Diċembru 2012 għal […] fil-31 ta’ Diċembru 2018 u n-numru ta’ impjegati, minn 12 430 għal […] fuq bażi pro-forma, jiġifieri jitqiesu Nea Proton Bank u n-New TT Bank (70). |
|
(106) |
Iż-żieda fl-effiċjenza f’termini tal-fergħat u l-persunal tgħin biex ibaxxi l-ispiża totali tal-attivitajiet bankarji Griegi kkombinati b’[…] % minn EUR 913-il miljun fuq bażi annwali fl-2013 (71) għal EUR […] miljun fl-2018 (72). B’riżultat ta’ dan, il-proporzjon tal-ispejjeż għad-dħul mistenni tal-attivitajiet bankarji Griegi tal-Bank se jaqgħu taħt il-[…] % fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar, tnaqqis minn 60 % fl-2012. |
|
(107) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jiddeskrivi wkoll kif il-Bank se jtejjeb il-kostijiet tal- finanzjament tiegħu, li huwa essenzjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Il-Bank jistenna li jkun jista’ jħallas rati tal-imgħax inqas fuq id-depożiti tiegħu b’riżultat ta’ ambjent iktar stabbli u b’mod partikolari l-istabbilizzazzjoni u l-irkupru tal-ekonomija Griega, li hija mistennija li terġa’ tikber mill-2014 ‘il quddiem. Il-firxiet fuq id-depożiti (medja ta’ depożiti b’terminu, depożiti liberi u rati tat-tfaddil) huma mistennija li jonqsu fil-Greċja minn 223 punt bażi fl-2012 għal […] punt bażi fl-2018 (73). Dak it-tnaqqis fil-firxiet jinkiseb prinċipalment billi jitħallsu rati ħafna inqas fuq id-depożiti b’terminu. Bl-istess mod, id-dipendenza tal-bank fuq l-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza u finzanzjament usa’ mill-Eurosistema se tonqos minn 42,9 % tal-assi totali tieghu f’livell ta’ grupp fl-2012 għal […] % fl-2018 (74). |
|
(108) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jantiċipa li l-Bank se jsaħħaħ ukoll il-karta tal-bilanċ tiegħu. Il-proporzjon nett tiegħu ta’ self għad-depożiti fil-Greċja se jonqos għal […] % fl-2018 (tnaqqis minn 160 % fl-2012 u 115 % fl-2013) (75), filwaqt li l-adegwatezza kapitali tiegħu se titjieb bi proporzjon ta’ Kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ta’ […] % f’livell ta’ grupp fl-2018 (76) minflok ekwità negattiva qabel l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja). |
|
(109) |
Prijorità strateġika oħra tal-Bank hija l-ġestjoni tas-self mhux produttiv. Minbarra l-proċessi ta’ kreditu imtejba rigward kemm l-oriġini tas-self u r-ristrutturar tas-self mhux produttiv, il-pjan ta’ ristrutturar jiffoka fuq il-ġestjoni ta’ skoperturi indeboliti, bil-ħolqien ta’ unità ta’ rimedju ġdida. Dik l-unità se tkun iddedikata għar-ristrutturar ta’ skoperturi indeboliti. Hija se tibbenefika mill-għarfien espert ta’ 30 sa 50 maniġers tar-relazzjonijiet rimedjali (77). Ir-rata ta’ self mhux produttiv se tilħaq […] % fil-livell ta’ grupp fl-2015 ([…] % fl-2015 għas-suq domestiku Grieg (78)) imbagħad tibda tonqos, b’rata mistennija ta’ […] % fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar (79) (30 % fil-Greċja qabel it-tħassir tad-dejn). L-indebolimenti tas-self tal-Bank fil-Greċja se jonqsu minn EUR 1 652 miljun fl-2013 għal EUR […] miljun fl-2018 (80), minħabba l-irkupru tal-ekonomija Griega. |
|
(110) |
It-titjib tal-effiċjenza operattiva, it-tnaqqis tal-marġni tal-imgħax nett u l-ispiża tar-riskju li qed tonqos se tippermettu lill-Bank li jagħmel profitt fil-Greċja mill-2015 ‘il quddiem. Il-Bank jantiċipa li, f’livell konsolidat, it-telf tiegħu se jammonta għal EUR […] miljun fl-2014 u EUR […] miljun fl-2015, filwaqt li l-profitti tiegħu se jammontaw għal EUR […] miljun, EUR […] miljun u EUR […] miljun fl-2016, fl-2017 u fl-2018 rispettivament (81). Ir-redditu konsolidat tiegħu fuq l-ekwità se jilħaq […] % fl-2018 (82). Dan il-livell ta’ profittabbiltà se jkun prinċipalment immexxi mis-suq Grieg (b’redditu fuq l-ekwità ta’ […] % fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar) filwaqt […] u […] se jirrappurtaw livelli iktar baxxi ta’ profittabbiltà ([…] % u […] % rispettivament). |
2.4.2. Attivitajiet bankarji internazzjonali
|
(111) |
Il-Bank diġà beda jnaqqas l-ingranaġġ u jirristruttura n-netwerk internazzjonali tiegħu. Diġà biegħ sussidjarji fit-Turkija (Eurobank Tefken) u fil-Polonja (EFG Poland). Id-differenza kummerċjali, jiġifieri d-differenza bejn l-ammont pendenti tad-depożiti u l-ammont pendenti ta’ self għal sussidjarju partikolari, tal-bqija tan-netwerk internazzjonali niżlet minn EUR 1,7 biljun fl-2010 għal EUR 0,8 biljun, filwaqt li l-kostijiet operattivi tnaqqsu b’9 % bejn l-2010 u l-2012 (83). |
|
(112) |
Il-Bank se jibqa’ jirristruttura u jnaqqas l-ingranaġġ tan-netwerk internazzjonali tiegħu. B’mod partikolari, il-Bank ikkommetta li jnaqqas id-daqs tal-portafoll ta’ assi internazzjonali tiegħu għal EUR 8,77 biljun sat-30 ta’ Ġunju 2017. Il-Bank ikkommetta wkoll li jkompli jnaqqas dak il-portafoll għal EUR 3,5 biljun jekk l-HFSF ikollu bżonn jinjetta iktar minn biljun euro fiż-żieda tal-kapital azzjonarju li jmiss. |
|
(113) |
Opzjoni esplorata mill-Bank fil-pjan ta’ ristrutturar biex jikkonforma mal-mira hija li jbigħ l-attivitajiet tiegħu fil-[…] (84). |
|
(114) |
Dawk iċ-ċessjonijiet jirrappreżentaw […] % tal-assi barranin tal-Bank mill-31 ta’ Diċembru 2012. L-assi barranin għalhekk jammontaw għal EUR […] biljun mill-31 ta’ Diċembru 2018, b’netwerk internazzjonali ffukat fuq […] u […]. |
|
(115) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza tas-sussidjarji barranin fuq il-kumpanija prinċipali Griega tagħhom fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħhom u li jkompli jissalvagwardja l-pożizzjoni kapitali tal-Bank. |
|
(116) |
Għal dak il-għan, il-Bank qed jippjana li jimplimenta programm sinifikanti ta’ tnaqqis tal-ispejjeż fin-netwerk internazzjonali, […]. Fl-[…] pereżempju, […] se jiġu magħluqa fergħat, filwaqt li l-forza tax-xogħol se tonqos b’[…] impjegat mill-31 ta’ Diċembru 2012 sal-bejgħ tas-sussidjarju fl-[…] (85). |
|
(117) |
Il-Bank se jnaqqas il-finanzjament totali tiegħu għas-sussidjarji barranin minn EUR 2 biljuni fl-2012 għal […] fl-2018 (86), filwaqt li r-redditu fuq l-ekwità se jilħaq […] % u […] % fil-[…] u […] rispettivament. |
2.4.3. Attivitajiet mhux bankarji: il-bejgħ tan-negozju tal-assigurazzjoni u l-attivitajiet tal-proprjetà immobbli
|
(118) |
Il-Bank naqqas is-sjieda tiegħu fis-sussidjarju tal-proprjetà immobbli tiegħu Eurobank Properties taħt il-35 % permezz ta’ żieda ta’ kapital azzjonarju, b’impatt pożittiv fuq il-proporzjon ta’ Kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni (87). Il-Bank se jbigħ kompletament lil dak is-sussidjarju sal-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(119) |
Il-Bank għandu wkoll il-pjan li jbigħ is-sussidjarji tal-assigurazzjoni tiegħu sal-[…]. |
2.4.4. Żieda fil-kapital privat u l-kontribuzzjoni minn azzjonisti eżistenti u kredituri subordinati
|
(120) |
Il-Bank irnexxielu jżid il-kapital fis-suq u b’hekk inaqqas l-għajnuna Statali li kienet meħtieġa mill-Bank. |
|
(121) |
L-azzjonisti tnaqqsu sew sar-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013, peress li l-HFSF irċieva 98,56 % tal-ishma tal-Bank, li jħalli lill-azzjonisti diġà eżistenti b’parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 1,44 %. Għalhekk, l-HFSF ħa kontroll sħiħ fuq il-Bank f’Ġunju 2013. L-ebda dividend ma tħallas fi flus kontanti mill-2008. |
|
(122) |
Fi Frar 2012, il-Bank offra li jixtri lura strumenti ibridi minn investituri privati bi prezz ta’ bejn l-40 % u l-50 % tal-valur nominali tagħhom. Dak il-prezz ta’ xiri lura ġie stabbilit fuq il-bażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti u kien jinkludi primjum ta’ mhux iktar minn għaxar punti perċentwali, li ġie miżjud biex jinkoraġġixxi lill-investituri jipparteċipaw fix-xiri lura. L-offerta kienet aċċettata għal kważi 50 % tal-valur nominali totali tal-istrumenti, wara li tqiesu l-kostijiet tat-tranżazzjoni, il-Bank kien fadallu profitt ta’ EUR 248 miljun (88). |
|
(123) |
F’Mejju 2013, il-Bank ħabbar eżerċizzju ta’ ġestjoni tal-obbligazzjonijiet. Il-Bank offra lid-detenturi tad-dejn l-opportunità li jikkonvertu t-titoli tal-grad 1 iktar baxxi u tal-grad 2 iktar baxxi, b’ammont pendenti ta’ EUR 662 miljun, f’ishma ordinarji, b’parità. Il-prezz tal-konverżjoni ġie stabbilit sabiex ikun ugwali għall-prezz tas-sottoskrizzjoni li tħallas mill-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa tal-2013 (89). Ir-rata ta’ aċċettazzjoni kienet ta’ 48 %. Peress li d-detenturi tal-bond tal-grad 1 u tal-grad 2 iktar baxxi kkonvertew it-titoli tagħhom fi strumenti subordinati iktar baxxi mingħajr kunsiderazzjoni ta’ flus kontanti, il-kapital miġbur laħaq it-EUR 317-il miljun. |
|
(124) |
B’riżultat taż-żewġ xirjiet lura, l-istokk tad-dejn subordinat u ibridu niżel minn EUR 1 045 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2011 għal EUR 283 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2013 (90). |
2.5. L-IMPENJI TAL-AWTORITAJIET GRIEGI
|
(125) |
Il-Greċja tat l-impenn tagħha li l-Bank u l-affiljati tiegħu se jimplimentaw il-pjan ta’ ristrutturar mibgħut fis-16 ta’ April 2014 u tat iktar impenji dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (“l-Impenji”). L-Impenji, elenkati fl-Anness, huma mqassra f’din it-taqsima. |
|
(126) |
L-ewwel il-Greċja tat l-impenn li l-Bank se jirristruttura l-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu fil-Greċja, jistabbilixxi numru massimu ta’ fergħat u impjegati, kif ukoll ammont massimu tal-kostijiet totali li għandhom jiġu kkonformati fil-31 ta’ Diċembru 2017 (91). |
|
(127) |
Il-Greċja tat ukoll l-impenn li l-Bank se jnaqqas l-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja u se jikkonforma ma’ proporzjon massimu ta’ self nett għad-depożiti sal-31 ta’ Diċembru 2017 (92). |
|
(128) |
Rigward is-sussidjarji barranin tal-Bank, il-Greċja tat impenn li l-Bank mhux se jipprovdi appoġġ għall-kapital addizzjonali sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet predefiniti. Il-Greċja tat impenn ukoll li l-Bank se jwettaq diżingranaġġ sinifikanti tal-assi internazzjonali tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2018 (93). |
|
(129) |
Il-Greċja tat impenn li l-Bank se jbigħ l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tiegħu, is-sussidjarju tal-proprjetà immobbli u numru ta’ titoli u se jnaqqas id-daqs tal-portafoll ta’ ekwità privat. Barra minn hekk, il-Bank mhux se jixtri titoli tal-grad mhux ta’ investiment, b’eċċezzjonijiet limitati (94). |
|
(130) |
Il-Greċja tat numru ta’ impenji relatati mal-governanza korporattiva tal-Bank. Hija impenjat ruħha li tillimita r-rimunerazzjoni tal-impjegati u l-maniġers tal-Bank, biex tagħmel lill-Bank konformi mal-liġijiet Griegi dwar il-governanza korporattiva u tistabbilixxi struttura organizzattiva effiċjenti u adegwata (95). |
|
(131) |
Il-Greċja tat impenn ukoll li l-Bank se jtejjeb il-politika ta’ kreditu tiegħu, sabiex jipprevjeni kwalunkwe diskriminazzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċess ta’ kreditu u biex jiżgura li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti u r-ristrutturar tas-self jimmiraw biex jimmassimizzaw il-profittabbiltà tal-Bank. Il-Greċja tat impenn li l-Bank se jtejjeb il-monitoraġġ tar-riskju ta’ kreditu, kif ukoll ir-ristrutturar tas-self (96). |
|
(132) |
Numru ta’ impenji jittrattaw l-operazzjonijiet tal-Bank ma’ mutwatarji konnessi. Dawk l-impenji għandhom l-għan li jiżguraw li l-Bank ma jitbigħedx minn prattiċi bankarji prudenti meta jagħti jew jirristruttura self lill-impjegati tiegħu, maniġers u azzjonisti, kif ukoll lill-entitajiet pubbliċi, partiti politiċi u kumpaniji tal-midja (97). |
|
(133) |
Fl-aħħar nett, il-Greċja tat impenn biex timponi iktar restrizzjonijiet għall-Bank, bħal projbizzjoni tal-kupuni u d-dividends, projbizzjoni tal-akkwist u projbizzjoni tar-reklamar (98). |
|
(134) |
Dawn l-impenji se jiġu mmonitorjati sal-31 ta’ Diċembru 2018 minn fiduċjarju ta’ sorveljanza. |
|
(135) |
Separatament, fil-qafas taż-żieda fil-kapital kurrenti tal-Bank, peress li l-HFSF qed iwaqqaf iż-żieda fil-kapital, il-Greċja tat impenn li se timplimenta l-miżuri stipulati fl-Artikolu 6a tal-Liġi dwar l-HFSF kif emendata fit-30 ta’ Marzu 2014, dispożizzjoni li għandha l-għan li talloka l-ammont residwu tad-defiċit fil-kapital ta’ istituzzjoni ta’ kreditu lid-detenturi tal-istrumenti kapitali tagħha u obbligazzjonijiet subordinati oħra, kif ikun meħtieġ, qabel kwalunkwe injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURI TA’ INVESTIGAZZJONIJIET FORMALI
3.1. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURI TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
|
(136) |
Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (99) intlaħqux fir-rigward tal-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja stipulata mill-HFSF favur il-Bank (miżura B1). |
|
(137) |
Dwar l-adegwatezza tal-miżura, meta jitqies il-fatt li l-għajnuna ġiet wara rikapitalizzazzjoni ta’ qabel u għajnuna ta’ likwidità u meta jitqies il-perjodu ta’ salvataġġ imtawwal, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ittiħdux l-azzjonijiet kollha possibbli mill-Bank sabiex tiġi evitata l-ħtieġa għall-għajnuna fil-futur (100). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kinitx ċara dwar min jikkontrolla l-Bank ladarba l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tiġi sostitwita minn rikapitalizzazzjoni permanenti (101) għax il-Bank jista’ jiġi taħt il-kontroll tal-Istat jew ta’ sidien privati minoritarji. Il-Kummissjoni nnotat li tixtieq tiżgura li l-kwalità tal-ġestjoni tal-Bank u b’mod partikolari l-proċess tas-self tiegħu ma jmorrux għall-agħar fl-ebda wieħed miż-żewġ każijiet. |
|
(138) |
Rigward in-neċessità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, fil-Premessa 66 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni staqsiet jekk ittiħdux il-miżuri kollha possibbli biex jiġi evitat li l-Bank ikollu bżonn għajnuna fil-futur. Barra minn hekk, peress li t-tul taż-żmien tal-perjodu tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja ma kienx ċert, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk kienx biżżejjed u jekk ikkonformax mar-rimunerazzjoni u l-prinċipji tal-kondiviżjoni tal-piżijiet skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, peress li t-termini tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’rikapitalizzazzjoni permanenti ma kinux magħrufa fiż-żmien meta ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvalutahom. |
|
(139) |
Rigward il-proporzjonalità tal-miżura, il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar jekk is-salvagwardji (il-projbizzjoni tar-reklamar, il-projbizzjoni tal-kupuni u d-dividends, il-projbizzjoni tal-opzjoni eżerċitabbli u l-projbizzjoni tax-xiri lura kif deskritt fil-Premessa 71 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank) kinux biżżejjed fir-rigward tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Barra minn hekk, fil-Premessa 72 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni ddikjarat li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jistgħu jkunu kkawżati minn nuqqas ta’ regoli li jipprevjenu lill-HFSF milli jikkoordina l-ikbar erba’ banek Griegi (jiġifieri, il-Bank, l-Alpha Bank, l-NBG u l-Piraeus) u l-assenza ta’ salvagwardji adegwati biex jevita li jqassmu informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Il-Kummissjoni għalhekk ipproponiet il-ħatra ta’ fiduċjarju ta’ sorveljanza li jkun fiżikament preżenti fil-Bank. |
3.2. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR IN-NEA PROTON BANK
|
(140) |
Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali biex tivverifika jekk l-intervent ta’ EUR 1 122 miljun bl-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF (miżura NP1), kif ukoll l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 250 miljun mill-HFSF u l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-HFSF li jammontaw għal total ta’ EUR 300 miljun (miżura NP2), favur in-Nea Proton Bank kinux jikkonformaw mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà u r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (102) u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (103) (ir-restawr tal-vijabbiltà fuq perjodu fit-tul, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-limitu tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u l-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni). |
|
(141) |
Rigward l-adegwatezza tal-miżuri, il-Kummissjoni ddikjarat li dawk il-miżuri kienu adegwati bħala għajnuna għas-salvataġġ. |
|
(142) |
Rigward in-neċessità tal-miżuri, il-Kummissjoni nnutat li l-intervent tal-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF kienet meħtieġa kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħha, filwaqt li l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-HFSF kienu meħtieġa biss fil-forma tagħhom. Madankollu, fir-rigward tal-ammont ta’ injezzjonijiet ta’ kapital mill-HFSF, fil-Premessa 59 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar jekk in-Nea Proton Bank hux se jkun kapaċi jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tiegħu fuq bażi awtonoma u jekk ir-ristrutturar awtonomu kienx l-orħos għażla disponibbli. Barra minn hekk, fil-Premessi 60 u 61 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni ddikjarat li l-inabbiltà ta’ Nea Proton Bank biex jirremunera biżżejjed ir-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF ħolqot dubji dwar jekk kienx bank fondamentalment sod u għalhekk wassal għall-ħtieġa ta’ ristrutturar fil-fond. |
|
(143) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri, il-Kummissjoni ħasset li kienu proporzjonati bħala għajnuna għas-salvataġġ. |
|
(144) |
Rigward ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul ta’ Nea Proton Bank, fil-Premessa 65 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar jekk il-bank jistax isir vijabbli fuq bażi awtonoma. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ir-ristrutturar propost kienx biżżejjed meta mqabbel mar-ristrutturar fil-fond meħtieġ, meta titqies l-assenza ta’ rimunerazzjoni suffiċjenti. |
3.3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR IN-NEW TT BANK
|
(146) |
Fis-6 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex tivverifika jekk il-finanzjament ta’ EUR 4.1 biljun tad-diskrepanza ta’ finanzjament għall-attivitajiet trasferiti mit-TT Bank għan-New TT Bank (miżura NTT1), l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 500 miljun mill-HFSF fin-New TT Bank (miżura NTT2), l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 224.96 fil-forma ta’ ishma ta’ preferenza bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (miżura TT) u l-intervent ta’ EUR 0.68 biljun bl-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF favur l-assi tat-T Bank li ġew trasferiti lit-TT Bank (miżura T) kinux jikkonformaw mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà u r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u l-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni). |
|
(147) |
Il-Kummissjoni qieset li ż-żewġ miżuri NTT2 u NTT1 kienu adegwati u meħtieġa fil-forma tagħhom bħala għajnuna għas-salvataġġ. Fir-rigward tan-neċessità tal-miżura NTT2 f’termini tal-ammont tagħha, il-Kummissjoni, dubjuża dwar il-vijabbiltà fit-tul ta’ New TT Bank fuq bażi awtonoma, qieset li r-ristrutturar fuq bażi awtonoma jista’ ma jkunx l-unika u l-orħos opzjoni disponibbli (104). Fir-rigward tar-rimunerazzjoni taż-żewġ miżuri, il-Kummissjoni ddikjarat li l-kopertura tad-diskrepanza ta’ finanzjament kienet kost definittiv mingħajr ma jikkumpensa dħul futur li kkawża ħtieġa għal ristrutturar fil-fond (105). |
|
(148) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità taż-żewġ miżuri, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri NTT2 u NTT1 kienu proporzjonati bħala għajnuna għas-salvataġġ fuq żmien qasir, iżda fil-Premessa 79 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT talbet li jiġu introdotti malajr miżuri li jillimitaw l-effetti konsegwenzjali negattivi. |
|
(149) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżura T, il-Kummissjoni kienet diġà approvatha b’mod temporanju bħala għajnuna għas-salvataġġ fis-16 ta’ Mejju 2012 fid-Deċiżjoni tagħha dwar ir-riżoluzzjoni tat-T Bank (“Id-Deċiżjoni dwar it-T Bank”) (106) iżda ma setgħetx tagħti approvazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-attivitajiet tat-T Bank li kienu trasferiti għat-TT Bank. Il-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT tawlet (107) l-awtorizzazzjoni tal-miżura bħala għajnuna għas-salvataġġ sakemm tieħu deċiżjoni finali dwar verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ristrutturar għat-TT Bank. |
|
(150) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà ta’ dawk il-miżuri mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Kummissjoni kellha dubji jekk in-New TT Bank jirrestawrax il-vijabbiltà fit-tul tiegħu fuq bażi awtonoma. Ix-xettiċiżmu kien ibbażat fuq in-numru limitat ta’ miżuri proposti li għandhom jittieħdu minn New TT Bank biex jiġġenera profitti fil-futur, l-inċertezza tal-iskema ta’ rtirar volontarju dwar it-twaqqit u r-rata ta’ aċċettazzjoni mill-impjegati, l-assenza ta’ iktar miżuri biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-persunal, in-nuqqas ta’ miżuri għar-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-fergħat wara l-akkwiżizzjoni tat-T Bank u n-nuqqas konkomitanti biex jiġu sfruttati sinerġiji potenzjali (108). |
|
(151) |
Fil-Premessi 90 u 91 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni qajmet tħassib dwar jekk it-tnaqqis ambizzjuż fil-marġini tal-imgħax fuq id-depożiti eżistenti u ż-żieda fil-marġini tas-self fuq il-produzzjoni ġdida tas-self jistgħux jiġu implimentati mingħajr ma n-New TT Bank jitlef ammont sinifikanti ta’ klijenti u mingħajr ma jagħmel self riskjuż. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk in-New TT Bank kienx se jirdoppja l-ktieb tas-self korporattiv tiegħu u jekk, minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza, jistax jikseb ir-rata ta’ tkabbir b’saħħtu ppjanat. |
|
(152) |
Għalhekk, fil-Premessa 95 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-integrazzjoni mill-ġdid tat-TT Bank f’kumpanija finanzjarja vijabbli ikbar, iżżid il-prospetti ta’ vijabbiltà ta’ New TT Bank, għaliex tippermetti r-razzjonalizzazzjoni tal-kostijiet, ir-reviżjoni tad-depożiti u tas-self ġdid u l-offerta ta’ għażla usa’ ta’ prodotti. |
|
(153) |
Peress li n-New TT Bank laqa’ l-attivitajiet ekonomiċi li kienu jitwettqu fit-TT Bank, inklużi dawk tat-T Bank, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar jekk il-miżuri T u TT kinux joffru soluzzjoni fuq żmien twil għall-vijabbiltà ta’ New TT Bank u stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti. |
|
(154) |
Rigward il-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-Kummissjoni qieset li r-ristrutturar fuq bażi awtonoma jżid il-kostijiet tar-ristrutturar u għalhekk esprimiet dubji dwar jekk l-għajnuna mill-Istat kinitx limitata għall-minimu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li, minkejja l-fatt li nksbet biżżejjed kondiviżjoni tal-piżijiet tal-azzjonisti u tad-detenturi tad-dejn subordinati, li probabbilment kien il-massimu fattibbli, l-assenza tar-rimunerazzjoni qajmet il-ħtieġa ta’ ristrutturar fil-fond, kemm f’termini ta’ miżuri ta’ vijabbiltà kif ukoll f’termini ta’ miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-fatt li parti ikbar tat-telf imġarrab tnissel mir-rinunzja tad-dejn favur l-Istat kien jiġġustifika rimunerazzjoni inqas (109). |
|
(155) |
Fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni nnutat li ammont kbir tal-għajnuna riċevuta mit-TT Bank u l-attivitajiet trasferiti tat-T Bank u n-nuqqas ta’ rimunerazzjoni sejjaħ għal ristrutturar fil-fond u t-tnaqqis fil-preżenza fis-suq ta’ New TT Bank. Barra minn hekk, filwaqt li t-telf irriżulta prinċipalment miż-żamma tal-GGBs, il-Kummissjoni osservat li t-TT Bank kien detentur ta’ iktar GGBs minn banek Griegi oħrajn meta mqabbel mad-daqs tiegħu u qies li dan kien jirrifletti teħid ta’ riskju inadegwat (110). Fl-aħħar nett, hija nnutat li, għalkemm in-New TT Bank baqa’ fis-suq kważi daqs kemm kien qabel it-TT Bank, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni se jkunu limitati minħabba d-daqs relattivament żgħir ta’ dan ta’ qabel u l-assenza ta’ attivitajiet barranin. Madankollu, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ittiħdux biżżejjed miżuri biex jillimitaw distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni u kienet tal-fehma li jistgħu jkunu meħtieġa projbizzjoni tat-tmexxija tal-prezzijiet jew miżuri oħra bbażati fuq l-imġiba (111). |
4. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI RIGWARD L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
KUMMENTI MINN BANK GRIEG
|
(156) |
Fit-3 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mibgħuta minn bank Grieg dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank. Dan il-bank Grieg ikkummenta li r-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF fil-prinċipju kienet tikkostitwixxi pass pożittiv lejn sistema bankarja iktar b’saħħitha u iktar vijabbli u ma esprima l-ebda oġġezzjoni għar-rikapitalizzazzjoni mill-Eurobank. |
|
(157) |
Madankollu, filwaqt li esprima l-appoġġ kollu tiegħu lejn il-prinċipju tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF, dan il-bank Grieg spjega li sabiex jiġu minimizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi evitata d-diskriminazzjoni, huwa mistenni li r-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF tinfetaħ għall-banek kollha li joperaw fil-Greċja b’kundizzjonijiet simili. |
5. KUMMENTI MILL-GREĊJA DWAR IL-PROĊEDURI TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
5.1. KUMMENTI MILL-GREĊJA DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI RIGWARD L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
|
(158) |
Fil-5 ta’ Settembru 2012, il-Greċja bagħtet kummenti li kienu ġew ippreparati mill-Bank of Greece u l-HFSF dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank. |
5.1.1. Kummenti ppreparati mill-Bank of Greece
|
(159) |
Rigward l-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece nnota li l-ammont ta’ EUR 18-il biljun ta’ kapital li bih l-HFSF irrikapitalizza l-ikbar erba’ banek Griegi f’Mejju 2012 kien inqas mill-ammont finali li kien meħtieġ sabiex dawk il-banek gradwalment jilħqu u jżommu proporzjon ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni stabbilit għal 10 % sa Ġunju 2012 u proporzjon ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni stabbilit għal 7 % f’xenarju avvers ta’ stress ta’ tliet snin. Huwa nnota wkoll li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet temporanja, peress li l-proċess tar-rikapitalizzazzjoni se jiġi konkluż b’żidiet fil-kapital azzjonarju minn dawk l-erba’ banek. |
|
(160) |
Il-Bank of Greece osserva wkoll li r-rikapitalizzazzjoni tal-ikbar banek Griegi hija parti mir-ristrutturar fuq żmien itwal tas-settur bankarju Grieg. Huwa nnota li meta bank jibqa’ f’idejn il-privat, probabbilment il-ġestjoni tibqa’ l-istess, filwaqt li jekk il-bank isir tal-Istat (jiġifieri, proprjetà tal-HFSF), l-HFSF jista’ jaħtar ġestjoni ġdida li fi kwalunkwe każ, tiġi vvalutata mill-Bank of Greece. Il-Bank of Greece nnota li huwa jivvaluta l-qafas ta’ tmexxija korporattiva, l-adegwatezza tal-ġestjoni u l-profil tar-riskju ta’ kull bank fuq bażi kontinwa sabiex jiżgura li ma jittiħdux riskji eċċessivi. Indika wkoll li l-HFSF diġà ħatar rappreżentanti fil-Bord tad-Diretturi tal-banek rikapitalizzati. |
|
(161) |
Rigward il-ħtieġa tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece osserva li r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank kienet limitata sabiex jiżgura li jintlaħqu dawk li kienu rekwiżiti minimi ta’ kapital (8 %). Huwa ddikjara wkoll li l-perjodu taż-żmien imtawwal qabel ir-rikapitalizzazzjonijiet kien minħabba d-deterjorament qawwi tal-ambjent operattiv fil-Greċja u l-impatt tal-programm PSI, il-kumplessità tal-proġett kollu u l-bżonn li tiġi massimizzata l-parteċipazzjoni tal-investituri privati fiż-zidiet tal-kapital azzjonarju. |
|
(162) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece indika li l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturar li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, hija ssalvagwardjata mill-fatt li s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-HFSF jitneħħew jekk, fost l-oħrajn, il-pjan ta’ ristrutturar jinkiser b’mod sostantiv. Il-Bank of Greece osserva wkoll li d-diffikultajiet tal-Bank ma kinux minħabba sottovalutazzjoni tar-riskji mill-maniġment tal-Bank u lanqas minħabba azzjonijiet kummerċjalment aggressivi. |
5.1.2. Kummenti ppreparati mill-HFSF
|
(163) |
Rigward l-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, sabiex jindirizza l-kwistjoni tal-interferenza potenzjali mill-Istat jekk l-Istat jipprovdi ammonti għolja ta’ għajnuna mill-Istat permezz tal-HFSF u l-HFSF ikollu d-drittijiet sħaħ tal-vot, l-HFSF iddikjara li l-banek iffinanzjati mill-HFSF mhumiex ikkunsidrati bħala entitajiet pubbliċi jew taħt il-kontroll tal-Istat u mhux se jiġu kkontrollati mill-Istat wara li jkunu rikapitalizzati b’mod permanenti mill-HFSF. L-HFSF indika li huwa entità legali kompletament indipendenti taħt il-liġi privata b’awtonomija tad-deċiżjonijiet. Mhuwiex soġġett għall-kontroll mill-gvern, skont l-Artikolu 16C, paragrafu 2 tal-Liġi dwar l-HFSF, li skontu, l-istituzzjonijiet tal-kreditu li l-HFSF ikun tahom appoġġ kapitali, mhumiex parti mis-settur pubbliku aktar wiesa’. Huwa rrefera wkoll għall-istruttura tat-tmexxija tal-HFSF. |
|
(164) |
Rigward l-intervent tal-HFSF fil-ġestjoni tal-Bank, l-HFSF innota li se jirrispetta l-awtonomija tal-Bank u ma jinterferix mal-ġestjoni ta’ kuljum tiegħu peress li r-rwol tiegħu huwa limitat għal dak stabbilit fil-Liġi dwar l-HFSF. Iddikjara li mhu se jkun hemm l-ebda interferenza jew koordinazzjoni mill-Istat u li d-deċiżjonijiet tal-Bank rigward il-proċess tas-self (fost l-oħrajn dwar il-kollateral, l-ipprezzar u s-solvenza tal-mutwatarji) se jittieħdu fuq il-bażi ta’ kriterji kummerċjali. |
|
(165) |
L-HFSF indika li l-Liġi dwar l-HFSF u l-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni stabbilew salvagwardji adegwati sabiex jipprevjenu azzjonisti privati eżistenti milli jieħdu riskju eċċessiv. Indika elementi bħal i) il-ħatra tar-rappreżentanti tal-HFSF bħala membri mhux eżekuttivi tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank u l-preżenza tagħhom fil-kumitati, ii) l-HFSF iwettaq id-diliġenza dovuta fil-Bank u iii) il-fatt li, wara l-aħħar rikapitalizzazzjoni, id-drittijiet tal-vot tiegħu se jkunu ristretti biss sakemm il-Bank jikkonforma mat-termini tal-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(166) |
Rigward il-ħtieġa tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja u b’mod partikolari, rigward il-livell tar-rimunerazzjoni tal-għajnuna, l-HFSF iddikjara li r-rimunerazzjoni ġiet miftiehma mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI. Dak il-livell maqbul qies li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja se tinbidel f’rikapitalizzazzjoni permanenti qabel it-30 ta’ Settembru 2012, skadenza li kienet stabbilita f’Marzu 2012 fil-MPEF bejn il-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI u l-Greċja. |
|
(167) |
Rigward il-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, l-HFSF innota li l-miżuri li adotta, bħal dawk deskritti fil-Premessa (164) ta’ din id-deċiżjoni, huma salvagwardji biżżejjed fid-dawl tal-ammonti kbar ta’ għajnuna riċevuta u l-perjodu ta’ riskju mtawwal. Barra minn hekk, l-HFSF iddikjara li hemm miżuri adegwati stabbiliti sabiex ikun żgurat li l-banek li fihom jipparteċipa l-HFSF ma jaqsmux informazzjoni kummerċjalment sensittiva bejniethom. Dawn il-miżuri jinkludu l-ħatra ta’ rappreżentanti differenti tal-HFSF għal dawk il-banek, il-mandati indirizzati lil dawk ir-rappreżentanti li speċifikament jissalvagwardjaw kontra l-fluss ta’ informazzjoni minn rappreżentant għal ieħor u istruzzjonijiet interni ċari lil dawk l-uffiċjali biex ma jittrażmettux informazzjoni kummerċjalment sensittiva tal-banek. Barra minn hekk, l-HFSF iddikjara li huwa ma jeżerċitax id-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-banek b’mod li jista’ jipprevjeni, jillimita, ifixkel jew inaqqas jew jimpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Fl-aħħar nett, l-HFSF indika li l-membri tal-Bord tad-Diretturi tiegħu u l-impjegati tiegħu huma soġġetti għal regoli ta’ kunfidenzjalità stretti u dmirijiet fiduċjarji u huma marbuta b’dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-affarijiet tiegħu. |
5.2. KUMMENTI MILL-GREĊJA DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR IN-NEA PROTON BANK
|
(168) |
Fil-5 ta’ Settembru 2012, il-Greċja bagħtet kummenti li kienu ġew ippreparati mill-Bank of Greece u l-HFSF dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton. |
5.2.1. Kummenti preparati mill-Bank of Greece
|
(169) |
Il-Bank of Greece osserva li Nea Proton Bank, bħala istituzzjoni ta’ kreditu interim proprjetà tal-HFSF, ma setgħetx tagħti pjan ta’ negozju għal żmien itwal fuq bażi awtonoma. Barra minn hekk, il-Bank of Greece nnota li qed isegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ negozju ppreparat mill-HFSF għal Nea Proton Bank u mibgħut lill-Kummissjoni sabiex ikun żgurat li Nea Proton Bank ma jkunx jista’ jinbiegħ fil-perjodu stabbilit bil-liġi. |
|
(170) |
Rigward ir-rata ta’ tkabbir tal-profittabbiltà, il-Bank of Greece indika li l-ikbar parti tat-tkabbir kienet antiċipata li ssir matul l-2013 (meta d-dħul tal-imgħax nett kien mistenni li jiżdied għal EUR 55,3 miljuni, meta mqabbel mat-EUR 22,7 miljuni għall-2012), tirriżulta prinċipalment mit-tnaqqis tal-ispejjeż totali tal-imgħax u tkun ir-riżultat ta’ żewġ fatturi: rimpjazzament ta’ depożiti b’terminu li kien ikollhom qligħ għoli b’termini aħjar u tnaqqis bi 30 % tal-ammont pendenti totali ta’ depożiti matul l-ewwel nofs tal-2012. Barra minn hekk, il-Bank of Greece enfasizza l-fatt li mill-2013 ‘il quddiem, iċ-ċifri tad-dħul tal-imgħax nett se jimxu mingħajr xkiel u mhux se jqajmu dubji dwar l-abbiltà ta’ Nea Proton Bank li jilħaq il-mira. |
5.2.2. Kummenti ppreparati mill-HFSF
|
(171) |
Rigward il-ħtieġa tal-miżuri favur in-Nea Proton Bank, l-HFSF innota li l-Bank of Greece huwa l-awtorità rilevanti biex jiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura ta’ riżoluzzjoni u li l-HFSF injetta l-kapital minimu meħtieġ għal skopijiet regolatorji. |
|
(172) |
Rigward ir-restawr tal-vijabbiltà fuq żmien twil ta’ Nea Proton Bank, l-HFSF irrefera għall-qafas ta’ riżoluzzjoni li taħtu l-HFSF kellu jbigħ in-Nea Proton Bank fi żmien sentejn u qabel mal-Kummissjoni li Nea Proton Bank jista’ jkun parti minn entità ikbar u vijabbli. Għalkemm il-pjan ta’ ristrutturar għal Nea Proton Bank kien ibbażat fuq mudell “fuq bażi awtonoma”, l-HFSF spjega li l-objettiv tiegħu kien li jiffaċilita il-bejgħ ta’ dak il-bank billi jtejjeb l-attrazzjoni tiegħu għall-investituri u r-riżultati finanzjarji tiegħu. L-HFSF ikkummenta li l-injezzjonijiet ta’ kapital mhux biss ippermettew lil Nea Proton Bank jirrispetta l-proporzjon minimu ta’ adegwatezza kapitali, iżda tejjeb il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu u l-attrazzjoni tiegħu għal kwalunkwe fużjoni futura ma’ banek żgħar oħra. L-HFSF innota wkoll li l-injezzjoni ta’ kapital addizzjonali kienet meħtieġa biex tkopri t-telf minn indeboliment li għandu x’jaqsam mal-programm PSI u ż-żieda fl-imposti tal-provvediment għas-self. |
|
(173) |
L-HFSF osserva li Nea Proton Bank tejjeb il-kost tal-finanzjament tiegħu u l-lealtà tad-depożiti. Id-dipendenza ta’ Nea Proton Bank fuq il-Eurosistema naqset fl-2012 u tejbet il-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu. L-injezzjoni ta’ kapital addizzjonali għenet biex tnaqqas ir-rati tal-imgħax u biex ittejjeb il-marġini tar-rati tal-interess. In-Nea Proton Bank diġà pprezza mill-ġdid parti mill-portafoll tas-self tiegħu, bl-użu tal-ipprezzar ibbażat fuq ir-riskju b’rati tal-imgħax ħafna iktar mill-kost tal-finanzjament. Barra minn hekk, ir-rata tat-tkabbir ippjanata tad-dħul nett mill-imgħax se sseħħ b’espansjoni konservattiva fis-segment tas-suq korporattiv u billi titjieb il-kwalità tal-portafoll. |
|
(174) |
L-HFSF osserva li fl-2012 in-Nea Proton Bank naqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-operat tiegħu, jiġifieri li l-uniċi żewġ sussidjarji tiegħu jwaqqfu l-operazzjonijiet, li l-parteċipazzjoni tiegħu fil-brokers tal-assigurazzjoni kienet qiegħda titnaqqas bil-kbir u li l-attivitajiet kummerċjali proprjetarji tiegħu se jispiċċaw. |
|
(175) |
Fl-aħħar nett, l-HFSF innota li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni se jkunu limitati minħabba s-sehem żgħir ta’ Nea Proton Bank fl-assi bankarji totali fil-Greċja u l-fatt li ma kienx qed jikkunsidra li jieħu d-depożiti b’mod aggressiv. |
5.3. KUMMENTI MILL-GREĊJA DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR IN-NEW TT BANK
|
(176) |
Fid-19 ta’ Lulju 2013, il-Ministeru tal-Finanzi bagħat kummenti dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT. |
|
(177) |
Rigward il-ħtieġa tal-miżura NTT1, il-Ministeru tal-Finanzi żied li l-valur eżatt tal-assi u l-obbligazzjonijiet li ġew trasferiti lil New TT Bank kien definit fuq il-bażi tar-rapport tal-awdituri esterni, f’konformità mal-Artikolu 63E, paragrafu 6, tal-Liġi 3601/2007. |
|
(178) |
Rigward il-ħtieġa tal-miżura NTT2, il-Ministeru tal-Finanzi kkummenta li t-Tieni Programm ta’ Aġġustament għall-Greċja (it-tieni Reviżjoni-Mejju 2013) kien jeħtieġ il-bejgħ ta’ New TT Bank lil parti terza sal-15 ta’ Lulju 2013. |
|
(179) |
Rigward ir-rimunerazzjoni tal-miżuri NTT1 u NTT2, il-Ministeru tal-Finanzi nnota li l-HFSF, li jimla d-diskrepanza ta’ finanzjament sal-31 ta’ Diċembru 2013 minflok l-HDIGF, jikseb pretensjoni preferenzjali qabel kredituri mhux assigurati oħra f’każ tal-likwidazzjoni tal-assi li baqgħu fil-pussess tat-TT Bank u li l-pretensjonijiet tal-impjegati biex jirċievu 50 % tal-kumpens biss jiġu qabel il-pretensjoni tal-HFSF. Għalhekk, huwa osserva li l-prodott tal-likwidazzjoni ta’ dawk l-assi se jibbenefika minnu prinċipalment l-HFSF u b’hekk inaqqas il-kostijiet imħallsa mill-Istat. |
|
(180) |
Rigward ir-restawr tal-vijabbiltà fuq żmien twil ta’ New TT Bank, il-Ministeru tal-Finanzi osserva li, bħala istituzzjoni ta’ kreditu interim, in-New TT Bank kellu jinbiegħ fi żmien sentejn mill-istabbiliment tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 63E tal-Liġi 3601/2007. Il-bejgħ ta’ New TT Bank, f’konformità mal-MPEF ta’ Mejju 2013, se jitlesta sal-15 ta’ Lulju 2013, u b’hekk jiżgura l-vijabbiltà fuq żmien twil tal-attivitajiet tiegħu. |
6. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MAN-NEGOZJI AKKWISTATI
6.1. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MAN-NEA PROTON BANK
6.1.1. L-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna
|
(181) |
Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Skont din id-dispożizzjoni, għajnuna mill-Istat hija kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel, jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi xi impriżi jew il-produzzjoni ta’ xi oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.1.1.1. L-eżistenza ta’ għajnuna fil-miżuri mogħtija bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (miżuri Pr1, Pr2 u Pr3)
|
(182) |
L-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 80 miljun mill-Istat Grieg fil-Proton Bank f’Mejju 2009 (miżura Pr1), it-titoli tal-gvern Grieg li jammontaw għal EUR 78 miljun miksuba minn Proton Bank f’April 2009 (Miżura Pr2) u garanzija Statali mogħtija lill-Proton Bank għall-bonds maħruġa b’valur nominali ta’ EUR 149,4 miljun f’Lulju 2010 (Miżura Pr3) ingħataw bl-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (112). Fid-Deċiżjoni li tapprova dik l-iskema, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri mogħtija b’dik l-iskema jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
|
(183) |
Kif konkluż fil-Premessa (38) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, in-Nea Proton Bank jilqa’ l-attivitajiet ekonomiċi tal-Proton Bank. Il-miżuri Pr1, Pr2 u Pr3 ibbenefika minnhom in-Nea Proton Bank, peress li kkontribwew għall-istabbiliment u l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi li kienu trasferiti lilu u li kieku ma kinux jibqgħu jeżistu. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li bbenefikaw minnhom l-attivitajiet ekonomiċi trasferiti lil Nea Proton Bank. |
6.1.1.2. L-eżistenza ta’ għajnuna fil-kopertura tad-diskrepanza ta’ finanzjament ta’ Nea Proton Bank (miżura NP1)
|
(184) |
Fil-premessi (31) sa (37) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-miżura Np1, l-intervent mill-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF u l-HFSF biex tkopri d-diskrepanza ta’ finanzjament, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fil-Premessa (38) tal-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat lil Nea Proton Bank bħala l-benefiċjarju ekonomiku ta’ dik il-miżura billi Nea Proton Bank jilqa’ l-attività ekonomika tal-Proton Bank li għadu jeżisti minħabba l-għajnuna li rċieva. |
6.1.1.3. L-eżistenza ta’ għajnuna fl-injezzjoni ta’ kapital azzjonarju inizjali mill-HFSF u injezzjoni ta’ kapital azzjonarju addizzjonali mill-HFSF fl-2012 (miżura NP2)
|
(185) |
Fil-premessi 41 sa 43 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 250 miljun mill-HFSF u l-injezzjonijiet ta’ kapital addizzjonali antiċipati fiż-żmien ta’ dik id-Deċiżjoni, li jammontaw għal total ta’ EUR 300 miljun, kienu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Kif imsemmi fil-Premessa 93 ta’ din id-Deċiżjoni, mit-EUR 300 miljun addizzjonali possibbli f’kapital, l-HFSF eventwalment ikkontribwixxa EUR 265 miljun addizzjonali fl-2012, li jġib l-għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni totali fl-2011 u l-2012 għal EUR 515-il miljun (miżura NP2). |
6.1.1.4. L-eżistenza ta’ għajnuna f’injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF fin-Nea Proton Bank qabel il-bejgħ tiegħu lill-Bank (NP3)
|
(186) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF fin-Nea Proton Bank qabel il-bejgħ tiegħu lill-Bank, li tammonta għal EUR 395 miljun, bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(187) |
L-injezzjoni ta’ kapital kienet mogħtija mill-HFSF, li huwa entità stabbilita u ffinanzjata mill-Greċja biex tappoġġja banek u saret bl-użu ta’ riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, il-miżura hija ta’ natura selettiva, peress li l-injezzjoni ta’ kapital jibbenefika minnha biss in-Nea Proton Bank. |
|
(188) |
Barra minn hekk, l-intervent jipprovdi lil Nea Proton Bank vantaġġ ċar peress li jippermetti lill-attivitajiet bankarji tiegħu li jibqgħu ħajjin. Mingħajr l-injezzjoni ta’ kapital, in-Nea Proton Bank, li kellu kapital negattiv ħafna, kien ifalli. F’ċirkustanzi bħal dawn, ma kienx ikun possibbli li Nea Proton Bank jinbiegħ u jiġi integrat f’entità ikbar. Barra minn hekk, ir-rikapitalizzazzjoni ma tikkonformax mal-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. Għall-kuntrarju, ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 395 miljun ippermettiet li l-bejgħ ta’ Nea Proton Bank iseħħ bi prezz ta’ euro. Investitur privat kien jagħżel li ma jkomplix bir-rikapitalizzazzjoni u jħalli Nea Proton Bank ifalli, u għalhekk jiffranka EUR 395 miljun. |
|
(189) |
In-Nea Proton Bank jikkompeti ma’ banek oħra, inkluż sussidjarji ta’ banek barranin, li huma attivi fil-Greċja jew potenzjalment interessati li jidħlu fis-suq Grieg. Għalhekk, l-injezzjoni ta’ kapital għandha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u potenzjalment tfixkel il-kompetizzjoni. |
|
(190) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 395 miljun fin-Nea Proton Bank tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(191) |
Kif diġà ġie spjegat fil-Premessa 188, il-Kummissjoni tqis lil Nea Proton Bank bħala l-benefiċjarju tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 395 miljun fin-Nea Proton Bank, peress li l-għajnuna ppermettiet il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu fi ħdan il-Bank. |
|
(192) |
Dwar jekk il-bejgħ ta’ Nea Proton Bank jinvolvix għajnuna mill-Istat lill-Bank, f’konformità mal-punt 40 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Kummissjoni teħtieġ li tevalwa jekk intlaħqux ċerti rekwiżiti. B’mod partikolari teħtieġ teżamina jekk: i) il-proċess tal-bejgħ kienx mifuħ u mhux diskriminatorju; ii) il-bejgħ twettaqx fuq termini tas-suq; u iii) l-istituzzjoni finanzjarja jew il-gvern immassimizzawx il-prezz tal-bejgħ għall-assi u l-obbligazzjonijiet involuti. |
|
(193) |
Il-Bank akkwista l-ishma fin-Nea Proton Bank għaliex issottometta l-unika offerta valida fil-qafas ta’ proċedura tal-offerti mhux diskriminatorja miftuħa għal banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra. Konsulent finanzjarju tal-HFSF ikkuntattja numru wiesa’ ta’ banek, istituzzjonijiet finanzjarji u sponsers u erbgħa biss esprimew interess fl-akkwist ta’ Nea Proton Bank, li minnhom tnejn biss, il-Bank u fond ħeġġ (113), issottomettew offerti finali. L-offerta tal-Bank kienet l-unika waħda li kkonformat mal-ittra ta’ proċess tal-HFSF. |
|
(194) |
Minħabba li l-konsulent finanzjarju kkuntattja numru wiesa’ ta’ banek u kien stabbilixxa minn qabel ir-rekwiżiti u l-qafas taż-żmien li dawk l-offerti jridu jirrispettaw sabiex ikunu validi, il-Kummissjoni tħoss li l-offerta kienet miftuħa u mhux diskriminatorja. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċedura tal-offerti tippermettilha teskludi l-preżenza ta’ għajnuna lix-xerrej. |
|
(195) |
Il-Bank ħallas korrispettiv ta’ euro u l-HFSF ta impenn li jirrikapitalizza Nea Proton Bank qabel il-bejgħ tiegħu. Dak il-prezz negattiv (jiġifieri, meta titqies ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Nea Proton Bank eżatt qabel il-bejgħ) ma jipprekludix li l-prezz tal-bejgħ jirrifletti l-valur tas-suq tan-negozju (114) peress li l-ekwità netta ta’ Nea Proton Bank kienet negattiva b’mod ċar u kien mistenni li jibqa’ jkollu telf. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex temmen li l-offerta magħmula u l-prezz imħallas ma kinux jirriflettu l-prezz tas-suq tan-negozju. B’riżultat ta’ dan, f’konformità mal-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-punt 20 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-prattika deċiżiva tagħha (115), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz tal-bejgħ kien il-prezz tas-suq u li tista’ tiġi eskluża għajnuna lill-Bank. |
6.1.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza u l-ammont totali ta’ għajnuna riċevuta
|
(196) |
Fuq il-bażi tal-premessi (182) sa (189), il-Kummissjoni tħoss li l-miżuri Pr1, Pr2 u Pr3, NP1, NP2 u NP3 kollha jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Rigward il-miżuri Pr1, Pr2 u Pr3, il-Kummissjoni tikkonkludi li, peress li kkontribwew għall-eżistenza kontinwa tal-attivitajiet tal-Proton Bank li iktar tard ġew trasferiti lil Nea Proton Bank, dawn jistgħu jitqiesu li jibbenefika minnhom ukoll in-Nea Proton Bank li jilqa’ dawk l-attivitajiet. Kif diġà huwa ddikjarat fil-Premessa (184), il-benefiċjarju tal-miżura NP1 huwa Nea Proton Bank, li jilqa’ l-attivitajiet trasferiti tal-Proton Bank. Barra minn hekk, in-Nea Proton Bank huwa wkoll il-benefiċjarju tal-miżuri NP2 u NP3. |
|
(197) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-attivitajiet ta’ Nea Proton Bank irċevew għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ appoġġ kapitali ta’ EUR 2 111,6 miljuni (miżuri Pr1, NP1, NP2 u NP3), minbarra l-garanziji Statali ta’ EUR 149.4 miljuni (miżura Pr3) u t-titoli tal-gvern Grieg ta’ EUR 78 miljun (miżura Pr2), kif miġbura fit-Tabella 9. Tabella 9 Ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna totali riċevuta minn Proton Bank u Nea Proton Bank
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.1.2. Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà
|
(198) |
L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex issib li għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern jekk tkun maħsuba “biex tirrimedja disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. |
|
(199) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq tfixkil serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw il-banek jistgħu jirrimedjaw dak it-tfixkil. Dan ġie kkonfermat fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Il-Kummissjoni għadha tħoss li r-rekwiżiti biex l-għajnuna mill-Istat tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat huma ssodisfati fid-dawl tat-tfaċċar mill-ġdid ta’ stress fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat din il-fehma billi adottat il-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011 (116) u l-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 (117). |
|
(200) |
Fir-rigward tal-ekonomija Griega, fid-deċiżjonijiet tagħha li japprovaw u jestendu l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi, kif ukoll fl-approvazzjonijiet tagħha tal-miżuri ta’ għajuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil banek indiviwali (118), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm theddida ta’ tfixkil serju fl-ekonomija Griega u li l-appoġġ Statali lill-banek huwa adegwat biex jirrimedja dak it-tfixkil. Għalhekk, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat |
|
(201) |
Sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, din trid tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà: (a) adegwatezza: l-għajnuna għandha tkun immirata sewwa sabiex tkun tista’ tikseb b’mod effettiv l-objettiv li tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija; dan ma jkunx il-każ jekk il-miżura ma tkunx adegwata biex tirrimedja t-tfixkil; (b) neċessità: il-miżura ta’ għajnuna, kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma trid tkun neċessarja biex tikseb l-objettiv; għalhekk hija għandha tkun tal-ammont minimu neċessarju biex tikseb l-objettiv u tieħu l-forma l-iktar adegwata biex tirrimedja t-tfixkil. (c) proporzjonalità: l-effetti pożittivi tal-miżura għandhom ikunu bbilanċjati sewwa kontra d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sabiex id-distorsjonijiet ikunu limitati għall-minimu neċessarju biex jinkisbu l-objettivi tal-miżura. |
|
(202) |
Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji ta’ kompatibbiltà għal tipi differenti ta’ miżuri ta’ għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġew stabbiliti l-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
|
(203) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (119) tistabbilixxi iktar gwida dwar il-livell ta’ rimunerazzjoni meħtieġ għall-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. |
|
(204) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (120) spjegat kif se tivverifika l-pjanijiet ta’ ristrutturar. Fil-valutazzjoni tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-miżuri kollha elenkati fit-Tabella 7. |
6.1.3. Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
6.1.3.1. Il-kompatibbiltà tal-miżuri Pr1, Pr2 u Pr3 mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008
|
(205) |
Il-Miżuri Pr1, Pr2 u Pr3 ġew mogħtija bl-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi. Il-miżuri inklużi f’dik l-iskema diġà ġew ivvalutati bħala kompatibbli mas-suq intern fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2008. |
6.1.3.2. Il-kompatibbiltà tal-miżuri NP1 u NP2 mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
|
(206) |
Il-Kummissjoni approvat il-miżuri NP1 u NP2 bħala għajnuna għas-salvataġġ fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton. Madankollu, kif issemma fil-Premessa 142, il-Kummissjoni qajmet tħassib dwar il-ħtieġa tal-ammont tal-miżura NP2, dwar jekk in-Nea Proton Bank se jkunx kapaċi jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tiegħu fuq bażi awtonoma u għalhekk staqsiet jekk l-opzjoni awtonoma hijiex se tkun l-iktar opzjoni irħisa disponibbli. Dan it-tħassib ġie indirizzat bil-bejgħ ta’ Nea Proton Bank lill-Bank fil-15 ta’ Lulju 2013. Peress li Nea Proton Bank inbiegħ fi proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju lill-Bank, il-korrispettiv imħallas mill-Bank huwa kkunsidrat bħala l-prezz tas-suq. B’riżultat ta’ dan, l-ammont tal-ekwità injettata mill-Istat qabel il-bejgħ kien meħtieġ għas-suċċess tal-bejgħ. L-integrazzjoni ta’ Nea Proton Bank fl-attivitajiet tal-Bank se ssolvi l-kwistjonijiet tal-vijabbiltà fit-tul ta’ Nea Proton Bank, fid-dawl tal-pjan ta’ ristrutturar mibgħut mill-Bank lill-Kummissjoni. |
6.1.3.3. Il-kompatibbiltà tal-miżura NP3 mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
6.1.3.3.1.
|
(207) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura NP3, l-injezzjoni kapitali ta’ EUR 395 miljun mill-HFSF fin-Nea Proton Bank qabel il-bejgħ lill-Bank, il-Kummissjoni tqis li l-miżura hija adegwata għaliex għenet biex iżżomm l-attivitajiet ta’ Nea Proton Bank ħajjin. Dawn l-attivitajiet ma kinux ikunu jistgħu jkomplu mingħajr l-għajnuna mill-HFSF, peress li Nea Proton Bank kellu ekwità negattiva fiż-żmien tal-bejgħ tiegħu lill-Bank u baqa’ jirreġistra telf. L-ebda bank ma kien se jixtri lil Nea Proton Bank mingħajr rikapitalizzazzjoni minn qabel. Il-miżura għalhekk tiżgura li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonstata li l-miżura hija adegwata bħala għajnuna għas-salvataġġ. |
6.1.3.3.2.
|
(208) |
Skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta’ għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, trid tkun meħtieġa biex tikseb l-għan tal-miżura. Hija timplika li injezzjoni kapitali trid tkun tal-ammont minimu neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv. |
|
(209) |
Kif iddikjara l-Bank of Greece fl-ittra tiegħu tad-19 ta’ Lulju 2013, kieku Nea Proton Bank kien ġie llikwidat, dan seta’ jikkawża kontaġju, jibda kriżi sistemika ġdida u jdgħajjef il-fiduċja li ġiet restawrata riċentement fis-sistema bankarja wara t-tlestija tal-proċess ta’ rikapitalizzazzjoni. Il-Kummissjoni tħoss li dawk l-elementi ta’ stabbiltà finanzjarja jappoġġjaw in-neċessità tal-miżura NP3. |
|
(210) |
Fir-rigward tal-iskala tal-intervent, iċ-ċifra ta’ EUR 395 miljun ġiet determinata minn proċess ta’ offerti miftuħ u mhux diskriminatorju. Il-Bank kien lesta d-diliġenza dovuta ta’ Nea Proton Bank. L-offerta tal-Bank, li kien jeħtieġ ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 395 miljun qabel jixtri Nea Proton Bank, ġiet ikkalkulata sabiex tilħaq il-proporzjon minimu ta’ adegwatezza kapitali ta’ 9 % u biex tippermetti EUR 119-il miljun addizzjonali għall-provvedimenti minħabba telf mis-self addizzjonali mistenni u telf qabel it-taxxa sal-2016. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ta’ EUR 395 miljun kienet meħtieġa. |
|
(211) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-għajnuna, peress li l-perzz tal-bejgħ huwa stabbilit għal euro, l-HFSF mhux se jirkupraw flus. Il-kontribut tiegħu huwa simili għal għotja. Kif indikat fil-punt 44 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, rikapitalizzazzjoni rimunerata b’mod mhux suffiċjenti tista’ tkun aċċettata biss fil-każ ta’ banek f’diffikultà li ma jistgħu jħallsu l-ebda rimunerazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li dan huwa l-każ ta’ Nea Proton Bank. L-assenza ta’ rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa ta’ ristrutturar fil-fond, f’konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. |
|
(212) |
B’konklużjoni għal dan, il-miżura hija meħtieġa bħala għajnuna għas-salvataġġ kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħha biex jinkiseb l-objettiv li jiġi llimitat it-tfixkil fis-sistema bankarja Griega u l-ekonomija kollha kemm hi. |
6.1.3.3.3.
|
(213) |
Il-Kummissjoni tinnota li wara l-fużjoni bl-assorbiment ta’ Nea Proton Bank mal-Bank, l-attivitajiet ekonomiċi ta’ Nea Proton Bank ġew trasferiti lill-Bank. Il-fatt li l-għajnuna ssalva dawk l-attivitajiet ekonomiċi, fit-teorija tista’ toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota d-daqs żgħir ta’ Nea Proton Bank u l-proċess tal-bejgħ li fih il-kompetituri kellhom l-opportunità li jagħmlu offerta għal Nea Proton Bank. Barra minn hekk, immedjatament wara t-trasferiment tagħhom, l-attivitajiet ekonomiċi ta’ Nea Proton Bank se jkunu integrati b’mod sħiħ mill-Bank u se jispiċċaw jeżistu bħala attività ekonomika separata jew kompetitur. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna ma toħloqx distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni. |
6.1.3.3.4
|
(214) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżura NP3 hija adegwata, neċessarja u, fid-dawl tar-ristrutturar fil-fond previst għall-Bank li issa jinsabu fih l-attivitajiet ekonomiċi ta’ Nea Proton Bank, hija proporzjonata għall-objettiv maħsub. |
6.1.4. Il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(215) |
Fil-premessi (60), (61), (78) u (79) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton rigward il-miżuri NP1 u NP2, il-Kummissjoni nnutat li Nea Proton Bank probabbilment mhux se jkun jista’ jirremunera l-għajnuna mill-Istat li rċieva u enfasizzat li l-assenza ta’ rimunerazzjoni qajmet il-ħtieġa ta’ ristrutturar fil-fond. Fil-Premessa (211) il-Kummissjoni nnutat fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-miżura NP3 li, peress li l-prezz tal-bejgħ ta’ Nea Proton huwa stabbilit għal ewro, l-HFSF mhu se jirkupra xejn mill-EUR 395 miljun injettati eżatt qabel il-bejgħ (miżura NP3). Barra minn hekk, il-Greċja mhi se tirkupra xejn mill-ishma ta’ preferenza maħruġa għalih f’Mejju 2009, peress li l-pretensjonijiet ta’ ekwità marbuta magħhom tħallew fil-Proton Bank likwidat. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-assenza ta’ rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa għal ristrutturar fil-fond, kemm f’termini ta’ miżuri għall-vijabbiltà kif ukoll f’termini ta’ miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
6.1.4.1. Il-vijabbiltà fit-tul tal-attività ta’ Nea Proton Bank permezz tal-bejgħ
|
(216) |
Il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jipprovdi li meta l-istituzzjoni ta’ kreditu f’diffikultà ma tkunx tista’ tirritorna b’mod kredibbli għal vijabbiltà fit-tul, għandhom jiġu kkunsidrati l-likwidazzjoni regolari tagħha jew il-bejgħ b’irkant tagħha. L-Istati Membri għalhekk jistgħu jinkoraġġixxu l-ħruġ ta’ atturi mhux vijabbli filwaqt li jippermettu li l-proċess tal-ħruġ iseħħ f’qafas ta’ żmien adegwat li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja. |
|
(217) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar jekk in-Nea Proton Bank jistax jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tiegħu fuq bażi awtonoma u indikat s-sinerġiji li jistgħu jinkisbu bl-integrazzjoni tiegħu f’entità finanzjarja kbira. |
|
(218) |
F’dan ir-rigward, il-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jikkjarifika li l-bejgħ ta’ bank f’diffikultà lil istituzzjoni finanzjarja oħra jista’ jikkontribwixxi għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul, jekk ix-xerrej ikun vijabbli u kapaċi jassorbi t-trasferiment tal-bank f’diffikultà u jista’ jgħin biex jirrestawra l-fiduċja fis-suq. Barra minn hekk, f’konformità mal-MPEF, għandu jinkiseb iktar konsolidament tas-settur bankarju u l-HFSF kellu jbigħ in-Nea Proton Bank sal-15 ta’ Lulju 2013. |
|
(219) |
Kif iddikjarat fis-sezzjoni 7.5.2, fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar tiegħu, il-Bank jista’ jitqies bħala entità vijabbli. Għalhekk, il-fatt li l-attivitajiet ta’ Nea Proton Bank ġew trasferiti lill-Bank, jippermetti li tiġi restawrata l-vijabbiltà fit-tul tagħhom. Barra minn hekk, il-fatt li Nea Proton Bank huwa integrat b’mod sħiħ fil-Bank u ma jidhirx iżjed bħala kompetitur awtonomu, jikkostitwixxi ristrutturar fil-fond kif meħtieġ mir-rimunerazzjoni mhux biżżejjed tal-għajnuna mill-Istat. |
6.1.4.2. Il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(220) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-kostijiet tar-ristrutturar kinux limitati għall-minimu. Dawn id-dubji ġew mill-osservazzjoni li Nea Proton Bank ma jistax jirritorna għall-vijabbiltà fit-tul fuq bażi awtonoma mingħajr ma jġarrab kostijiet għoljin. L-integrazzjoni ta’ Nea Proton Bank fil-Bank, entità ikbar b’infrastruttura tal-IT u struttura tal-immaniġġjar tar-riskju fis-seħħ, tindirizza dan it-tħassib. Il-bejgħ lill-Bank jikkontribwixxi biex jillimita l-kostijiet tar-ristrutturar għall-minimu. |
|
(221) |
Rigward il-kontribut tal-azzjonisti u d-detenturi tad-dejn subordinati għall-kostijiet tar-ristrutturar, il-Kummissjoni diġà stabbiliet fil-Premessa (77) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton li l-azzjonisti u d-detenturi ta’ dejn subordinat ma kinux trasferiti lil Nea Proton Bank iżda baqgħu fil-Proton Bank, jiġifieri, l-entità fil-likwidazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kienet inkisbet kondiviżjoni suffiċjenti tal-piżijiet tal-azzjonisti u tad-detenturi ta’ dejn subordinat. |
6.1.4.3. Miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(222) |
Rigward il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-punt 30 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid li “il-Kummissjoni tieħu bħala punt ta’ bidu għall-valutazzjoni tagħha tal-ħtieġa għal dawn il-miżuri, id-daqs, l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li l-bank inkwistjoni jkollu mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar kredibbli. In-natura u l-forma ta’ dawn il-miżuri tiddependi fuq żewġ kriterji: l-ewwel, l-ammont tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat u t-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew is-swieq li fihom se jopera il-bank benefiċjarju.” |
|
(223) |
Rigward l-ammont ta’ għajnuna riċevuta, il-Kummissjoni tinnota l-ammont tal-għajnuna totali riċevuta fil-forma ta’ kapital ta’ EUR 2 111,6 miljun (Pr1, NP1, NP2, NP3), flimkien mal-appoġġ ta’ likwidità mill-Istat ta’ EUR 149.4 miljun (Pr3) u t-titoli tal-gvern Grieg ta’ EUR 78 miljun (Pr2). Il-miżura Pr1 kienet tikkorrispondi għal 4.6 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Proton Bank f’dak iż-żmien. Il-miżura NP1, il-finanzjament tad-diskrepanza ta’ finanzjament mit-trasferiment tal-attivitajiet minn Proton Bank għal Nea Proton Bank, kienet tikkorrispondi għal madwar 36 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Proton Bank fl-aħħar tal-2010 jew 84 % tal-assi mwieżna għar-riskju ta’ Nea Proton Bank fiż-żmien tal-ħolqien tiegħu. L-injezzjoni ta’ kapital azzjonarju inizjali mill-HFSF fin-Nea Proton Bank, li kienet parti mill-miżura NP2, kienet tikkorrispondi għal madwar 18.8 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-aħħar fiż-żmien tal-ħolqien tiegħu. L-injezzjonijiet ta’ kapital azzjonarju addizzjonali, li kienu parti mill-miżura NP2, kienu jikkorrispondu għal madwar 34.2 % tal-assi mwieżna għar-riskju ta’ Nea Proton Bank (fuq il-bażi tad-dejta tal-31 ta’ Diċembru 2012 (121)). Kif iddikjarat fil-Premessa 80 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-miżuri NP1 u NP2 kienu jirrappreżentaw iktar minn 50 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Proton Bank jew iktar minn 130 % tal-assi mwieżna għar-riskju ta’ Nea Proton Bank. L-injezzjoni ta’ kapital azzjonarju, qabel il-bejgħ lill-Bank, jiġifieri, il-miżura NP3, kienet tikkorrispondi għal madwar 48.7 % tal-assi mwieżna għar-riskju ta’ Nea Proton Bank (fuq il-bażi tad-dejta tal-31 ta’ Mejju 2013). Dawn l-ammonti ta’ għajnuna, flimkien mal-assenza ta’ rimunerazzjoni, isejħu għal tnaqqis qawwi tal-preżenza fis-suq tal-benefiċjarju. |
|
(224) |
Rigward is-suq li fih kien jopera Nea Proton Bank, fil-Premessa (82) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Nea Proton, il-Kummissjoni indikat li l-Proton Bank kien bank żgħir ħafna (madwar 1 % sehem mis-suq tal-assi totali tal-banek Griegi) u konsegwentement, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Proton Bank li ġew trasferiti fin-Nea Proton Bank kienu relattivament żgħar meta mqabbla mad-daqs tas-sistema bankarja Griega. Għalhekk, hija kkonkludiet li minkejja l-ammont ta’ għajnuna eċċezzjonalment kbir, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna lil Nea Proton Bank jistgħu jitqiesu bħala limitati. |
|
(225) |
Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ Nea Proton Bank ġew offruti lill-kompetituri permezz ta’ rkant miftuħ. Wara l-bejgħ tiegħu, in-Nea Proton Bank waqaf jeżisti bħala kompetitur awtonomu billi kien integrat b’mod sħiħ fil-Bank. |
|
(226) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba d-daqs żgħir ta’ Nea Proton Bank, il-proċess miftuħ tal-bejgħ u l-fatt li Nea Proton Bank mhux se jibqa’ jeżsti bħala kompetitur awtonomu, ma jeżistu l-ebda distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni, minkejja l-ammont kbir ħafna ta’ għajnuna u l-assenza tar-rimunerazzjoni. |
6.1.4.4. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(227) |
Fuq il-bażi tal-analiżi fil-premessi 6.1.4.1 sa (225) above, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bejgħ ta’ Nea Proton Bank u l-integrazzjoni tiegħu fil-Bank jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul ta’ Nea Proton Bank, li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u li m’hemm l-ebda distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni. |
|
(228) |
Il-miżuri ta’ għajnuna kollha elenkati fit-Tabella 7 għalhekk għandhom jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mas-suq intern. |
6.2. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MAN-NEW TT BANK
6.2.1. L-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna
|
(229) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-miżuri jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
6.2.1.1. L-eżistenza ta’ għajnuna fil-kopertura tad-diskrepanza ta’ finanzjament tal-assi u l-obbligazzjonijiet trasferiti tat-T Bank (miżura T)
|
(230) |
Fil-premessi (26) sa (32) tad-Deċiżjoni dwar it-T Bank, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-miżura T, l-intervent mill-Iskema ta’ Riżoluzzjoni tal-HDIGF u l-HFSF biex ikopru d-diskrepanza ta’ finanzjament tal-assi u l-obbligazzjonijiet trasferiti lit-TT Bank, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fil-Premessa 33 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni qieset li l-attivitajiet ekonomiċi tat-T Bank li kienu trasferiti lit-TT Bank kienu l-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat peress li komplew jeżistu minħabba l-għajnuna li rċevew. |
6.2.1.2. L-eżistenza ta’ għajnuna fir-rikapitalizzazzjoni mogħtija bil-miżura tar-rikapitalizzazzjoni għat-TT Bank (miżura TT)
|
(231) |
L-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 224.96 miljun mill-Istat Grieg fit-TT Bank (miżura TT) ġiet mogħtija bil-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni li tifforma parti mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (122). Fid-Deċiżjoni li tapprova din l-iskema, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri mogħtija b’din l-iskema jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-Miżura TT għalhekk kienet tikkostitwixxi għajnuna lit-TT Bank. |
|
(232) |
Kif osservat il-Kummissjoni fil-Premessa 98 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, in-New TT Bank jilqa’ l-attivitajiet ekonomiċi li twettqu qabel fit-TT Bank, inkluż it-T Bank. |
6.2.1.3. L-eżistenza ta’ għajnuna fil-finanzjament tad-diskrepanza ta’ finanzjament ta’ New TT Bank (miżura NTT1)
|
(233) |
Fil-premessi (53) sa (57) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-miżura NTT1, l-intervent mill-HFSF biex ikopri d-diskrepanza ta’ finanzjament ta’ New TT Bank, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fil-Premessa 54 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat in-New TT Bank bħala l-benefiċjarju ekonomiku billi n-New TT Bank jilqa’ l-attivitajiet ekonomiċi tat-TT Bank li baqgħu jeżistu minħabba l-għajnuna riċevuta. |
6.2.1.4. L-eżistenza ta’ għajnuna fl-injezzjoni ta’ kapital azzjonarju inizjali (miżura NTT2)
|
(234) |
Fil-premessi 49 sa 52 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-miżura NTT2, l-injezzjoni ta’ kapital azzjonarju inizjali mill-HFSF li jammonta għal EUR 500 miljun favur in-New TT Bank, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil New TT Bank fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
6.2.1.5. L-eżistenza ta’ għajnuna lill-Bank bħala l-akkwirent ta’ New TT Bank
|
(235) |
Il-Bank akkwista l-ishma fin-New TT Bank fil-qafas ta’ proċess tal-offerti miftuħ u mhux diskriminatorju. Skont informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet Griegi fil-15 ta’ Lulju 2013, konsulent finanzjarju kkuntattja numru kbir ta’ banek u investituri Griegi u barranin u l-ikbar erba’ banek Griegi biss isottomettew offerti finali. Il-fatt li l-konsulent finanzjarju kkuntattja numru kbir ta’ banek, jippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċess tal-offerti kien miftuħ u mhux diskriminatorju. L-offerta tal-Bank ġiet ikkunsidrata l-aħjar waħda meta jitqies l-ammont u t-tip ta’ korrispettiv offrut. |
|
(236) |
B’mod iktar preċiż, il-Bank qabel li jħallas lill-HFSF total ta’ EUR 681 miljun fil-forma ta’ ishma ordinarji maħruġin ġodda. It-tieni l-ogħla offerta kienet offerta fi flus kontanti ta’ EUR 500 miljun. Din kienet għalhekk 26.58 % inqas mill-offerta tal-Bank. Skont l-ittra mill-Bank of Greece tat-8 ta’ Lulju 2013, kwalunkwe offerta ta’ flus kontanti minn bank domestiku ma setgħetx tiġi kkunsidrata billi xorta kienet tiddependi fuq finanzjament mill-Eurosistema u b’mod partikolari jekk kien qed jirċievi assistenza ta’ likwidità f’emerġenza. It-tieni l-ogħla offerta għalhekk ma kkonformatx mar-rekwiżiti tal-Bank of Greece. |
|
(237) |
Għandu jiġi nnutat ukoll li bil-kuntratt tal-bejgħ, l-HFSF irċieva 1 418,75 miljun ta’ ishma ordinarji ġodda tal-Bank bil-prezz tal-offerta ta’ EUR 0.48 kull wieħed (123). Il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-HFSF fil-Bank żdiedet minn 93.55 % għal 95.23 %. |
|
(238) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-akkwist ma jikkostitwix għajnuna lix-xerrej. |
6.2.1.6. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(239) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri T, TT, NTT1 u NTT2 kollha jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Rigward il-miżura T, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna bbenefikaw minnha l-attivitajiet tat-T Bank peress li kienu trasferiti lit-TT Bank u iktar tard lil New TT Bank. Rigward il-miżura TT, il-Kummissjoni tikkonkludi li bbenefikaw minnha l-attivitajiet tat-TT Bank li kienu trasferiti lil New TT Bank. Il-benefiċjarju tal-miżuri NTT1 u NTT2 huwa n-New TT Bank. |
|
(240) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-attivitajiet ekonomiċi tat-T Bank, peress li kienu milqugħa fit-TT Bank u iktar tard fin-New TT Bank, ibbenefikaw mill-għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni li tammonta għal EUR 677 miljun, filwaqt li l-attivitajiet imwettqa mit-TT Bank milqugħa minn New TT Bank ibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ appoġġ għall-kapital ta’ EUR 4 457,96 miljun (miżuri TT, NTT1 u NTT2). Tabella 10 Ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna totali riċevuta mit-T Bank, TT Bank u n-New TT Bank
|
6.2.2. Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà
|
(241) |
L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex issib li l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern jekk tkun maħsuba “biex tirrimedja disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. |
|
(242) |
Kif spjegat fil-premessi (198) u (199), il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna lill-banek Griegi, fil-preżent għandu jkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
|
(243) |
Kif spjegat fil-Premessa (201), sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija trid tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà: adegwatezza, neċessità u proporzjonalità |
|
(244) |
Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġew stabbiliti l-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
|
(245) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (124) tistabbilixxi iktar gwida fuq il-livell ta’ rimunerazzjoni meħtieġ għall-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. |
|
(246) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar spjegat (125) kif se tivverifika l-pjanijiet ta’ ristrutturar. Fil-valutazzjoni tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Kummissjoni se tqis il-miżuri kollha elenkati fit-Tabella 8. |
6.2.3. Il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
6.2.3.1. Il-kompatibbiltà tal-miżura T mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
|
(247) |
Rigward il-miżura T, fid-Deċiżjoni tagħha dwar it-T Bank, il-Kummissjoni sabet li l-intervent jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat u ddeċidiet li din kienet kompatibbli mas-suq intern għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. L-awtoritajiet Griegi ma ssottomettewx pjan ta’ ristrutturar aġġornat għat-TT Bank li qies l-integrazzjoni tal-attivitajiet tat-T Bank fit-TT Bank qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ sitt xhur. Madankollu, fil-Premessa 83 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni qieset li l-ommissjoni kienet tinftiehem peress li fil-frattemp kienet ittieħdet deċiżjoni li t-TT Bank jiġi solvut. Peress li l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar għan-New TT Bank f’Jannar 2013 u wieħed aġġornat f’Marzu 2013, li t-tnejn li huma jittrattaw l-attivitajiet trasferiti mit-T Bank għat-TT Bank, il-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tagħha ta’ New TT, approvat il-miżura T b’mod provviżorju bħala għajnuna għas-salvataġġ sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar il-miżuri T, TT, NTT1 u NTT2. |
6.2.3.2. Il-kompatibbiltà tal-miżuri TT mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008
|
(248) |
Fid-Deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008 (126) il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-miżura TT, li ngħatat f’Mejju 2009 bil-miżura tar-rikapitalizzazzjoni li hija parti mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi, hija għajnuna għas-salvataġġ kompatibbli skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. Id-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 ma rreferietx għall-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, li kienet għadha ma ġietx adottata f’dak iż-żmien. |
6.2.3.3. Il-kompatibbiltà tal-miżuri NTT1 u NTT2 mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
|
(249) |
Il-Kummissjoni diġà approvat b’mod temporanju il-miżuri NTT1 u NTT2 bħala għajnuna għas-salvataġġ fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT. |
6.2.4. Il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna T, TT, NTT1 u NTT2 mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
6.2.4.1. Nuqqas ta’ rimunerazzjoni adegwata tal-għajnuna: li trid titqies fil-valutazzjoni skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(250) |
Fil-Premessa 45 tad-Deċiżjoni dwar it-T Bank, il-Kummissjoni nnutat li l-HDIGF u l-HFSF probabbilment mhux se jirkupraw flus u li l-finanzjament tad-diskrepanza ta’ finanzjament mit-T Bank għat-TT Bank għalhekk huwa simili għal għotja. Barra minn hekk, kif konkluż fil-Premessa 101 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, l-HFSF jista’ jistenna li jirkupra biss parti mill-injezzjoni ta’ kapital azzjonarju inizjali ta’ EUR 500 miljun (miżura NTT2). Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li mhux se jkun hemm rimunerazzjoni għall-HFSF li tkopri d-diskrepanza tal-iffinanzjar mit-TT Bank għan-New TT Bank (miżura NTT1) u hemm probabbiltà żgħira ħafna li l-HFSF jirkupra wisq mill-EUR 3,7 biljun. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Istat wisq probabbli mhu se jirkupra l-ebda ammont fir-rigward tal-miżura TT, peress li l-pretensjonijiet ta’ ekwità tiegħu marbuta mal-ishma ta’ prefernza maħruġa f’Mejju 2009, baqgħu fit-TT Bank, li tqiegħed f’likwidazzjoni. |
|
(251) |
Kif indikat fil-premessi 77 u 102 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, l-assenza ta’ rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa ta’ ristrutturar fil-fond, kemm f’termini ta’ miżuri ta’ vijabbiltà kif ukoll f’termini ta’ miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
6.2.4.2. Il-vijabbiltà fit-tul tal-attività ta’ New TT Bank permezz tal-bejgħ
|
(252) |
Il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid li meta l-istituzzjoni tal-kreditu f’diffikultà ma tkunx tista’ tirritorna b’mod kredibbli għal vijabbiltà fit-tul, għandhom jiġu kkunsidrati l-likwidazzjoni regolari tagħha jew il-bejgħ tagħha b’irkant. |
|
(253) |
Fis-sezzjoni 3.2.4.1 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar jekk in-New TT Bank jistax jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tiegħu fuq bażi awtonoma u jekk in-New TT Bank jistax jikseb it-tkabbir ippjanat fid-dħul. Barra minn hekk, hija indikat li n-New TT Bank kien ħa biss numru limitat ta’ miżuri biex jiġġenera profitti u li kien hemm nuqqas ta’ miżuri min-naħa ta’ New TT Bank biex jitnaqqsu il-kostijiet tal-persunal u biex jiġi razzjonalizzat in-netwerk tal-fergħat. Irreferiet ukoll għas-sinerġiji li jistgħu jinkisbu bl-integrazzjoni ta’ New TT Bank f’entità finanzjarja kbira. |
|
(254) |
F’dan ir-rigward, il-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jikkjarifika li l-bejgħ ta’ bank f’diffikultà lil istituzzjoni finanzjarja oħra jista’ jikkontribwixxi għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul, jekk ix-xerrej ikun vijabbli u kapaċi jassorbi t-trasferiment tal-bank f’diffikultà u jista’ jgħin biex jirrestawra l-fiduċja fis-suq. Barra minn hekk, f’konformità mal-MPEF, il-bejgħ ta’ New TT Bank kien azzjoni ta’ prijorità, meta wieħed iqis l-interess pubbliku u l-istabbiltà finanzjarja, kif ukoll il-protezzjoni tal-assi tal-HFSF. |
|
(255) |
Kif intqal fis-sezzjoni 7.5.2, fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar tiegħu, il-Bank jista’ jitqies bħala entità vijabbli. Għalhekk, il-fatt li l-attivitajiet ta’ New TT Bank issa jinsabu fil-Bank, jippermetti li tiġi restawrata l-vijabbiltà fit-tul tagħhom. In-New TT Bank jieqaf jeżisti bħala kompetitur awtonomu. Il-fużjoni operattiva bejn in-New TT Bank u l-Bank tlestiet sal-14 ta’ April 2014, In-netwerk tal-fergħat tal-marka “Hellenic Postbank” se jitnaqqas (il-Bank għandu l-intenzjoni li jżomm il-marka “Hellenic Postbank” għal ċerti fergħat, filwaqt li l-marka “T-bank” mhux se tinżamm u n-netwerk tal-fergħat “T-bank” se jingħalaq kważi kollu) flimkien mal-integrazzjoni operattiva sħiħa tal-back office u funzjonijiet oħra tal-kwartieri ġenerali fil-Bank. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturar jiżgura li se jinkiseb ristrutturar fil-fond kif meħtieġ mir-rimunerazzjoni insuffiċjenti. |
6.2.4.3. Il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(256) |
It-tħassib tal-Kummissjoni espress fil-Premessa 99 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, dwar jekk il-kostijiet tar-ristrutturar kinux miżjuda minħabba r-ristrutturar ta’ New TT Bank fuq bażi awtonoma, kien indirizzat mill-Iskema ta’ Ħruġ Volontarju (127), li kienet implimentata min-New TT Bank fuq bażi awtonoma f’Lulju 2013 u bil-bejgħ ta’ New TT Bank lill-Bank. B’mod iktar preċiż, ir-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-fergħat, l-integrazzjoni sħiħa tat-T Bank u l-integrazzjoni operattiva sħiħa ta’ New TT Bank fil-Bank jillimitaw il-kostijiet tar-ristrutturar għall-minimu. |
|
(257) |
Rigward il-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-azzjonisti u tad-detenturi ta’ dejn subordinat, il-Kummissjoni diġà stabbiliet fil-Premessa 100 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT li l-azzjonisti u d-detenturi ta’ dejn subordinat ma kinux trasferiti lil New TT Bank iżda baqgħu fit-TT Bank, jiġifieri, l-entità fil-likwidazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li nkisbet kondiviżjoni tal-piżijiet biżżejjed tal-azzjonisti u d-detenturi ta’ dejn subordinat. |
|
(258) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tħoss li l-kostijiet tar-ristrutturar huma limitati għall-minimu u nkisbet kondiviżjoni biżżejjed tal-piżijiet. Madankollu, kif diġà ġie konkluż fil-Premessa (251), l-assenza ta’ rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa ta’ ristrutturar fil-fond, kemm f’termini ta’ miżuri ta’ vijabbiltà kif ukoll f’termini ta’ miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
6.2.4.4. Miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(259) |
Rigward il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-punt 30 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jipprovdi li “il-Kummissjoni tieħu bħala punt ta’ bidu għall-valutazzjoni tagħha tal-bżonn għal dawn il-miżuri d-daqs, l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li l-bank inkwistjoni jkollu mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar kredibbli. In-natura u l-forma ta’ dawn il-miżuri tiddependi fuq żewġ kriterji: l-ewwel, l-ammont tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat u t-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew is-swieq li fihom se jopera l-bank benefiċjarju.” |
|
(260) |
Rigward l-ammont ta’ għajnuna riċevuta, il-Kummissjoni tfakkar li, fil-Premessa 104 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, hija nnotat li n-New TT Bank irċieva EUR 4,6 biljun f’għajnuna (miżuri NTT1 u NTT2), li jirrappreżenta iktar minn 70 % tal-assi mwieżna għar-riskju tat-TT Bank u iktar minn 90 % tal-assi mwieżna għar-riskju ta’ New TT Bank. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-TT Bank (li huwa l-entità legali li qabel kien iwettaq l-attivitajiet li kienu fin-New TT Bank) qabel kien irċieva għajnuna bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (128) it-TT Bank irċieva l-ewwel injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 224,96 miljun fil-forma ta’ ishma ta’ preferenza (miżura TT), li kienet ekwivalenti għal 2,9 % tal-assi mwieżna għar-riskju f’dak iż-żmien. Barra minn hekk, mar-riżoluzzjoni tat-T Bank, l-attivitajiet tat-T Bank li kienu trasferiti lit-TT Bank irċevew għajnuna għar-riżoluzzjoni ta’ madwar EUR 678 miljun (miżura T), li kienet ekwivalenti għal 37,7 % tal-assi mwieżna għar-riskju tat-T Bank fid-data ta’ referenza tal-fużjoni (31 ta’ Marzu 2011). Dawn l-ammonti ta’ għajnuna, flimkien mal-assenza ta’ rimunerazzjoni jsejħu għal ristrutturar fil-fond. |
|
(261) |
Min-naħa l-oħra, fil-Premessa 104 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni indikat iċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat l-għajnuna. B’mod iktar preċiż, parti sinifikanti mit-telf li ġarrab it-TT Bank fis-snin riċenti ma tidhirx li tirriżulta mill-attivitajiet ta’ teħid tar-riskju, iżda miż-żamma tal-GGBs. Il-Kummissjoni osservat ukoll li t-telf mis-self għoli fuq is-self lill-unitajiet domestiċi u -korporazzjonijiet jirriżulta prinċipalment mir-reċessjoni eċċezzjonalment fonda u twila u mhux mis-self riskjuż. L-għajnuna għalhekk ftit tidher li toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li, proporzjonalment għad-daqs tiegħu, it-TT Bank kellu ħafna iktar GGBs minn bankijiet oħra fil-Greċja, fattur li jirrifletti xi teħid tar-riskju mhux adegwat. |
|
(262) |
Kif diġà nnutat, in-New TT Bank m’għadux jeżisti bħala kompetitur awtonomu li jiddetermina l-politika tiegħu fuq bażi awtonoma. Il-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni tal-integrazzjoni sħiħa ta’ New TT Bank, anke jekk il-Bank se jkompli juża l-marka “Hellenic Postbank” għal xi fergħat u prodotti. |
|
(263) |
Rigward is-suq li fih kien jopera n-New TT Bank, fil-Premessa 106 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ New TT, il-Kummissjoni indikat li t-TT Bank kien bank ta’ daqs medju fil-Greċja (madwar 6 % f’termini ta’ depożiti) u li l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-TT Bank li kienu ġew trasferiti fin-New TT Bank kienu relattivament żgħar meta mqabbla mad-daqs tas-sistema bankarja Griega. Għalhekk, hija kkonkludiet li minkejja l-ammont ta’ għajnuna eċċezzjonalment kbir, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna lil New TT Bank jistgħu jitqiesu bħala limitati. |
|
(264) |
It-tiċkin ippjanat fin-netwerk tal-fergħat tal-marka “Hellenic Postbank”, bi tnaqqis ta’ madwar 50 fergħa (129) minn 196, ikompli jikkonferma l-valutazzjoni fil-Premessa (262) li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna lil New TT Bank jistgħu jitqiesu li huma pjuttost limitati. |
|
(265) |
Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ New TT Bank ġew offruti lill-kompetituri permezz ta’ rkant miftuħ u mhux diskriminatorju. |
|
(266) |
Parti sinifikanti mill-miżuri ta’ għajnuna NTT1 u NTT2 kienu meħtieġa minħabba rinunzja tad-dejn favur l-Istat (fil-forma tal-programm PSI) u minħabba r-riċessjoni effettivament twila, iktar milli konsegwenza ta’ prattiċi ta’ self mhux adegwati. Barra minn hekk, id-daqs tal-attivitajiet ta’ New TT Bank kien żgħir, il-proċess tal-bejgħ kien miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju u n-New TT Bank mhux se jkompli jeżisti bħala kompetitur awtonomu. Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li, minkejja l-ammont kbir ta’ għajnuna u l-assenza ta’ rimunerazzjoni adegwata għall-għajnuna mogħtija mill-Istat, ma teżisti l-ebda distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni. |
6.2.4.5. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna T, TT, NTT1 u NTT2 mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.
|
(267) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bejgħ ta’ New TT Bank lill-Bank u r-ristrutturar assoċjat jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul ta’ New TT Bank, il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u l-assenza ta’ distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni. |
|
(268) |
Il-miżuri ta’ għajnuna kollha elenkati fit-Tabella 8 għandhom jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mas-suq intern. |
7. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LILL-BANK
7.1. L-EŻISTENZA U L-AMMONT TA’ GĦAJNUNA
|
(269) |
Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.1.1. L-eżistenza ta’ għajnuna fil-miżuri mogħtija bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi
7.1.1.1. Appoġġ ta’ likwidità mill-Istat mogħti bil-miżuri ta’ garanzija u ta’ self ta’ bonds tal-gvern (miżura L1)
|
(270) |
Fid-deċiżjonijiet li japprovaw u jestendi l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi (130), il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-appoġġ ta’ likwidità mogħti bl-iskema jikkostitwixxi għajnuna. L-ammont pendenti tal-garanziji mill-15 ta’ April 2011 kien EUR 13 600 miljun u laħaq it-EUR 13 932 miljun mit-30 ta’ Novembru 2013. Appoġġ ta’ likwidità ġejjieni mogħti bl-iskema se jikkostitwixxi wkoll għajnuna. |
7.1.1.2. Rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija bl-Iskema ta’ Rikapitalizzazzjoni (miżura A)
|
(271) |
Fid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li r-rikapitalizzazzjoni li għandha tingħata bil-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni inkluża f’dik l-iskema tikkostitwixxi għajnuna. Il-Bank irċieva EUR 950 miljun permezz ta’ ishma ta’ preferenza, li jirrapreżenta 2 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank (131). |
|
(272) |
Fl-2010, il-Greċja introduċiet diversi bidliet fil-parametri tekniċi ta’ dawk l-ishma ta’ preferenza. Peress li l-bidliet iżidu r-rimunerazzjoni tal-Istat, b’żieda awtomatika tal-kupun bi 2 % kull sena jekk l-ishma ta’ preferenza ma jiġux mifdija fi żmien ħames snin, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-modifiki tal-parametri tekniċi ma jipprovdu l-ebda vantaġġ lill-Bank u għalhekk ma jinvolvux għajnuna addizzjonali mill-Istat. |
7.1.2. L-eżistenza ta’ għajnuna fl-ELA garantita mill-Istat (miżura L2)
|
(273) |
Fil-punt 51 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Kummissjoni kkjarifikat li l-provvediment tal-fondi tal-banek ċentrali għall-istituzzjonijiet finanzjarji ma jikkostitwix għajnuna jekk jiġu ssodisfati erba’ kundizzjonijiet kumulattivi rigward is-solvenza tal-istituzzjoni finanzjarja, il-kollateralizzazzjoni tal-faċilità, ir-rata tal-imgħax imposta fuq l-istituzzjoni finanzjarja u l-assenza ta’ kontrogaranzija mill-Istat. Peress li l-ELA garantita mill-Istat għall-Bank ma tikkonformax ma’ dawn l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi, b’mod partikolari għaliex hija garantita mill-Istat u tingħata flimkien ma’ miżuri ta’ appoġġ oħra, hija tikkostitwixxi għajnuna. |
|
(274) |
L-ELA garantita mill-Istat tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ewwel, billi din il-miżura tinkludi garanzija mill-Istat favur il-Bank of Greece, kwalunkwe telf se jitħallas mill-Istat. Il-miżura għalhekk tinvolvi riżorsi tal-Istat. L-ELA tippermetti lill-banek li jiksbu finanzjament fi żmien meta ma jkollhomx aċċess għas-suq tal-finanzjament tal-operaturi u għall-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema. L-ELA garantita mill-Istat lill-Bank għalhekk tagħtih vantaġġ. Peress li l-ELA hija limitata għas-settur bankarju, il-miżura hija selettiva. U peress li l-ELA garantita mill-Istat tippermetti lill-Bank li jkompli jopera fis-suq u jevita inadempjenza u li jkollu joħroġ mis-suq, hija tfixkel il-kompetizzjoni. Peress li l-Bank huwa attiv fi Stati Membri oħra u billi istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħra joperaw jew ikunu potenzjalment interessati li joperaw fil-Greċja, il-vantaġġ mogħti lill-Bank jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(275) |
L-ELA garantita mill-Istat (miżura L2) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-ammont ta’ ELA garantita mill-Istat varja maż-żmien. Fil-31 ta’ Diċembru 2012 din ammontat għal madwar EUR 12-il biljun. |
7.1.3. L-eżistenza ta’ għajnuna f’miżuri mogħtija permezz tal-HFSF
7.1.3.1. L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (miżura B1)
|
(276) |
Fis-sezzjoni 5.1 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-kapital riċevut ammonta għal EUR 3 970 miljun. |
7.1.3.2. It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (miżura B2)
|
(277) |
Il-miżura B2 ġiet implimentata b’riżorsi tal-HFSF, li, kif spjegat fil-Premessa (47) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank jinvolvu riżorsi tal-Istat. |
|
(278) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, il-miżura B2 żiedet il-proporzjon tal-kapital tal-Bank għal livell li ppermettielu jkompli jiffunzjona fis-suq u li jaċċessal-finanzjamenti tal-Eurosistema. Barra minn hekk, ir-rimunerazzjoni tal-miżura B2 tikkonsisti f’imgħax akkumulat fuq in-noti tal-EFSA u miżata addizzjonali ta’ 1 %. Minħabba li r-rimunerazzjoni hija manifestament iktar baxxa mir-rimunerazzjoni ta’ strumenti ta’ kapital simili fis-suq, il-Bank ċertament ma kienx se jkun kapaċi jiġbor dak il-kapital b’dawn it-termini fis-suq. Għalhekk, il-miżura B2 tat vantaġġ lill-Bank mir-riżorsi tal-Istat. Peress li l-miżura kienet disponibbli għall-Bank biss, hija ta’ natura selettiva. |
|
(279) |
B’riżultat tal-miżura B2, il-pożizzjoni tal-Bank ġiet imsaħħa peress li l-Bank ingħata r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kapital, li wassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Peress li l-Bank huwa attiv fi swieq bankarji Ewropej oħra u peress li hemm istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħra li joperaw fil-Greċja, b’mod partikolari fis-suq tal-assigurazzjoni, il-miżura B2 hija wkoll probabbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(280) |
Il-Kummissjoni tħoss li l-miżura B2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Hija ġiet notifikata bħala għajnuna mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-kapital riċevut ammonta għal EUR 1 341 miljun. |
7.1.3.3. L-ittra ta’ impenn (miżura B3)
|
(281) |
Bil-miżura B3, l-HFSF impenja ruħu li jipprovdi l-kapital addizzjonali meħtieġ biex jikkompleta r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank sal-ammont mitlub mill-Bank of Greece fil-qafas tat-test tal-istress tal-2012. L-HFSF jirċievi r-riżorsi tiegħu mill-Istat. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-ittra timpenja riżorsi tal-Istat. Iċ-ċirkustanzi li fihom l-HFSF jista’ jagħti appoġġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji huma definiti b’mod preċiż u limitati bil-liġi. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk ir-riżorsi Statali huwa imputabbli lill-Istat. L-HFSF ta impenn li jipprovdi sa EUR 528 miljun ta’ kapital addizzjonali. |
|
(282) |
L-ittra ta’ impenn tat vantaġġ lill-Bank għaliex assigurat lid-depożitaturi li l-Bank se jkun kapaċi jiġbor l-ammont tal-kapital kollu li kellu jiġbor, jiġifieri, l-HFSF kien se jipprovdi l-kapital jekk il-Bank jonqos milli jiġbru fis-suq. Dan l-impenn jiffaċilita wkoll il-ġbir ta’ kapital privat mis-suq, peress li l-investituri huma assigurati li jekk il-Bank ma jkunx jista’ jsib parti mill-kapital mis-suq, l-HSFS jipprovdih. L-ebda investitur privat ma kien se jaċċetta li jagħti impenn qabel ma jkunu magħrufa t-termini tar-rikapitalizzazzjoni u fiż-żmien li l-Bank ma kellu l-ebda aċċess għas-suq tal-kapital. |
|
(283) |
Peress li l-Bank huwa attiv fi swieq bankarji Ewropej oħra u peress li hemm istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħra li joperaw fil-Greċja, b’mod partikolari fis-suq tal-assigurazzjoni, il-miżura B3 hija wkoll probabbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(284) |
Il-miżura B3 għalhekk tikkostitwixxi għajnuna u ġiet notifikata bħala għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet Griegi fis-27 ta’ Diċembru 2012. |
7.1.3.4. Ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013 (miżura B4)
|
(285) |
Ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013 (miżura B4) hija l-konverżjoni tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2) u tal-ittra ta’ impenn (miżura B3) f’rikapitalizzazzjoni permanenti ta’ EUR 5 839 miljun f’ishma ordinarji. Peress li l-miżura B4 hija l-konverżjoni ta’ għajnuna diġà mogħtija, hija xorta tinvolvi riżorsi tal-Istat iżda ma żżidx l-ammont nominali tal-għajnuna. Madankollu, hija żżid il-vantaġġ lill-Bank (u għalhekk id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni) peress li hija rikapitalizzazzjoni permanenti u mhux rikapitalizzazzjoni temporanja bħal fil-każ tal-miżuri B1 u B2. Meta mqabbla mal-miżura B3, li hija biss impenn u mhux rikapitalizzazzjoni attwali, il-miżura B4 żieded l-adegwatezza kapitali tal-Bank u għalhekk hija iktar vantaġġjuża. |
|
(286) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan l-appoġġ ma ngħatax lill-banek kollha li joperaw fil-Greċja. Fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni pereżempju tinnota li l-għajnuna ppermettiet lill-Bank li jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu fi Stati Membri oħra, bħar-Rumanija jew il-Bulgarija. Likwidazzjoni tal-Bank kienet twassal għat-tmiem tal-attivitajiet tiegħu barra l-pajjiż, permezz tal-likwidazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet jew l-bejgħ tan-negozji. Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-Bank of Greece jikkompetu mal-attivitajiet tas-sussidjarji tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni minn Stati Membri oħra. Għalhekk, il-miżura tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-miżura B4 għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
7.1.3.5. Konklużjoni dwar il-miżuri B1, B2, B3 u B4
|
(287) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-miżuri jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat inkluż fil-miżuri B1, B2, B3 u B4 huwa EUR 5 839 miljun, li jammonta wkoll għall-appoġġ mill-Istat effettivament imħallas mill-HFSF lill-Bank. |
|
(288) |
Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li minbarra l-ammont assolut ta’ għajnuna, il-Kummissjoni trid tqis l-għajnuna “fir-rigward tal-assi mwieżna għar-riskju tal-bank”. Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 ingħataw matul il-perjodu ta’ sena, minn April 2012 sa Mejju 2013. Matul dan il-perjodu, ir-RWA tal-Bank inbidel. Għalhekk tqum il-mistoqsija dwar liema livell ta’ RWA għandu jintuża, jiġifieri, dak li kien jeżisti fil-bidu tal-perjodu jew dak li kien jeżisti fl-aħħar tal-perjodu. Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 għandhom l-għan li jkopru rekwiżit ta’ kapital identifikat mill-Bank of Greece f’Marzu 2012 (it-test tal-istress tal-2012). Fi kliem ieħor, ir-rekwiżiti ta’ kapital li koprew dawk il-miżuri diġà kienu jeżistu f’Marzu 2012. Il-Kummissjoni għalhekk tħoss li l-ammont tal-għajnuna inkluż fil-miżuri B1, B2, B3 u B4 għandu jiġi kkomparat mar-RWA tal-Bank tal-31 ta’ Marzu 2012. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Bank of Greece, wara Marzu 2012 u sar-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013, ma qiesx l-akkwisti magħmulin mill-banek Griegi biex jaġġustaw - ‘il fuq jew ‘l-isfel – ir-rekwiżiti ta’ kapital tagħhom. Dak il-fattur ikompli juri li l-miżuri B1, B2, B3 u B4 kienu miżuri ta’ għajnuna relatati mal-perimetru tal-Bank kif kien jeżisti fil-31 ta’ Marzu 2012. |
|
(289) |
L-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja u l-ittra ta’ impenn flimkien ammontaw għal EUR 5 839 miljun. Dak l-ammont jirrappreżenta 13,8 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012. |
7.1.3.6. L-impenn tar-rikapitalizzazzjoni tal-2014 (miżura C)
|
(290) |
Fil-31 ta’ Marzu 2014, il-Bank irċieva ittra ta’ impenn mill-HFSF, li biha l-HFSF ta impenn li jipparteċipa fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank għal ammont sa EUR 2 864 miljun (miżura C). Għar-raġunijiet spjegati fil-Premessa (277), dik il-miżura tinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat. Dik il-miżura tikkostitwixxi vantaġġ lill-Bank peress li tiżgura li l-Bank se jsib il-kapital li jeħtieġ, li jserraħ moħħ id-depożitanti u jiffaċilitah biex jiġbor il-kapital mill-investituri privati. |
|
(291) |
Jekk l-investituri ma jissottoskrivux l-ammont kollu taż-żieda tal-kapital, l-HFSF għandu effettivament jinjetta kapital fil-Bank b’applikazzjoni tal-ittra ta’ impenn. Tali injezzjoni ta’ kapital, meta mqabbla mal-ittra ta’ impenn, tikkostitwixxi vantaġġ ikbar favur il-Bank. B’differenza minn sempliċi ittra ta’ impenn, l-injezzjoni effettiva ta’ tal-kapital iżżid l-adegwatezza kapitali tal-Bank. |
|
(292) |
La l-ittra ta’ impenn u lanqas l-implimentazzjoni potenzjali tagħha fil-forma ta’ injezzjoni effettiva ta’ kapital ma tikkonforma mal-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. Anke kieku l-HFSF kellu jixtri l-ishma l-ġodda bl-istess prezz bħall-investituri privati, iċ-ċirkostanzi tal-parteċipazzjoni tal-HFSF huma differenti ħafna minn dawk tal-investituri privati li se jissottoskrivu għal ishma ġodda. L-HFSF impenja ruħu li jissottoskrivi ż-żieda kollha tal-kapital azzjonarju jekk ikun meħtieġ, qabel ma xi investitur impenja ruħu b’mod formali li jixtri l-ishma. L-investituri privati li jixtru ishma ġodda se jkunu ċerti li fi kwalunkwe każ, il-Bank se jiġbor l-ammont kollu tal-kapital meħtieġ, peress li l-HFSF se jaġixxi bħala garanzija ta’ kontinġenza u jixtri kwalunkwe sehem li ma jkunx sottoskritt mill-investituri privati. It-tieni nett, l-HFSF jipparteċipa biss jekk ma jkunx hemm talba biżżejjed mill-investituri privati fil-minimu tal-medda tal-prezzijiet imħabbra. Għaldaqstant, l-HFSF jipprovdi kapital li l-Bank ma jistax isib fis-suq bl-istess prezz għal kull sehem. B’konsegwenza, l-HFSF jipprovdi kapital għal ammont jew bi prezz li s-suq mhux lest li jagħti. |
|
(293) |
Minħabba li ngħatat biss lill-Bank, il-miżura C hija selettiva. Il-pożizzjoni tal-Bank issaħħet minn meta l-Bank ingħata r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji tal-kapital stabbiliti mill-Bank of Greece. Għalhekk hija tagħti vantaġġ li jfixkel il-kompetizzjoni. Peress li l-Bank huwa attiv fi swieq bankarji Ewropej oħra u peress li hemm istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħra li joperaw fil-Greċja, b’mod partikolari fis-suq tal-assigurazzjoni, il-miżura C hija wkoll probabbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(294) |
L-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2014 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ammont ta’ għajnuna inkluż fil-miżura huwa EUR 2 864 miljun, li jirrappreżenta 7,5 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank fil-31 ta’ Diċembru 2013 (132). |
|
(295) |
Jekk l-HFSF effettivament jinjetta iktar kapital fil-Bank b’implimentazzjoni tal-impenn, huwa jżid il-vantaġġ lill-Bank u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, iżda ma jżidx l-ammont nominali ta’ għajnuna (133). |
7.1.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza u l-ammont totali ta’ għajuna riċevuta
|
(296) |
Il-miżuri A, B1, B2, B3, B4 u C jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Table 11 Overview of the total aid received by the Bank
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7.2. IL-BAŻI LEGALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ
|
(297) |
Kif konkluż fil-Premessa 200, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat (134). |
|
(298) |
Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji ta’ kompatibbiltà għal tipi differenti ta’ miżuri ta’ għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġew stabbiliti l-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
|
(299) |
Il-gwida għall-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tista’ tinsab fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. |
|
(300) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tiddefinixxi l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturar, b’mod partikolari l-ħtieġa tar-ritorn għall-vijabbiltà, biex jiġi żgurat kontribut adegwat mill-benefiċjarju u jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(301) |
Il-qafas kien ikkumplimentat mill-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, li tapplika għall-miżuri ta’ għajnuna notifikati wara l-1 ta’ Awwissu 2013. |
7.2.1. Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-appoġġ ta’ likwidità għall-Bank (miżura L1)
|
(302) |
L-appoġġ ta’ likwidità diġà riċevut mill-Bank ġie approvat b’mod definittiv permezz tad-deċiżjonijiet suċċessivi li jawtorizzaw il-miżuri bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi u l-emendi u l-estensjonijiet tal-Iskema (135). Kwalunkwe appoġġ ta’ likwidità għall-Bank għandu jingħata bi skema debitament approvata mill-Kummissjoni. It-termini ta’ din l-għajnuna jridu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni qabel ma tingħata u għalhekk ma għandhomx għalfejn jiġu valutati aktar f’din id-deċiżjoni. |
7.2.2. Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ishma ta’ preferenza (miżura A)
|
(303) |
Ir-rikapitalizzazzjoni mogħtija fl-2009 fil-forma ta’ ishma ta’ preferenza (miżura A), ingħatat bil-miżura tar-rikapitalizzazzjoni approvata fl-2008 bħala parti mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi bil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. Għalhekk, ma għandhiex bżonn terġa’ tiġi valutata skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u għandha tiġi valutata biss skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.2.3. Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (miżura L2)
|
(304) |
Il-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (miżura L2) għandha l-ewwel tiġi valutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Kwalunkwe ELA garantita mill-Istat mogħtija wara l-1 ta’ Awwissu 2013 taqa’ taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
7.2.4. Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (miżuri B1, B2, B3 u B4)
|
(305) |
Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (miżuri B1, B2, B3 u B4), b’mod partikolari fir-rigward tar-rimunerazzjoni, trid l-ewwel tiġi valutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura B1 ma’ dawk il-Komunikazzjonijiet. Peress li dawn kienu implimentati qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, dawn il-miżuri ma jaqgħux taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (miżuri B1, B2, B3 u B4) għandhom jiġu valutati wkoll fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.2.5. Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2014 (miżura C)
|
(306) |
Il-kompatibbiltà tal-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2014 (miżura C) għandha tiġi valutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, li tistabbilixxi rekwiżiti ġodda fir-rigward tal-kontribut tal-kredituri subordinati u r-rimunerazzjoni tal-maniġers u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Il-kompatibbiltà tal-miżura C għandha tiġi valutata wkoll fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.3. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURA L2 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, IL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAL-2011 U L-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2013
|
(307) |
Sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija trid tkun kompatibbli mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà: l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità. |
|
(308) |
Minħabba li l-banek Griegi kienu esklużi mis-swieq tal-operaturi u saru dipendenti b’mod sħiħ fuq il-finanzjament tal-bank ċentrali, kif indikat fil-Premessa 32 u peress li l-Bank ma setax jissellef ammont suffiċjenti ta’ fondi permezz tal-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament, il-Bank kellu bżonn ELA garantita mill-Istat biex jikseb likwidità suffiċjenti li tipprevenih milli jsir inadempjenti. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-miżura L2 bħala mekkaniżmu adegwat biex tirrimedja disturb serju, li kien ikun ikkawżat mill-inadempjenza tal-Bank. |
|
(309) |
Peress li l-ELA garantita mill-Istat tinvolvi kost ta’ finanzjament relattivament għoli għall-Bank, il-Bank għandu inċentiv biżżejjed biex jevita milli jiddependi fuq dak is-sors ta’ finanzjament għall-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu. Il-Bank kellu jħallas rata ta’ mgħax ta’ […] bps ogħla mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament regolari mal-Eurosistema. Barra minn hekk, il-Bank kellu jħallas miżata ta’ garanzija ta’ […] bps lill-Istat. B’riżultat ta’ dan, il-kost totali tal-ELA garantita mill-Istat għall-Bank huwa ferm ogħla mill-kostijiet normali tar-rifinanzjament tal-BĊE. B’mod partikolari, id-differenza bejn tal-ewwel u tal-aħħar hija ogħla mil-livell tal-miżata ta’ garanzija mitluba mill-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. B’riżultat ta’ dan, ir-rimunerazzjoni totali imposta mill-Istat tista’ titqies bħala suffiċjenti. Fir-rigward tal-ammont tal-ELA garantita mill-Istat, din tiġi riveduta b’mod regolari mill-Bank of Greece u l-BĊE fuq il-bażi tal-ħtiġijiet reali tal-Bank. Dawn jimmonitorjaw mill-qrib l-użu tagħha u jiżguraw li tiġi limitata għall-minimu neċessarju. Għalhekk, il-miżura L2 ma tipprovdix lill-Bank likwidità żejda li tista’ tintuża biex tiffinanzja attivitajiet li jfixklu l-kompetizzjoni. Din hija limitata għall-ammont minimu neċessarju. |
|
(310) |
Tali skrutinju mill-qrib tal-użu tal-ELA garantita mill-Istat u verifika regolari li l-użu tagħha jkun limitat għall-minimu jiżgura wkoll li din il-likwidità tkun proporzjonali u ma twassalx għal tfixkil żejjed tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Greċja impenjat ruħha li timplimenta numru ta’ miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi, kif analizzat fis-sezzjoni 7.6, li tkompli tiżgura li d-dipendenza fuq l-appoġġ għal-likwidità tispiċċa kemm jista’ jkun malajr u li din l-għajnuna tkun proporzjonali. |
|
(311) |
Il-miżura L2 għalhekk tikkonforma mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Peress li l-Komunikazzjoni Bankarja ma introduċietx iktar rekwiżiti fir-rigward tal-garanziji, il-miżura L2 tikkonforma wkoll mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
7.4. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI B1, B2, B3 U B4 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, IL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RIKAPITALIZZAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAL-2011
|
(312) |
Kif indikat fil-Premessa (200), sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, trid tkun kompatibbli mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà (136): adegwatezza, neċessità u proporzjonalità |
|
(313) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 jistabbilixxu iktar gwida fuq il-livell ta’ rimunerazzjoni meħtieġ għall-injezzjonijiet ta’ kapital tal-Istat. |
7.4.1. L-adegwatezza tal-miżuri
|
(314) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra r-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (miżuri B1, B2, B3 u B4) adegwati għaliex jipprevjenu l-falliment tal-Bank. Mingħajrhom, l-attivitajiet tagħhom ma setgħux ikomplu peress li l-Bank kellu ekwità negattiva fl-aħħar tal-2012 (137). |
|
(315) |
F’dan ir-rigward, fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni nnotat li l-Bank huwa wieħed mill-ikbar istituzzjonijiet bankarji fil-Greċja, kemm f’termini ta’ self kif ukoll ta’ ġbir tad-depożiti. Għaldaqstant, il-Bank huwa bank sistematikament importanti għall-Greċja. Konsegwentament, inadempjenza tal-Bank kienet toħloq tfixkil serju fl-ekonomija Griega. Taħt iċ-ċirkostanzi li kienu prevalenti, l-istituzzjonijiet fil-Greċja kellhom diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament. It-tali nuqqas ta’ finanzjament illimita l-abbiltà tagħhom li jipprovdu self lill-ekonomija Griega. F’dan il-kuntest, id-disturb fl-ekonomija kien ikun aggravat mill-inadempjenza tal-Bank. Barra minn hekk, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 daħlu prinċipalment minħabba l-programm PSI, avveniment ferm straordinarju u imprevedibbli u mhux b’riżultat ta’ ġestjoni ħażina jew teħid eċċessiv tar-riskju mill-Bank. Għalhekk, il-miżuri prinċipalment jitrattaw ir-riżultati tal-programm PSI u jikkontribwixxu biex iżommu l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. |
|
(316) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ittiħdux il-passi kollha possibbli immedjatament biex jiġi evitat li l-Bank ikollu bżonn għajnuna fil-futur. Kif indikat fil-Premessi (129) sa (131) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta numru ta’ azzjonijiet relatati mal-governanza korporattiva u l-operati kummerċjali tal-Bank. Kif deskritt fil-Premessi 2.4.1 sa (103) u fil-Premessa 2.4.2, il-Bank b’mod komprensiv irristruttura wkoll l-attivitajiet tiegħu, b’ħafna tnaqqis fl-ispejjeż u ċessjonijiet diġà implimentati. Għalhekk id-dubji tal-Kummissjoni tnaqqsu. |
|
(317) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, il-Kummissjoni esprimiet dubji wkoll dwar jekk eżistewx salvagwardji biżżejjed f’każ li l-Bank jiġi taħt il-kontroll tal-Istat, jew f’każ li azzjonijiet privati jżommu l-kontroll waqt li l-maġġoranza tal-pussess ikun jinżamm mill-Istat. Il-Kummissjoni tinnota li l-impenji deskritti fil-Premessi (130) u (131) jiżguraw li l-operati ta’ kreditu tal-Bank jitmexxew fuq bażi kummerċjali u n-negozju ta’ kuljum ikun protett mill-interferenza tal-Istat. Il-qafas ta’ relazzjoni miftiehem bejn l-HFSF u l-Bank jiżgura wkoll li l-interessi tal-Istat bħala l-azzjonarju prinċipali huma protetti mit-teħid ta’ riskju eċċessiv mill-ġestjoni tal-Bank. |
|
(318) |
Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 għalhekk jiżguraw li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Ittieħdu azzjonijiet sinifikanti biex jimminimizzaw telf futur u jiżguraw li l-attivitajiet tal-Bank ma jkunux ipperikolati minn tmexxija inadegwata. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma adegwati. |
7.4.2. In-neċessità – il-limitu tal-għajnuna għall-minimu
|
(319) |
Skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta’ għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, tkun tali li permezz tagħha jkun jista’ jintlaħaq l-objettiv. Dan ifisser li injezzjoni ta’ kapital trid tkun tal-ammont minimu neċessarju biex jintlaħaq it-tali objettiv. |
|
(320) |
L-ammont ta’ appoġġ għall-kapital ġie kkalkulat mill-Bank of Greece fil-qafas ta’ test tal-istress sabiex ikun żgurat li l-kapital ta’ Grad 1 jibqa’ iktar minn ċertu livell tul il-perjodu 2012-2014, kif rifless fit-Tabella 3. Għalhekk ma jipprovdix lill-bank b’kapital żejjed. Kif spjegat fil-Premessa (316), ittieħdu azzjonijiet biex jitnaqqas ir-riskju li l-Bank ikollu bżonn għajnuna addizzjonali fil-futur. |
|
(321) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2), il-Kummissjoni tfakkar li dawn ingħataw f’Mejju 2012 u f’Diċembru 2012 u tħallsu fil-forma ta’ noti EFSF. Bħala rimunerazzjoni, l-HFSF, mid-data tal-iżborżament tat-tali noti EFSF sad-data tar-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013, irċieva l-imgħax akkumulat fuq in-noti EFSF u dritt ta’ 1 % (138). Kif enfasizzat fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, ir-rimunerazzjoni hija inqas mill-firxa ta’ 7 % sa 9 % kif definit fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, il-perjodu ta’ rimunerazzjoni baxxa kien limitat għal sena għall-miżura B1 u ħames xhur għall-miżura B2 (jiġifieri, sal-konverżjoni tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’rikapitalizzazzjoni standard f’ishma ordinarji, jiġifieri l-miżura B4). Filwaqt li l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet ma kkawżawx dilwizzjoni ta’ azzjonisti eżistenti, ir-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013, li kienet il-konverżjoni tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji, dilwixxiet bil-qawwi lil dawk l-azzjonisti, hekk kif is-sehem tagħhom fl-ekwità tal-Bank waqa’ għal 1,4 %. Is-sitwazzjoni anormali li pprevaliet mid-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja mbagħad intemmet. Id-dubji li tqajmu fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank għalhekk ġew imtaffija. |
|
(322) |
Barra minn hekk, minħabba s-sors atipiku tad-diffikultajiet tal-Bank, fejn it-telf prinċipalment jiġi minn rinunzja ta’ dejn favur l-Istat (il-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn, li jipprovdu vantaġġ sinifikanti lill-Istat, jiġifieri, tnaqqis tad-dejn) u mill-konsegwenzi ta’ riċessjoni mtawwla fis-suq domestiku tiegħu, il-Kummissjoni tista’ taċċetta devjazzjoni temporanja bħal din mir-rekwiżiti ta’ rimunerazzjoni standard stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (139). |
|
(323) |
Il-miżura B3 kienet impenn biex jiġi pprovdut kapital. L-impenn li sar f’Diċembru 2012 ġie implimentat f’injezzjoni reali ta’ kapital f’Mejju - Ġunju 2013, ħames xhur wara biss. Għal dik ir-raġuni u għar-raġunijiet stabbiliti fil-Premessa (322), huwa aċċettibbli li ma tħallset l-ebda rimunerazzjoni għal dak l-impenn. |
|
(324) |
Fir-rigward tal-miżura B4, skont il-Punt 8 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, l-injezzjoni ta’ kapital għandha tkun sottoskritta bi skont suffiċjenti għall-prezz tas-sehem aġġustat għall-effett ta’ dilwizzjoni biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli ta’ rimunerazzjoni adegwata għall-Istat. Filwaqt li t-tali rikapitalizzazzjoni ma tatx skont sinifikanti għall-prezz tas-sehem kif aħġustat għall-effett ta’ dilwizzjoni, filfatt kien impossibbli li jinkiseb skont sinifikanti għall-prezz teoretiku bi dritt (140). Qabel ir-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013, il-kapital tal-Bank kien negattiv u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tiegħu kienet biss ftit mijiet ta’ miljuni ta’ ewro. F’ċirkostanzi bħal dawn, wieħed jistaqsi jekk l-azzjonisti eżistenti kellhomx jintbgħatu ‘l hemm kollha. Il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tal-ħruġ kien stabbilit għal skont ta’ 50 % għall-prezz tas-suq medju fuq il-ħamsin jum ta’ qabel id-determinazzjoni tal-prezz tal-ħruġ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dilwizzjoni tal-azzjonisti diġà eżistenti kienet enormi, peress li wara r-rikapitalizzazzjoni kellhom biss 1.4 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Bank. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ skont ieħor fuq il-prezz tas-suq ikollha biss impatt negliġibbli fuq ir-rimunerazzjoni tal-HFSF. Fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tal-banek Griegi spjegata fil-Premessa (322) u minħabba l-fatt li l-ħtieġa għall-għajnuna tirriżulta minn rinunzja ta’ dejn favur l-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra l-prezz tal-ħruġ bħala baxx biżżejjed. |
|
(325) |
Bħala konklużjoni, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma meħtieġa bħala għajnuna għas-salvataġġ kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħhom. |
7.4.3. Proporzjonalità – miżuri li jillimitaw effetti konsegwenzjali negattivi
|
(326) |
Il-Bank irċieva ammont kbir ħafna ta’ għajnuna mill-Istat. Is-sitwazzjoni għalhekk tista’ twassal għal distorsjonijiet serji fil-kompetizzjoni. Madankollu, il-Greċja tat impenn li timplimenta numru ta’ miżuri li jimmiraw biex inaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi. B’mod partikolari, l-impenji jipprovdu li l-operati tal-Bank se jibqgħu jitmexxew fuq bażi kummerċjali, kif spjegat fil-Premessi (131) u (132). Il-Greċja impenjat ukoll li ddaħħal projbizzjoni tal-akkwist, kif ukoll numru ta’ ċessjonijiet barra u f’attivitajiet mhux bankarji fil-Greċja, kif stabbilit fil-Premessa (133). Il-limiti għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni se jiġu vvalutati b’mod ulterjuri fis-sezzjoni 7.6. |
|
(327) |
Inħatar ukoll fiduċjarju li jissorvelja fil-Bank biex jissorvelja l-implimentazzjoni korretta tal-impenji dwar it-tmexxija korporattiva u l-operati kummerċjali. Se jevita kwalunkwe bidla detrimentali fil-prattika kummerċjali tal-Bank u b’hekk jitnaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi potenzjali. |
|
(328) |
Fl-aħħar nett, intbagħat pjan ta’ ristrutturar komprensiv fis-16 ta’ April 2014 lill-Kummissjoni. It-tali pjan ta’ ristrutturar se jiġi vvalutat fis-sezzjoni 7.6. |
|
(329) |
B’konklużjoni għal dan, id-dubji li tqajmu fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank ġew imwarrba. Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma proporzjonati fid-dawl tal-Punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
7.4.4. Konklużjoni dwar il-konformità tar-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011
|
(330) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (miżuri B1, B2, B3 u B4) huma adegwati, neċessarji u proporzjonati, fid-dawl tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. |
7.5. IL-KONFORMITÀ MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR TAX-XIRI TA’ NEW TT BANK U NEA PROTON BANK MILL-BANK
|
(331) |
Il-Punti 23 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jispjegaw li l-akkwisti ta’ impriżi megħjuna mill-banek normalment ikunu kuntrarji għall-obbligazzjonijiet biex jiġu limitati l-kostijiet tar-ristrutturar u jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, jistgħu jipperikolaw jew jikkumplikaw it-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Il-Kummissjoni għalhekk trid tivvaluta jekk l-akkwisti magħmulin mill-Bank jistgħux jiġu rikonċiljati mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.1. Il-konformità tal-akkwist ta’ New TT Bank mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.1.1. L-effett tal-akkwist ta’ New TT Bank fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(332) |
Fit-termini tal-profitabbiltà operattiva, l-akkwisti magħmula mill-Bank se jtejbu r-ritorn tal-Bank għall-vijabbiltà fit-tul għaliex l-amalgamazzjoni ta’ żewġ banek fl-istess suq ġeografiku tagħti l-opportunità li jitwettaqu sinerġiji sinifikanti, pereżempju fil-forma ta’ tnaqqis tal-persunal, għeluq tal-fergħat u kostijiet ġenerali mnaqqsa. Il-Bank se jikseb il-klijenti u d-depożitanti, filwaqt li jnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet tad-distribuzzjoni. Se jagħlaq ħafna mill-fergħat tad-ditta “T-Bank” u xi fergħat tad-ditta “Hellenic Postbank”, minbarra r-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonijiet tal-kwartieri ġenerali. |
|
(333) |
Fit-termini tal-pożizzjonijiet ta’ likwidità, it-tranżazzjoni għandha wkoll impatt favorevoli fuq il-proporzjon ta’ self-depożiti tal-Bank, li niżżlu b’mod sinifikanti minn livell eċċessiv, peress li n-New TT Bank b’mod sinifikanti kellu iktar depożiti milli self. B’mod partikolari, il-Bank of Greece, fl-ittra tiegħu lill-HFSF datata t-8 ta’ Lulju 2013, innota li l-Bank kien taħt ħafna pressjoni fis-sentejn ta’ qabel it-tranżazzjoni. Il-Bank of Greece osserva li l-Bank tilef ishma tas-suq fil-Greċja u li kien jiddependi b’mod sinifikanti fuq l-iffinanzjar tal-Eurosistema u l-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza. Fl-ittra tiegħu, il-Bank of Greece irrefera għal diskrepanza kbira ta’ finanzjament, għall-proporzjon self-depożiti kkonsolidat ta’ 132 % u għall-perċezzjoni deterjorata tal-Bank mill-klijenti. F’dik l-ittra, il-Bank of Greece indika li l-akkwist ta’ New TT Bank mill-Bank iwassal għal “żieda sostanzjali ta’ depożiti ta’[the Bank], b’hekk jitjieb il-profil tal-iffinanzjar ġenerali, il-perċezzjoni tad-depożitanti u l-kapaċità tiegħu biex jattira depożiti ġodda u termini iktar attraenti minn bħalissa”. |
|
(334) |
L-akkwist għalhekk jikkontribwixxi biex isewwi l-pożizzjoni ta’ likwidità tal-Bank, li hija essenzjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-impatt pożittiv tal-akkwist f’ittra mis-servizzi tagħha lill-HFSF datata t-8 ta’ Lulju 2013. F’dik l-ittra, il-Kummissjoni indikat li l-abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturar tal-Bank, li kien intbagħat mill-Greċja qabel l-akkwist ta’ New TT Bank, ma laħaqx ir-rekwiżit ta’ treġġigħ lura ta’ vijabbiltà fit-tul, minħabba l-vulnerabbiltà tal-karta tal-bilanċ tal-Bank fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar. Fl-istess ittra, il-Kummissjoni indikat li “l-akkwist tan-[New TT Bank] b’ħafna depożiti jkun kontributur ewlieni għat-tiswija tal-karta tal-bilanċ [tal-Bank] u b’hekk ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tiegħu”. Dik il-valutazzjoni kienet iġġustifikata fir-rigward tal-impatt ta’ akkwist bħal dan fuq il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-Bank: “Fuq il-bażi taċ-ċifri tal-aħħar tal-2012, l-akkwist se jniżżel b’mod immedjat [il-] proporzjon self-depożiti minn 155 % għal 123 %, sabiex ikun possibbli li jintlaħaq ir-rekwiżit [tal-Kummissjoni] [fl-] aħħar tal-2017”. |
|
(335) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-akkwist huwa pożittiv għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
7.5.1.2. L-effett tal-akkwist fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġ mill-Bank
|
(336) |
F’konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna ta’ ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwist ta’ kumpaniji oħra, iżda sempliċiment biex tkopri l-kostijiet li huma meħtieġa biex tiġi restawrata l-vijabbiltà tal-Bank. |
|
(337) |
Il-Bank ħallas il-prezz tax-xiri f’ishma ġodda, sabiex b’hekk l-akkwist ma kienx iffinanzjat permezz tal-għajnuna mill-Istat. B’riżultat ta’ dan, ir-rekwiżit tal-kapital maħluq mill-ħlas tal-prezz tax-xiri kien kopert b’mod immedjat bil-ħruġ ta’ ishma ġodda sabiex il-ħlas tal-prezz tal-bejgħ ma joħloqx żieda netta tar-rekwiżiti tal-kapital tal-Bank. Barra minn hekk, l-HFSF kien 100 % sid ta’ New TT Bank, li jfisser li l-ishma ġodda kollha maħruġa mill-Bank ingħataw lill-HFSF, jiġifieri, lill-Istat. |
|
(338) |
L-akkwist bħala tali mhux se jqanqal għajnuna mill-Istat addizzjonali peress li n-New TT Bank ikkonforma mar-rekwiżiti tal-kapital regolatorji tiegħu. Barra minn hekk, it-tali istituzzjoni ta’ kreditu interim kienet inħolqot ftit xhur biss qabel ġiet akkwistata. Peress li l-assi ta’ bank li qed ifalli jiġu vvalutati u stmati bi prezz xieraq qabel jiġu trasferiti lill-istituzzjoni ta’ kreditu interim, wieħed jista’ jassumi li l-ktieb tas-self ta’ New TT Bank ma kienx fih telf li kien moħbi jew li ma kienx previst b’mod adegwat. |
|
(339) |
Bħala konklużjoni, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, l-akkwist ta’ New TT Bank eċċezzjonalment ma jiksirx il-prinċipju li l-għajnuna għandha tkun il-minimu meħtieġ. |
7.5.1.3. L-effett ta’ tfixkil tal-akkwist fuq il-kompetizzjoni
|
(340) |
F’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment ta’ kumpaniji mhux megħjuna għall-akkwist ta’ negozji li jikkompetu. Punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid ukoll li l-akkwisti jistgħu jkunu awtorizzati jekk ikunu parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni effettiva, li l-proċess ta’ akkwist għandu jkun ġust u li l-akkwist għandu jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti. |
|
(341) |
In-New TT Bank ma kienx bank vijabbli fuq bażi awtonoma. Il-konsolidazzjoni ta’ dak il-bank kienet mitluba bil-MPEF datata l-15 ta’ Mejju 2013. It-tranżazzjoni għalhekk tista’ tiġi kkunsidrata li hija parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(342) |
L-ebda offerent mhux megħjun ma bagħat offerta valida biex jakkwista n-New TT Bank u l-proċess tal-bejgħ kien miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Għalhekk ma kien hemm l-ebda spostament ta’ offerent mhux megħjun mill-Bank. Peress li dak l-akkwist kien awtorizzat mill-Hellenic Competition Authority (141), il-Kummissjoni tassumi li r-riżultat tal-proċess tal-bejgħ jiżgura l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva fil-Greċja. |
|
(343) |
F’dan l-isfond, jista’ jiġi konkluż li l-akkwist ta’ New TT Bank huwa kompatibbli mat-Taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.1.4. Konklużjoni dwar l-akkwist ta’ New TT Bank
|
(344) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-banek Griegi (142) u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwist ta’ New TT Bank, it-tali akkwist huwa kompatibbli mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.2. Il-konformità tal-akkwist ta’ Nea Proton Bank mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.2.1. L-effett tal-akkwist ta’ Nea Proton Bank fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(345) |
Fit-termini tal-profitabbiltà operattiva, l-akkwist ta’ Nea Proton Bank se jtejjeb ir-ritorn tal-Bank għall-vijabbiltà fit-tul għaliex l-amalgamazzjoni ta’ żewġ kumpaniji fl-istess suq ġeografiku tagħti l-opportunità li jitwettqu sinerġiji importanti, pereżempju fil-forma ta’ tnaqqis tal-persunal, għeluq tal-fergħat u kostijiet ġenerali mnaqqsa. |
|
(346) |
L-akkwist ta’ Nea Protn Bank jippermetti lill-Bank jibbenefika minn sinerġiji. Il-Bank se jakkwista l-klijenti u d-depożitanti, filwaqt li jagħlaq ħafna mill-fergħat u jirrazzjonalizza s-sistema tal-informazzjoni, kif ukoll il-funzjonijiet tal-kwartieri ġenerali. It-tranżazzjoni naqset ukoll il-proporzjon self-depożiti tal-Bank, peress li Nea Proton Bank kellu proporzjon ta’ self-depożiti inqas. Fl-aħħar ta’ Ġunju 2013, il-proporzjon tal-Bank ta’ self-depożiti nett kien madwar 135,79 %, filwaqt li l-proporzjon self-depożiti nett ta’ Nea Proton Bank kien madwar it-52,68 %. |
|
(347) |
Bħala konklużjoni, l-akkwist kellu effett pożittiv fuq il-vijabbiltà tal-Bank |
7.5.2.2. L-effett tal-akkwist ta’ Nea Proton Bank fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(348) |
F’konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna ta’ ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwist ta’ kumpaniji oħra, iżda sempliċiment biex tkopri l-kostijiet li huma meħtieġa biex tiġi restawrata l-vijabbiltà tal-Bank. |
|
(349) |
Il-Bank ħallas prezz simboliku biex jixtri Nea Proton Bank (ewro), filwaqt li l-ekwità miksuba kienet ġiet rikapitalizzata b’mod adegwat qabel il-bejgħ. Dik ir-rikapitalizzazzjoni inkludiet provvedimenti għal telf mis-self u telf mill-operat futur (143). B’konsegwenza ta’ dan, l-akkwist għal euro wieħed ta’ bank kapitalizzat b’mod adegwat ma żiedx ir-rekwiżiti tal-kapital tal-Bank. |
|
(350) |
B’konklużjoni għal dan, l-akkwist ta’ Nea Proton Bank ma jiksirx il-prinċipju li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju |
7.5.2.3. L-effett ta’ tfixkil tal-akkwist ta’ Nea Proton Bank fuq il-kompetizzjoni
|
(351) |
F’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment ta’ kumpaniji mhux megħjuna għall-akkwist ta’ negozji kompetituri. |
|
(352) |
Nea Proton Bank ma kienx bank vijabbli fuq bażi awtonoma. Il-konsolidazzjoni ta’ dan il-bank kienet mitluba bil-MPEF fid-data tal-15 ta’ Mejju 2013. L-akkwist għalhekk jista’ jiġi kkunsidrat li huwa parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(353) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ebda offerent mhux megħjun ma bagħat offerta valida biex jakkwista Nea Proton Bank u l-proċess tal-bejgħ kien miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Għalhekk ma kien hemm l-ebda spostament ta’ offerent mhux megħjun mill-Bank. Peress li dan l-akkwist kien awtorizzat mill-Hellenic Competition Authority (144), il-Kummissjoni tassumi li r-riżultat tal-proċess tal-bejgħ jiżgura l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effikaċi fil-Greċja. |
|
(354) |
F’dan l-isfond, jista’ jiġi konkluż li l-akkwist ta’ Nea Proton Bank huwa kompatibbli mat-Taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.2.4. Konklużjoni dwar l-akkwist ta’ Nea Proton Bank
|
(355) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-akkwist ta’ Nea Proton Bank, dan l-akkwist huwa rikonċiljabbli mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.6. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI A, B1, B2, B3, B4 U C MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR U TAL-MIŻURA C MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2013
7.6.1. Sorsi ta’ diffikultajiet u konsegwenzi fuq il-valutazzjoni bil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(356) |
Kif indikat fit-Taqsimiet 2.1.1 u 2.1.2, id-diffikultajiet affaċċjati mill-Bank jirriżultaw prinċipalment mill-kriżi sovrana Griega u mir-riċessjoni qawwija fil-Greċja u fl-Erwopa ta’ isfel. Fir-rigward tal-ewwel fattur, il-gvern Grieg tilef l-aċċess għas-swieq finanzjarji u fl-aħħar kellu jinnegozja ftehim mal-kredituri domestiċi u internazzjonali tiegħu, il-programm tal-PSI, li rriżulta f’telf impost fuq il-pretensjonijiet miżmuma kontra l-Istat b’53.3 %. Barra minn hekk, il-31.5 % tal-prtensjonijiet ġie skambjat ma’ GGBs ġodda b’rati ta’ imgħaxx iktar baxxi u maturitajiet itwal. Il-GGBs il-ġodda nġiebu lura mill-Istat mill-banek Griegi f’Diċembru 2012 bi prezz bejn it-30.2 % u 40.1 % tal-valur nominali tagħhom, b’hekk ikkristallizzaw iktar tnaqqis għall-banek Griegi. Minbarra l-impatt fuq il-pożizzjoni tal-kapital tiegħu tal-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn, il-Bank osserva wkoll ħruġ enormi ta’ depożiti bejn l-2010 u nofs l-2012, minħabba r-riskju li l-Greċja toħroġ miż-żona ewro b’konsegwenza ta’ dejn pubbliku mhux sostenibbli u r-riċessjoni ekonomika. |
|
(357) |
Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 jammontaw għal EUR 5 839 miljun, li huwa madwar l-ammont tat-telf imdaħħal wara l-programm PSI (EUR 5 781 miljun). F’każ bħal dan u jekk id-diffikultajiet ma jiġux primarjament minn imġiba ta’ teħid ta’ riskju eċċessiv, il-punt 14 tal-Estensjoni ta’ Komunikazzjoni 2011 jgħid li l-Kummissjoni se tħaffef ir-rekwiżiti tagħha. |
|
(358) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li parti mir-rekwiżiti tal-kapital tirriżulta mill-espożizzjoni regolari ta’ istituzzjoni finanzjarja għar-riskju sovran tal-pajjiż domestiku tagħha. Dak il-fatt kien indikat ukoll fil-Premessi 58 u 69 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank. B’konsegwenza ta’ dan, hemm inqas bżonn li l-Bank jindirizza kwistjonijiet ta’ periklu morali fil-pjan ta’ ristrutturar tiegġu milli għal istituzzjonijiet finanzjarji megħjuna oħra li kellhom riskji eċċessivi akkumulati. Billi l-miżuri ta’ għajnuna huma inqas ta’ tfixkil, il-miżuri meħudin biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għalhekk għandhom ikunu mtaffija b’mod proporzjonali. Peress li l-programm ta’ PSI u x-xiri lura tad-dejn jikkostitwixxi rinunzja ta’ dejn favur l-Istat, ir-rimunerazzjoni tal-Istat fir-rikapitalizzazzjoni tal-banek tista’ tkun inqas. |
|
(359) |
Madankollu, peress li l-ekonomija Griega naqset b’madwar 25 % mill-2008, il-Bank għandu jaddatta l-organizzazzjoni tiegħu, l-istruttura tal-ispejjeż u n-netwerk kummerċjali tiegħu għall-ambjent il-ġdid, sabiex jirrestawra l-profitabbiltà. Għalhekk, minkejja n-nuqqas ta’ kwistjoni ta’ periklu morali, il-Bank irid jirristruttura l-operati tiegħu fil-Greċja biex jiżgura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu. |
|
(360) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-espożizzjoni tal-Bank għar-riskju sovran Grieg kienet ikbar minn dik ta’ xi banek oħra fil-Greċja. B’riżultat ta’ dan, mhux it-telf kollu fuq il-GGBs (it-telf fuq il-programm PSI) jista’ jiġi attribwit għall-espożizzjoni regolari ta’ istituzzjoni finanzjarja għar-riskju sovran tal-pajjiż domestiku tagħha. |
|
(361) |
It-tieni sors ta’ telf għall-Bank huwa t-telf fuq is-self lid-djar u l-korporazzjonijiet Griegi. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan it-telf huwa prinċiplament minħabba t-tnaqqis eċċezzjonalment qawwi u mtawwal fil-PDG ta’ madwar 25 % fuq ħames snin u mhux minħabba l-prattiċi riskjużi ta’ self mill-Bank. B’riżultat ta’ dan, l-għajnuna mogħtija biex tkopri dan it-telf ma toħloqx periklu morali, li jkun il-każ meta l-għajnuna tipproteġi bank mill-konsegwenzi ta’ mġiba riskjuża tal-passat. L-għajnuna għalhekk hija inqas ta’ tfixkil (145). |
|
(362) |
Madankollu, parti mir-rekwiżiti tal-kapital u t-telf mis-self tal-Bank tiġi minn xi sussidjarji internazzjonali (ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Polonja u l-Ukraina). Pereżempju fl-2012, il-Bank daħħal telf fir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Ukraina, filwaqt it-tali sussidjarji bbenefikaw minn finanzjament intragrupp li jammonta għal EUR 1,8 biljuni. |
|
(363) |
It-test tal-istress imwettaq fl-2012 biex jiddetermina r-rekwiżiti tal-kapital tal-Bank indika wkoll li parti mir-rekwiżiti tal-kapital ħarġu mit-telf fuq is-self barrani. It-tbassir ta’ telf ta’ kreditu fuq it-tali self ammonta għal EUR 1 228 miljun fix-xenarju ta’ referenza u EUR 1 622 miljun fix-xenarju ħażin. |
|
(364) |
B’konklużjoni għal dan, il-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 tkopri parti sinifikanti tat-telf u l-ħtieġa li tirriżulta għall-għajnuna, li tippermetti lill-Kummissjoni tħaffef ir-rekwiżiti tagħha. Parti mill-ħtieġa għall-għajnuna tirriżulta mit-telf mis-self Grieg minħabba r-riċessjoni eċċezzjonalment qawwija u twila u mhux bis-self riskjuż. L-għajnuna mogħtija f’ċirkostanzi bħal dawn ma toħloqx periklu morali u għalhekk hija inqas ta’ tfixkil. |
|
(365) |
Fl-aħħar, parti mill-ħtieġa għall-għajnuna tiġi mit-teħid tar-riskju tal-Bank tiegħu stess, speċjalment fir-rigward tas-sussidjarji barranin tiegħu u ż-żamma ogħla tiegħu ta’ GGBs. |
7.6.2. Vijabbiltà
|
(366) |
Pjan ta’ ristrutturar irid jiżgura li l-istituzzjoni finanzjarja hija kapaċi tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tagħha sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar (Taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). Fil-każ inkwistjoni, il-perjodu ta’ ristrutturar huwa definit bħala l-perjodu ta’ bejn id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(367) |
F’konformità mal-punti 9 sa 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Greċja bagħtet pjan ta’ ristrutturar komprensiv u ddettaljat li jagħti informazzjoni kompluta fuq il-mudell tan-negozju tal-Bank. Il-pjan jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet affaċjati mill-Bank, kif ukoll il-miżuri meħudin biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-vijabbiltà kollha li affronta. B’mod partikolari, il-pjan ta’ ristrutturar jiddeskrivi l-istrateġija magħżula biex tippriserva l-effiċjenza operattiva tal-Bank u biex tindirizza livell għoli ta’ self mhux produttiv, effiċjenza operattiva baxxa, il-likwidità vulnerabbli tiegħu u l-pożizzjonijiet tal-kapital u n-negozji barranin tiegħu, li ddipendew fuq il-kumpanija prinċipali għall-iffinanzjar u l-kapital tagħhom. |
7.6.2.1. L-attivitajiet bankarji Griegi
|
(368) |
Fir-rigward tal-likwidità u d-dipendenza tal-Bank fuq il-finanzjament tal-Eurosistema, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi tkabbir limitat fuq il-karta tal-bilanċ fil-Greċja, filwaqt li l-bażi tad-depożiti għandha terġa’ tikber. Id-dipendenza fuq l-ELA, li diġà waqgħet, se tkompli tinżel u dan se tgħin ukoll il-Bank inaqqas l-ispiża tal-finanzjament tiegħu. |
|
(369) |
L-impenn tal-proporzjon self-depożiti deskritt fil-Premessa (127) jiżgura li l-istruttura tal-karta tal-bilanċ tal-Bank tkun sostenibbli sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar. Il-bejgħ tat-titoli u ta’ attivitajiet mhux ewlenin oħra se jsaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank u jiżqura li ma jiddependix fuq is-swieq tal-operaturi. Minħabba l-pożizzjoni ta’ likwidità li għadha stressjata tal-Bank, il-Kummissjoni tista’ taċċetta t-talba tal-awtoritajiet Griegi li tkun awtorizzata biex tipprovdi likwidità lill-Bank bil-miżura ta’ garanzija u tas-self ta’ bonds tal-gvern tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi. |
|
(370) |
Sabiex inaqqas l-kostijiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Bank ta wkoll impenn biex ikompli jnaqqas ir-rati ta’ imgħax li jħallas fuq id-depożiti, kif deskritt fil-Premessa (127). Il-Kummissjoni tosserva li tnaqqis bħal dan tal-ispiża tad-depożiti se jkun kontribut ewlieni għat-titjib tal-profitabbiltà ta’ qabel il-provvediment tal-Bank. |
|
(371) |
Mill-bidu tal-kriżi, il-Bank irrazzjonalizza b’mod sinifikanti n-netwerk kummerċjali tiegħu fil-Greċja, permezz ta’ tnaqqis fin-numru ta’ fergħat u impjegati. Sal-2018, il-kostijiet totali tal-Bank se jkunu naqsu b’[…] % iktar, meta mqabbla mal-2013 (146). Sabiex jilħaq din il-mira, il-Bank impenja ruħu li jnaqqas il-fergħat u l-impjegati tiegħu fil-Greċja għal massimu ta’ […] u […] rispettivament mill-31 ta’ Diċembru 2017, b’kostijiet totali massimi fil-Greċja ta’ EUR 800 miljun. Il-proporzjon spiża-dħul mistenni se jkun inqas minn […] % fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar jippriserva l-effiċjenza tal-Bank fl-ambjent tas-suq ġdid. |
|
(372) |
Qasam ewlieni ieħor huwa l-ġestjoni tas-self mhux produttiv, peress li jammonta għal 29,4 % tal-portafoll tal-31 ta’ Diċembru 2013 (147). Il-Bank jippjana li jistabbilixxi dipartiment iddedikat biex jitratta l-ġestjoni tas-self mhux produttiv. Ta impenn ukoll li jikkonforma mal-istandards għoljin fir-rigward tal-politika ta’ kreditu tiegħu, sabiex jimmassimizza l-valur għall-Bank f’kull stadju tal-proċess ta’ kreditu, kif deskritt fil-Premessi (131) u (132). |
7.6.2.2. Tmexxija korporattiva
|
(373) |
Punt ieħor ta’ attenzjoni huwa t-tmexxija tal-Bank peress li fil-31 ta’ Diċembru 2013, l-HFSF ippossjeda 5,23 % tal-ishma tal-Bank. Fid-dawl tar-rekord tal-banek Statali fil-Greċja, sar qbil fuq qafas ta’ relazzjonijiet speċifiku bejn il-Bank u l-HFSH fl-2013. Dan il-ftehim jipproteġi lin-negozji ta’ kuljum tal-Bank minn interferenza eċċessiva mill-azzjonist prinċipali tiegħu, filwaqt li jiżgura li l-HFSF jista’ jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u jipprevjeni teħid ta’ riskju eċċessiv mill-ġestjoni tal-Bank permezz ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni adegwati. Il-Bank impenja wkoll li jissorvelja mill-qrib l-espożizzjoni tiegħu ma’ min jissellef li għandhom x’jaqsmu. |
|
(374) |
Il-liġi tal-HFSF, kif emendata fl-2014, tgħid li l-ishma sottoskritti mill-HFSF fir-Rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 se jsiru mingħajr votazzjoni jekk mill-inqas 50 % taż-żieda fil-kapital tal-2014 tkun sottoskritta mill-investituri privati. Fir-rigward tar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank, il-Kummissjoni ma jkollhiex opinjoni negattiva fuq il-kontroll mogħti lill-azzjonisti privati jekk jinvestu ammont sinifikanti biex jippossedu flus fil-Bank. Il-Kummissjoni tosserva li l-limitazzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-HFSF mhux se japplikaw għal voti li għandhom x’jaqsmu mal-artikoli tal-assoċjazzjoni tal-Bank, jew ma’ azzjonijiet korporattivi jew deċiżjonijiet strateġiċi oħra. Il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv il-fatt li l-HFSF awtomatikament se jerġa’ jikseb id-drittijiet tal-voti kollha jekk il-Bank ma jimplimentax il-pjan ta’ ristrutturar tiegħu. It-tali dispożizzjonijiet jiżguraw li, filwaqt li l-HFSF mhux se jintervjeni fl-operati ta’ kuljum tal-Bank, jista’ jippreserva l-interessi tiegħu bħala azzjonista u bħala awtorità inkarigata milli tiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ ristrutturar. |
7.6.2.3. Attivitajiet internazzjonali
|
(375) |
Xi wħud mill-attivitajiet internazzjonali tal-Bank żvujtaw il-kapital, il-likwidità u l-profitabbiltà tagħhom fil-passat, kif spjegat fil-Premessi 362 u 363. |
|
(376) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi ċaqliq fil-mudell tan-negozju tal-Bank lejn bank li jkun iktar iffukat fuq […]. Il-Bank diġà biegħ is-sussidjarju mingħajr profitt tiegħu fil-Polonja, EFG Poland. Beda jirrazzjonalizza wkoll is-sussidjarji l-oħra, sabiex isaħħaħ il-proċess tas-sottoskrizzjoni tas-self u biex inaqqas id-diskrepanza tal-finanzjament tas-sussidjarji. Qed jippjana li jbiegħ is-sussidjarju […] ... […] (148). Se jirristruttura iktar l-operati tal-[…] u s-sussidjarji […] qabel il-bejgħ potenzjali fi stadju iktar tard, kif imsemmi fil-Premessa 116. |
|
(377) |
Il-profitabbiltà globali tal-operati barrani se tiġi restawrata mill-[…] ‘il quddiem. Fl-istess data, il-finanzjament mogħti lis-sussidjarji barranin se jkun tnaqqas b’[…] meta mqabbel mal-livell tal-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(378) |
Għalhekk il-Kummissjoni temmen li l-Bank se jkun irristruttura u naqqas biżżejjed it-tali sussidjarji barranin fid-daqs sabiex jevita li jkun espost għal rekwiżiti ta’ kapital addizjonali u nuqqasijiet ta’ likwidità fil-futur. L-impenn deskritt fil-Premessa 128 biex jibqgħu lura milli jinjettaw ammonti kbar ta’ kapital fis-sussidjarji internazzjonali tal-Bank jiżgura wkoll li s-sussidjarji barranin mhux se jirrappreżentaw theddida għall-kapital jew għal-likwidità. |
7.6.2.4. Konklużjoni dwar il-vijabbiltà
|
(379) |
Ix-xenarju ta’ każ ta’ referenza kif deskritt fit-Taqsima 2.4 juri li fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar, il-Bank se jkun jista’ jikseb qligħ li jippermettilu jkopri l-kostijiet kollha tiegħu u jipprovdi qligħ adegwat fuq l-ekwità meta wieħed iqis il-profil tar-riskju tiegħu. Fil-fatt, il-qligħ fuq l-ekwità tal-Bank se jammonta għal […] % fl-2018 skont ix-xenarju ta’ referenza. Fl-istess ħin, il-pożizzjoni tal-kapital tal-Bank hija prevista li tibqa’ fl-livell sodisfaċenti, peress li l-proporzjoni tal-adegwatezza kapitali mhux se jaqa’ taħt […] % mill-2014 ‘il quddiem. |
|
(380) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis ukoll ix-xenarju ħażin deskritt fil-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank, kif mibgħut mill-awtoritajiet Griegi. It-tali xenarju ħażin huwa bbażat fuq sett ta’ ipoteżi miftiehma mal-HFSF. Tqis riċessjoni itwal u iktar fil-fond, kif ukoll deflazzjoni iktar severa tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli (149). Il-pjan ta’ ristrutturar juri li l-Bank kapaċi jiflaħ ammont raġonevoli ta’ stress, billi fix-xenarju ħażin, il-Bank jibqa’ jagħmel profitt fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar, bi qligħ fuq l-ekwità ta’ […] % u proporzjon Grad 1 ta’ […] % fl-2018. |
|
(381) |
It-test tal-istress tal-2013 imwettaq mill-Bank of Greece jikkonferma li l-ammont ta’ kapital addizzjonali li se jinġabar fl-2014, jiġifieri EUR 2 864 miljun, huwa biżżejjed biex ilaħħaq max-xenarju ta’ referenza fil-perjodu ta’ ristrutturar. Il-Bank se jissottometti wkoll pjan ta’ kapital kontinġenti lill-Bank of Greece bil-miżuri li għandhom jiġu implimentati jekk l-ambjent ekonomiku jkompli jiddeterjora. Il-Kummissjoni tfakkar li fil-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-kapital fix-xenarju ta’ referenza, il-Bank of Greece diġà introduċa diversi aġġustamenti li rriżultaw f’żieda tar-rekwiżiti tal-kapital stmati mqabbla mar-rekwiżiti tal-kapital stmati mill-Bank fix-xenarju ta’ referenza tiegħu. Ir-rekwiżiti tal-kapital ta’ referenza stmati mill-Bank of Greece għalhekk jistgħu jiġu kkunsidrati bħala tip ta’ test tal-istress. Sabiex tikkonkludi li l-Bank huwa vijabbli, il-Kummissjoni ma teħtieġx li l-Bank ikollu biżżejjed kapital minn qabel biex ikopri r-rekwiżiti tal-kapital tax-xenarju stressjat mill-Bank of Greece, billi l-livell stmat ta’ dan tal-aħħar jirrappreżenta livell għoli ta’ stress. |
|
(382) |
Barra minn hekk, huwa pożittiv li l-Bank mhux se jagħmel investimenti addizjonali fil-karta ta’ grad mhux ta’ investiment, li se tgħin tippriserva l-kapital u l-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu. |
|
(383) |
Il-Kummissjoni għalhekk tista’ tikkonkludi li l-Bank ħa miżuri biżżejjed biex jindirizza l-kwistjonijiet ta’ vijabbiltà għall-attivitajiet bankarji domestiċi Griegi u l-attivitajiet barranin. |
7.6.3. Il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
7.6.3.1. Il-valutazzjoni tal-konformità tal-miżuri A, B1, B2, B3 u B4 mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(384) |
Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-banek u l-partijiet interessati tagħhom jeħtieġu li jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista’ jkun sabiex jiżguraw li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu meħtieġ. Għalhekk il-banek għandhom jużaw ir-riżorsi tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbiegħu l-assi, filwaqt li l-partijiet interessati għandhom jassorbu t-telf tal-bank meta dan ikun possibbli. L-impenji magħmula mill-Bank għandhom jiżguraw li r-riżorsi tagħhom jintużaw u li l-azzjonisti oriġinali u l-investituri privati, iżommu kapital ibridu tal-Bank, jikkontribwixxu għar-ristrutturar. |
7.6.3.1.1.
|
(385) |
Il-Bank biegħ negozji sinifikanti sabiex itejjeb l-adegwatezza kapitali tiegħu. Il-bejgħ tas-sussidjarji Pollakki u Torok kbar tiegħu tejjeb il-pożizzjoni tal-kapital tiegħu b’madwar EUR 750 miljun. Dak il-bejgħ tejjeb ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank. Iż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Eurobank Properties ippermettiet lill-Bank iżid il-kapital tiegħu b’EUR 200 miljun. |
|
(386) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi l-bejgħ ta’ iktar assi fil-[…] u […]. B’mod partikolari, il-Bank ta’ impenn li se jnaqqas id-daqs tal-assi barranin tiegħu għal EUR 8,77 biljun. Meta wieħed iqis id-diżingranaġġ u ċ-ċessjonijiet diġà implimentati u dawk li jsegwu l-implimentazzjoni ta’ dan it-tnaqqis addizjonali, il-Bank se jnaqqas l-impronta ġeografika tiegħu fil-[…] |
|
(387) |
Barra minn hekk, il-Bank impenja ruħu li se jkompli jnaqqas id-daqs tal-attivitajiet barranin tiegħu jekk ikollu bżonn injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF ta’ iktar minn EUR 1 biljun. F’xenarju bħal dan, il-Bank inaqqas il-portafoll tiegħu ta’ assi internazzjonali għal mhux iktar minn EUR 3,5 biljun. Jekk l-injezzjoni ta’ kapital skont il-miżura C ikun inqas minn EUR 1 biljun, l-investituri privati se jkunu injettaw mill-inqas EUR 1,5 biljun, jiġifieri iktar mill-HFSF. Din il-parteċipazzjoni ikbar mill-investituri privati tnaqqas b’mod sinifikanti l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa, b’hekk ittejjeb il-kondiviżjoni tal-piżijiet. |
|
(388) |
Il-Bank ta impenn ukoll li se jbigħ is-sussidjarju tal-assigurazzjoni kbir u ta’ profitt tiegħu. |
|
(389) |
Sabiex jillimita r-rekwiżiti tal-kapital tiegħu, il-Bank ta impenn li mhux se juża kapital biex jappoġġja jew iżid id-daqs tas-sussidjarji barranin tiegħu, kif deskritt fil-Premessa (128). Barra minn hekk, l-impenji jistipulaw li l-Bank mhux se jagħmel iktar akkwisti. |
|
(390) |
Il-Bank huwa involut ukoll fi programm ambizzjuż tat-tnaqqis tal-ispejjeż, kif indikat fit-Taqsima 2.4.2. Il-kostijiet tiegħu se jibqgħu jitnaqqsu sal-2018. […] |
|
(391) |
Il-Greċja b’mod partikolari impenjat ruħha li sal-[…], il-Bank mhu se jħallas lill-ebda impjegat jew maniġer rimunerazzjoni annwali totali (paga, kontribuzzjoni tal-pensjoni, bonus) ogħla minn […]. Barra minn hekk, jekk l-HFSF ikollu jissottoskrivi għal xi sehem tal-Bank, il-Greċja kkommettiet li tapplika limitu ta’ salarju f’konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 (150). |
7.6.3.1.2.
|
(392) |
L-azzjonisti eżistenti tal-Bank ġew dilwiti bil-qawwi bir-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013 (miżura B4). Fil-fatt, is-sehem miżmum mill-azzjonisti eżistenti tnaqqas minn 100 % qabel ir-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013 għal 1,44 % biss. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Bank ma ħallasx dividendi fi flus kontanti mill-2008. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha fehma favorevoli tal-fatt li l-HFSF se jinjetta kapital addizzjonali biss jekk il-Bank jonqos milli jiġbru mis-suq bi prezz meqjus raġonevoli u stabbilit fuq il-bażi ta’ żewġ stimaturi indipendenti. |
7.6.3.1.3.
|
(393) |
Id-detenturi tad-dejn subordinati tal-Bank ikkontribwew biex iħallsu l-kostijiet tar-ristrutturar tal-Bank. Il-Bank wettaq diversi eżerċizzji tal-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet sabiex jiġġenera kapital. L-ammont totali ta’ obbligi skambjati ammontaw għal EUR 748 miljun, b’żieda kapital ta’ EUR 565 miljun, kif deskritt fil-Premessi 122 u 123. |
|
(394) |
L-istrumenti li għadhom pendenti se jkunu soġġetti għall-projbizzjoni tal-kupun kif deskritt fil-Premessa 133. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata mill-investituri ibridi privati tal-bank tkun żgurata u li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’dak ir-rigward. |
|
(395) |
B’konklużjoni għal dan, wara li kkunsidrat l-elementi żviluppati fit-Taqsima 7.6.1, il-Kummissjoni tikkunsidra li ġew implimentati biżżejjed miżuri ta’ kontribuzzjoni proprja u ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet mill-Greċja biex tillimita l-ammont tal-miżuri ta’ għajnuna A, B1, B2, B3 u B4 għall-minimu meħtieġ. |
7.6.3.2. Il-valutazzjoni tal-konformità tal-miżura C mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013
|
(396) |
Il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 tikkumplimenta l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u titlob għal kondiviżjoni tal-piżijiet imtejba u biex il-banek li jiksbu appoġġ tal-kapital iwettqu miżuri addizzjonali biex jillimitaw l-għajnuna għall-minimu. Il-Punt 29 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 jeħtieġ li l-Istati Membri juru li l-miżuri kollha biex jillimitaw din l-għajnuna għall-minimu ġew sfruttati sal-limitu massimu. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ żieda tal-kapital, jiżgura l-kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata mill-azzjonisti u l-kredituri subordinati u jipprevjenu l-ħruġ tal-fondi qabel id-deċiżjoni tar-ristrutturar. Skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, il-pjan ta’ żieda fil-kapital għandu jinkludi kwistjonijiet tajbin, eżerċizzji tal-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet volontarji, ċessjonijiet tat-tkabbir tal-kapital, miżuri ta’ diżingranaġġ, iż-żamma tal-qligħ u miżuri oħra bħal pereżempju, kostijiet stretti u politiki ta’ rimunerazzjoni. |
|
(397) |
Il-Punt 47 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 jistipula li ladarba jiġu identifikati nuqqasijiet fil-kapital, il-bank irid jipprevjeni l-ħruġ tal-fondi permezz ta’ numru ta’ miżuri li jimmiraw li jiżguraw l-istess riżultat bħad-dividendi regolari u l-projbizzjoni tal-kupuni, projbizzjonijiet tal-akkwisti, projbizzjonijiet tat-tmexxija tal-prezzijiet jew projbizzjonijiet tar-reklamar. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-projbizzjonijiet huma diġà konformi mal-Bank billi huma inklużi fil-lista ta’ impenji mibgħuta mill-Greċja, kif deskritt fil-Premessa 133 u li l-Bank ma ħallas l-ebda dividend fi flus kontanti mill-2008. |
|
(398) |
L-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2014 (miżura C) jipprovdi assorbitur biex jassorbi telf futur kif determinat mill-eżerċizzju tat-test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece fl-2013 u żvelat fis-6 ta’ Marzu 2014. Ir-riżultati tat-test tal-istress juru li l-Bank jeħtieġ EUR 2 945 miljun ta’ kapital addizzjonali biex ikopri t-telf futur tiegħu f’xenarju ta’ stress. Il-miżura C tkopri biss ir-rekwiżit tal-kapital li se jibqa’ billi (i) ma jistax ikun kopert permezz ta’ iktar ċessjonijiet jew miżuri ta’ titjib fil-kapital (il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Bank analizza ċ-ċessjonijiet potenzjali kollha u impenja lil dawk kollha li jistgħu jnaqqsu r-rekwiżiti tal-kapital fil-qafas tal-pjan ta’ kapital mibgħut lill-Bank of Greece) u (ii) mhux kopert mill-investituri privati fil-qafas taż-żieda tal-kapital azzjonarju li se ssir f’April 2014. Għalhekk ma tipprovdix lill-Bank b’xi kapital żejjed. |
|
(399) |
Kif spjegat fil-Premessi 0 sa (394), il-Bank diġà ħa azzjonijiet qabel it-test tal-istress biex jillimita l-ammont ta’ kapital meħtieġ għall-minimu. Jekk, fil-qafas tal-eżerċizzju taż-żieda fil-kapital attwali, il-Bank jirnexxielu jiġbor il-maġġoranza tal-kapital meħtieġ minn investituri privati u l-għajnuna addizzjonali mħallsa mill-HSF tibqa’ taħt il-EUR 1 biljun, l-ebda kontribuzzjoni proprja oħra mill-Bank ma tkun meħtieġa. Madankollu, jekk l-għajnuna mħallsa bil-miżura C tkun iżjed mit-tali livell, ikun adegwat għall-Bank li jbiegħ iktar attivitajiet. |
|
(400) |
Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 tistipula li kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata tinvolvi kontribuzzjonijiet mill-azzjonisti, detenturi tal-kapital ibridi u detenturi tad-dejn subordinati qabel ma tingħata għajnuna fil-forma ta’ appoġġ għall-kapital. Il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja emendat il-qafas leġiżlattiv nazzjonali tagħha sabiex tiżgura li kredituri subordinati jikkontribwixxu għall-kostijiet tar-ristrutturar tal-Bank qabel jiġi injettat kwalunkwe kapital addizjonali fil-Bank. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Greċja tat impenn li se timplimenta l-miżuri stipulati fl-Artikolu 6a tal-liġi tal-HFSF kif emendata fl-2014, li jipprovdu għall-allokazzjoni tad-defiċit tal-kapital lid-detenturi tal-istrumenti tal-kapital tagħha u obbligi subordinati oħra kif jista’ jkun meħtieġ. Filwaqt li din il-kondiviżjoni tal-piżijiet se seħħ biss wara d-data tal-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2014 (miżura C), fuq il-bażi ta’ punt 45 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun hemm riżultati sproporzjonati jekk il-konverżjoni mandatorja tad-dejn subordinat u l-kapital ibridu jkollhom jitfaċċaw diġà fil-mument tal-impenn. Jekk il-Bank ikollu jiġbor kapital privat biżżejjed biex ikopri r-rekwiżit tal-kapital tiegħu kollu kif determinat mit-test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece, il-konverżjoni tad-detenturi tad-dejn subordinat tkun sproporzjonata. L-impenn tal-Greċja għar-rikapitalizzazzjoni interna tal-kredituri subordinati qabel kwalunkwe appoġġ għall-kapital effettivament imħallas lill-Bank għalhekk huwa biżżejjed biex jiżgura kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata. |
|
(401) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li s-sidien tal-Bank jipparteċipaw sal-limitu massimu fir-rikostituzzjoni ta’ bażi ta’ kapital adegwata fuq il-perjodu ta’ ristrutturar, il-Greċja tat impenn li sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar, il-Bank se jżomm id-dividends u mhu se jħallas l-ebda kupun li mhux obbligat li jħallas bil-liġi. Għalhekk, f’konformità mal-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-punt 47 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, il-Bank mhux se juża għajnuna mill-Istat biex iħallas fondi proprji jekk ma jkunx hemm profitti biżżejjed biex iħallas dawn il-ħlasijiet. |
|
(402) |
Il-Bank impenja wkoll li sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Bank mhu se jħallas lill-ebda impjegat jew maniġer rimunerazzjoni totali annwali (paga, kontribuzzjoni ta’ pensjoni, bonus) ogħla mir-rimunerazzjoni totali annwali tal-Gvernatur tal-Bank of Greece (mingħajr ma tiġi meqjusa kwalunkwe rinunzja parzjali volontarja ta’ rimunerazzjoni mill-Gvernatur). Barra minn hekk, f’każ li l-HFSF ikollu jissottoskrivi għal xi sehem tal-Bank, il-Greċja kkommettiet ruħha li tapplika limitu ta’ salarju f’konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 (151). |
|
(403) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-impenn li jkopri żewġ xenarji jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
|
(404) |
Fl-ewwel xenarju fejn l-HFSF fir-realtà ma jinjettax kapital ġdid fil-Bank, l-għajnuna mħaddna fil-miżura C se tiġi limitata għal sempliċiment sottoskrizzjoni ta’ impenn ta’ żieda tal-kapital u l-HFSF mhux se jiżborża ewro wieħed peress li l-ishma l-ġodda kollha se jkunu ġew sottoskritti mill-investituri privati. Il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 tistipula li l-limitazzjoni tar-rimunerazzjoni tista’ tispiċċa meta l-għajnuna terġa’ titħallas. Madankollu, l-għajnuna inkluża fit-tali impenn ta’ sottoskrizzjoni fir-rigward ta’ żieda fil-kapital prospettiva ma tistax terġa’ titħallas fejn l-impenn inkwistjoni qatt ma jitpoġġa fis-seħħ (peress li qatt ma ġew żborżati flejjes mill-Istat lill-Bank). F’ċirkostanzi bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-limitazzjoni tar-rimunerazzjoni tapplika għal perjodu ta’ żmien fiss. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-impenn li sar mill-Greċja, li jdum sal-31 ta’ Diċembru 2017 (jiġifieri, għal tliet snin u tmien xhur, li jispiċċaw sena qabel it-tmiem tal-pjan ta’ ristrutturar) hija applikazzjoni korretta tal-aħħar paragrafu tal-punt 38 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. Għaliex ir-rimunerazzjoni annwali tal-Gvernatur tal-Bank of Greece hija inqas mil-limitu massimu stabbilit fit-tieni paragrafu ta’ punt 38 tal-Komunikazzjoni Banarja tal-2013 u għaliex it-tali impenn se japplika għall-grupp kollu, il-Kummissjoni imbagħad tikkunsidra li l-impenn propost mill-Greċja f’każ li l-ebda sehem ma jkun sottoskritt mill-HFSF fil-qafas taż-żieda pjanata fil-kapital tkun f’konformità mal-punt 38 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
|
(405) |
Fit-tieni xenarju fejn l-HFSF ikollu jissottoskrivi xi sehem tal-bank, il-Greċja impenjat ruħha li temenda l-impenn biex tagħmlu konformi mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. Il-Kummissjoni tinnota li jekk l-HFSF jissottoskrivi xi sehem biex jibqa’ konformi mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, it-tul tal-limitu massimu ta’ rimunerazzjoni jiġi emendat sabiex idum sa qabel it-tmiem tal-pjan ta’ ristrutturar – il-31 ta’ Diċembru 2018 – jew tranżazzjoni ekwivalenti għall-ħlas mill-ġdid tal-għajnuna. Peress li l-ishma ordinarji ma jistgħux jerġgħu jitħallsu mill-Bank, il-Kummissjoni taċċetta li l-bejgħ tal-ishma fis-suq sekondarju bi profitt jista’ jiġi kkunsidrat ekwivalenti għall-ħlas mill-ġdid tal-għajnuna. |
|
(406) |
B’konklużjoni għal dan, fiż-żewġ xenarji, l-impenn dwar il-limitazzjoni tar-rimunerazzjoni maħruġ mill-Greċja jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
|
(407) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-Istat, il-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 teħtieġ li jinħarġu ishma ġodda bi skont għall-prezz tas-suq, Wara l-aġġustament għad-dilwizzjoni. Il-Kummissjoni tosserva li l-iskop tat-tali rekwiżit huwa sabiex jiżgura li l-Istat jirċievi rimunerazzjoni biżżejjed għall-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu fil-Bank u li l-azzjonisti storiċi jiġu dilwiti b’mod korrispondenti. Fil-każ tal-miżura C, l-Istat diġà huwa l-azzjonist prinċipali tal-Bank, li jippossedi iktar minn 90 % tal-ishma. Għalhekk, skont eċċessiv fuq il-prezz tas-suq inaqqas ir-rimunerazzjoni tal-Istat fuq il-miżura B4 u jista’ jinvolvi għajnuna lill-investituri jekk l-iskont jissottovaluta l-valur tal-Bank. Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni bħal din, il-prezz tas-sottoskrizzjoni ma jistax ikun inqas minn prezz minimu determinat fuq il-bażi ta’ żewġ valutazzjonijiet minn stimaturi indipendenti. Għalhekk, l-arranġamenti dettaljati kollha tad-determinazzjoni tal-prezz jipproteġu lill-HFSF minn dilwizzjoni eċċessiva mill-investituri l-ġodda, filwaqt li jiżguraw li l-HFSF jissottoskrivi ishma ġodda bi prezz li jirrifletti l-valur tal-Bank. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-ishma l-ġodda jistgħu jinħarġu bi skont iktar baxx għall-prezz tas-suq attwali minn dak previst mill-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 u tikkunsidra aċċettabbli l-prezz minimu. |
|
(408) |
Kieku l-ishma nħarġu bi prezz ogħla, kien ikun hemm sogru li l-investituri privati jiġu skoraġġuti milli jipparteċipaw fiż-żieda tal-kapital azzjonarju u konsegwentament kienu jillimitaw iż-żieda tal-kapital privat. |
|
(409) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra l-livell tal-kontribuzzjoni proprja u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet bħala adegwat għall-miżura C. |
7.6.3.3. Konklużjoni dwar il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(410) |
Il-Kummissjoni tosserva li, meta mqabbla mar-rikapitalizzazzjoni tal-Istat totali riċevuta, il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet fil-forma tal-bejgħ tal-assi huwa ħafna inqas mil-livelli li l-Kummissjoni normalment tikkunsidra bħala biżżejjed. Madankollu, fir-rigward tal-elementi żviluppati fit-Taqsima 7.6.1, li fiha l-Kummissjoni tista’ taċċetta kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet iktar baxxa, il-pjan ta’ ristrutturar jista’ jiġi kkunsidrat li jipprovdi miżuri biżżejjed ta’ kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet. |
|
(411) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 fir-rigward tal-miżura C. |
7.6.4. Miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(412) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar teħtieġ pjan ta’ ristrutturar biex tipproponi miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u li jiżguraw settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawk il-miżuri għandhom jindirizzaw ukoll kwistjonijiet ta’ periklu morali u jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex tiffinanzja mġiba li tmur kontra l-kompetizzjoni. |
|
(413) |
Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid li meta jiġi vvalutat l-ammont ta’ għajnuna u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni riżultanti, il-Kummissjoni għandha tqis kemm l-ammont assolut kif ukoll l-ammont relattiv tal-għajnuna mill-Istat riċevuta, kif ukoll il-grad ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet u l-pożizzjoni tal-istituzjoni finanzjarja fis-suq wara r-ristrutturar. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Bank irċieva kapital mill-Istat ekwivalenti għal 16 % tal-assi mwieżna għar-riskju tiegħu (eskluża l-miżura C). Bil-miżura C, il-Bank jimpenja ruħu biex jinjetta EUR 2 864 biljun addizzjonali, li jġib l-għajnuna tal-kapital totali għal 23,7 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank. Minbarra appoġġ għall-kapital, il-Bank irċieva wkoll appoġġ għal-likwidità. Il-Bank kiseb garanziji ta’ likwidità li ammontaw għal EUR 13 600 miljun fil-15 ta’ April 2011 u għal EUR 13 932 miljun fit-30 ta’ Novembru 2013, li jirrappreżentaw 17 % tal-karta tal-bilanċ tal-Bank fl-istess ġurnata. Il-Bank ibbenefika wkoll minn ELA garantita mill-Istat għal ammont ta’ EUR 12 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012, li rrappreżenta 18 % tal-karta tal-bilanċ tal-Bank f’dik il-ġurnata. Il-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri biex jillimitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni potenzjali għalhekk hija ġġustifikata fir-rigward tat-tali ammont relattivament kbir ta’ għajnuna. Barra minn hekk, is-sehem tas-suq tal-Bank fil-Greċja huwa kbir, b’ishma tas-suq ta’ 17 % għas-self u 12 % għad-depożiti fil-31 ta’ Diċembru 2012. L-akkwist ta’ New TT Bank u Nea Proton Bank żied l-ishma tas-suq tal-Bank għal 20,7 % għas-self u 18,8 % għad-depożiti f’Settembru 2013 (152). |
|
(414) |
Il-Kummissjoni tfakkar li d-diffikultajiet tal-Bank prinċipalment jiġu minn xokkijiet esterni bħal kriżi sovrana tal-Greċja u r-riċessjoni mtawwla li ilha tisfratta l-ekonomija Griega sa mill-2008, u ġie nnotat fil-Premessa 69 fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank. Il-ħtieġa li jiġu indirizzati perikli morali tnaqset, billi l-Bank ma jidhirx li ħa riskji żejda. Kif diskuss fit-Taqsima 7.6.1, l-effett ta’ distorsjoni tal-miżuri ta’ għajnuna huwa inqas fid-dawl tat-tali fatturi u anke l-ħtieġa għal miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tista’ eċċezzjonalment taċċetta li minkejja l-ammont għoli ta’ għajnuna, il-pjan ta’ ristrutturar ma jipprevedi l-ebda tnaqqis tal-karta tal-bilanċ u s-self fil-Greċja. |
|
(415) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-Istat ippermettew lill-Bank ikompli bl-attivitajiet bankarji tiegħu fis-swieq barranin u bl-attivitajiet tal-assigurazzjoni tiegħu fil-Greċja. |
|
(416) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li minbarra d-diżingranaġġ u r-ristrutturar diġà implimentati, l-impenn tal-Bank li jbiegħ l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tiegħu sal-[…] kif ukoll l-impenn tiegħu biex inaqqas id-daqs tal-assi internazzjonali tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2018, li probabbilment jinvolvi iktar ċessjonijiet fl-[…] u […] u l-impenn tiegħu li ma jużax għajnuna biex jiffinanzja t-tkabbir ta’ dawk in-negozji. Il-Kummissjoni tqis li huwa proporzjonat li t-tnaqqis tal-assi barranin ikun iktar qawwi jekk, bil-miżura C, l-HFSF iħallas lill-Bank għajnuna kapitali addizzjonali ta’ iktar minn EUR 1 biljun. Kif indikat fil-Premessa 295, dan il-ħlas jagħmel lill-għajnuna iktar ta’ tfixkil milli sempliċiment impenn għal parteċipazzjoni fiż-żieda tal-kapital. Madankollu, jekk il-kapital addizzjonali injettat ikun inqas minn EUR 1 biljun, ikun jinvolvi parteċipazzjoni ikbar ta’ mill-inqas EUR 1,5 biljun mill-investituri privati. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni privata ikbar tkun tikkostitwixxi kondiviżjoni tal-piżijiet addizzjonali, kif spjegat fil-Premessa 388. Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid li kemm il-prezz imħallas għall-assistenza miksuba mill-Istat kif ukoll il-grad tal-kondiviżjoni tal-piżijiet se jitqiesu meta jiġu vvalutati l-miżuri tal-kondiviżjoni tal-piżijiet. Għalhekk, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni addizzjonali se jibqgħu limitati jekk l-HFSF jinjetta inqas minn EUR 1 biljun. |
|
(417) |
Il-Greċja impenjat ruħha wkoll għal projbizzjoni tal-akkwist, li tiżgura li l-Bank mhux se juża l-għajnuna mill-Istat irċevuta biex jikseb xi negozji ġodda. Din il-projbizzjoni tikkontribwixxi biex tiżgura li l-għajnuna tintuża biss biex tappoġġa t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà tal-attivitajiet bankarji Griegi u mhux biex tikber, pereżempju, fis-swieq barranin. |
|
(418) |
L-impenn biex jitnaqqas l-imgħax imħallas fuq id-depożiti Griegi minn livelli għoljin b’mod mhux sostenibbli jiżgura wkoll li l-għajnuna mhux se tintuża biex tiffinanzja strateġiji ta’ ġbir ta’ depożiti mhux sostenibbli li jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq Grieg. B’mod simili, l-impenn biex jiġu implimentati linji gwida stretti fir-rigward tal-ipprezzar tas-self ġdid, ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu adegwata, se jipprevjeni lill-Bank mid-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq Grieg bi strateġiji tal-ipprezzar mhux adegwati fuq is-self lill-klijenti. |
|
(419) |
Meta titqies is-sitwazzjoni speċifika deskritta fit-Taqsima 7.6.1 u l-miżuri mogħtija fil-pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm salvagwardji biżżejjed biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
7.7. MONITORAĠĠ
|
(420) |
Skont it-Taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, huma meħtieġa rapporti regolari biex jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar qed jiġi implimentat kif suppost. Kif intqal fl-impenji (153), il-Greċja se tiżgura li l-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza, li diġà ġie maħtur mill-Bank bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, se jissorvelja l-impenji meħuda mill-Greċja dwar ir-ristrutturar tal-attivitajiet fil-Greċja u barra u dwar it-tmexxija korporattiva u l-operati kummerċjali. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonstata li l-monitoraġġ adegwat tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar huwa żgurat. |
8. Konklużjoni
|
(421) |
Il-Kummissjoni tikkonstata li l-Greċja illegalment implimentat il-miżuri ta’ għajnuna SA.34825 (2012/C), SA.34825 (2014/N), SA.36006 (2013/NN), SA.34488 (2012/C, ex 2012/NN) SA.31155 (2013/C) (2013/NN) bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li ġew implimentati qabel in-notifika formali tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni tikkonstata li l-pjan ta’ ristrutturar, meta jitqies flimkien mal-impenji fl-Annessi, jiżgura t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank, huwa biżżejjed fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kontribuzzjoni proprja u huwa adegwat u proporzjonali biex jikkumpensa għall-effetti tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna eżaminati f’din id-Deċiżjoni. Il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji mibgħuta jissodisfaw il-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-miżuri ta’ għajnuna għalhekk jistgħu jkunu kkunsidrati kompatibbli mas-suq intern, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri li ġejjin, implimentati jew ippjanati mill-Greċja jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat:
|
(a) |
l-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza mogħtija lil Eurobank Ergasias SA. (“Eurobank”) mill-Bank of Greece u garantita mir-Repubblika Ellenika (miżura L2); |
|
(b) |
it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 341 miljun mogħti mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“HFSF”) lil Eurobank f’Diċembru 2012 (miżura B2); |
|
(c) |
l-ittra ta’ impenn ta’ EUR 528 miljun mogħtija mill-HFSF lil Eurobank fil-21 ta’ Diċembru 2012 (miżura B3); |
|
(d) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 5 839 miljun mogħtija mill-HFSF lil Eurobank f’Mejju 2013 (miżura B4); |
|
(e) |
l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 2 864 miljun mogħti mill-HFSF wara ż-żieda fil-kapital azzjonarju ta’ EUR 2 864 miljun, approvat mil-laqgħa straordinarja tal-azzjonisti fit-12 ta’ April 2014 skont il-liġi tal-HFSL 3864/2010 kif emendata (miżura C); |
|
(f) |
l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 395 miljun mogħtija mill-HFSF lil Nea Proton Bank fit-28 ta’ Awwissu 2013 (miżura NP3). |
2. Fid-dawl tal-pjan ta’ ristrutturar li għandu x’jaqsam mal-Grupp Eurobank (Eurobank Ergasias S.A u s-sussidjarji tiegħu kollha (sussidjarji u fergħat Griegi u mhux Griegi, kemm bankarji u mhux bankarji) mibgħut fis-16 ta’ April 2014 u l-impenji mogħtija mill-Greċja fis-16 ta’ April 2014, l-għajnuna mill-Istat li ġejja hija kompatibbli mas-suq intern:
|
(a) |
l-injezzjoni kapitali ta’ EUR 950 miljun mogħtija mill-Greċja lil Eurobank f’Mejju 2009 fil-qafas tal-Iskema ta’ Rikapitalizzazzjoni (miżura A); |
|
(b) |
l-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza mogħtija lil Eurobank mill-Bank of Greece u garantita mill-Greċja minn Lulju 2011, għal ammont ta’ EUR 12-il biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012 (miżura L2) |
|
(c) |
l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 3 970 miljun mogħtija mill-HFSF lil Eurobank f’Mejju 2012 (miżura B1); |
|
(d) |
it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 341 miljun mogħtija mill-HFSF lil Eurobank f’Diċembru 2012 (miżura B2); |
|
(e) |
l-ittra ta’ impenn ta’ EUR 528 miljun mogħtija mill-HFSF lil Eurobank fil-21 ta’ Diċembru 2012 (miżura B3); |
|
(f) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 5 839 miljun mogħtija mill-HFSF lil Eurobank f’Mejju 2013 (miżura B4); |
|
(g) |
l-impenn ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 2 864 miljun mogħti mill-HFSF lil Eurobank wara ż-żieda fil-kapital azzjonarju ta’ EUR 2 864 miljun approvata mil-laqgħa straordinarja tal-azzjonisti fit-12 ta’ April 2014 skont il-liġi tal-HFSL 3864/2010 kif emendata (miżura C); |
|
(h) |
l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 80 miljun mogħtija mill-Greċja lil Proton Bank f’Mejju 2009 (miżura Pr1); |
|
(i) |
il-finanzjament tad-diskrepanza ta’ finanzjament totali ta’ EUR 1 121,6 miljun mill-Fond ta’ Garanzija Elleniku ta’ Depożitu u Investiment (HDIGF) u l-HFSF għall-attivitajiet trasferiti minn Proton Bank għal Nea Proton Bank, f’Ottubru 2011 u f’Mejju 2012 (miżura NP1) |
|
(j) |
l-injezzjoni ta’ kapital totali ta’ EUR 515 miljun mogħtija mill-HFSF għal Nea Proton Bank f’Ottubru 2011, fi Frar 2012, f’Awwissu 2012 u f’Diċembru 2012 (miżura NP2); |
|
(k) |
l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 395 miljun mogħtija mill-HFSF lil Nea Proton Bank fit-28 ta’ Awwissu 2013 (miżura NP3); |
|
(l) |
il-finanzjament tad-diskrepanza ta’ finanzjament totali ta’ EUR 677 miljun mill-HDIGF u l-HFSF għall-attivitajiet li kienu trasferiti minn T Bank lil Hellenic Postbank (“TT Bank”), f’Diċembru 2011 u fi Frar 2013 (miżura T); |
|
(m) |
l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 224,96 miljun mogħtija mill-Greċja lil TT Bank f’Mejju 2009 (miżura TT); |
|
(n) |
il-finanzjament tad-diskrepanza ta’ finanzjament totali ta’ EUR 3 732,6 miljun mill-HFSF għall-attivitajiet trasferiti minn TT Bank lil New Hellenic Postbank (“New TT Bank”), f’Jannar u f’Ġunju 2013 (miżura NTT1); |
|
(o) |
l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 500 miljun mogħtija mill-HFSF lil New TT Bank fid-29 ta’ Jannar 2013 (miżura NTT2). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmula fi Brussell, id-29 ta’ April 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru SA. 34825 (2012/C) (ex 2012/NN) - Ir-Rikapitalizzazzjoni tal-EFG Eurobank mill-Hellenic Financial Stability Fund (ĠU C 359, 21.11.2012, p. 31), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru SA. 34488 (2012/C) (ex 2012/NN) - Għajnuna lil Nea Proton Bank permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ Nea Proton Bank, u l-bidu tal-investigazzjoni formali (ĠU C 357, 20.11.2012, p. 26), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2013 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. Nru 31155 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2010/N) - Għajnuna mill-Istat mill-Hellenic Postbank S.A. permezz tal-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju “New Hellenic Postbank S.A.” (ĠU C 190, 29.6.2013, p. 70).
(2) Eurobank Ergasias S.A u s-sussidjarji tiegħu kollha (sussidjarji u fergħat Griegi u mhux Griegi, kemm bankarji u mhux bankarji).
(3) “Il-Bank” tirreferi għall-Grupp Eurobank.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar Għajnuna mill-Istat N 560/2008 “Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet tal-Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 125, 5.6.2009, p. 6). Kienet ġiet mogħtija n-numru SA.26678 (N 560/08). Dik l-iskema kienet sussegwentement ġiet imtawla u emendata kif deskritt fin-nota f’qiegħ il-paġna 6.
(5) Il-Laqgħa Ġenerali annwali tad-29 ta’ Ġunju 2012 iddeċidiet li tbiddel l-isem korporattiv tal-EFG Eurobank Ergasias S.A. għal Eurobank Ergasias S.A.
(6) Fit-2 ta’ Settembru 2009, il-Greċja nnotifikat numru ta’ emendi biex tappoġġja l-miżuri u prolongazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2009 li ġew approvati fit-18 ta’ Settembru 2009 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2009 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 504/09 “Prolongazzjoni u emenda tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 264, 6.11.2009, p. 3)). Fil-25 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni approvat it-tieni prolongazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 690/09 “Prolongazzjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 57, 9.3.2010, p. 4)). Fit-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni approvat numru ta’ emendi għall-miżuri ta’ appoġġ u estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 260/2010 “Estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 238, 9.3.2010, p. 1)). Fil-21 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2011 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 31998 (2010/N) “Ir-Raba’ estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 53, 19.2.2011, p. 1)). Fl-4 ta’ April 2011, il-Kummissjoni approvat emenda (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.32767 (2011/N) “Emenda għall-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 164, 2.6.2011, p. 5)). Fis-27 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sal-31 ta’ Diċembru 2011 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33153 (2011/N) “Il-Ħames estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 274, 17.9.2011, p. 3)). Fis-6 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34149 (11/N) “Is-Sitt estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 101, 4.4.2012, p. 1)). Fis-6 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sal-31 ta’ Diċembru 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2012 fil-Każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35002 (12/N) - Greċja “Prolongazzjoni tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 12)). Fit-22 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self ta’ Bonds sat-30 ta’ Ġunju 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2013 fil-Każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35999 (2012/N) - Greċja “Prolongazzjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self ta’ Bonds għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 162, 7.6.2013, p. 3)). Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self ta’ Bonds sal-31 ta’ Diċembru 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2013 fil-Każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.36956 (2013/N) - Greċja “Prolongazzjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self ta’ Bonds għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja”, li għadha mhix ippubblikata. Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self ta’ Bonds sat-30 ta’ Ġunju 2014 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2014 fil-Każ dwar l-Għajnuna mill-Istat każ SA. 37958 (2013/N) - Greċja “Prolongazzjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u l-Iskema ta’ Self ta’ Bonds għall-Istituzzjonijiet fil-Greċja”, li għadha mhix ippubblikata.
(7) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 34825 (2012/C), “Ir-Rikapitalizzazzjoni tal-EFG Eurobank mill-Hellenic Financial Stability Fund” (ĠU C 357, 21.11.2012, p. 31).
(8) Stqarrija għall-istampa tal-HFSF, l-24 ta’ Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/press_release_20121224_en.pdf
(9) In-notifika ġiet irreġistrata taħt in-numru SA.34825 (2014/NN).
(10) ĠU C 375, 20.11.2012, p. 26
(11) ĠU C 190, 29.6.2013, p. 70.
(12) Id-diskrepanza fil-finanzjament kienet reġgħet ġiet ivvalutata iktar tard u skont id-Deċiżjoni 11/1/21.5.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri ta’ Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece, ġiet finalizzata għal EUR 3 732,6 miljun.
(13) Id-diskrepanza fil-finanzjament tirreferi għad-differenza bejn il-valur tal-assi trasferiti lill-bank il-ġdid u l-valur nominali tal-obbligazzjonijiet trasferiti lilu.
(14) Il-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. It-Tieni Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja – Marzu 2012, p. 17, disponibbli onlajn fuq:http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2012/pdf/ocp94_en.pdf
(15) Ara t-Taqsima II “Ir-ristrutturar tad-Dejn Sovran Grieg” tar-Rapport dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tas-Settur Bankarju Grieg, Bank of Greece, Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.bankofgreece.gr/BogEkdoseis/Report_on_the_recapitalisation_and_restructuring.pdf
(16) Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tad-9 ta’ Marzu 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/80/9%20MARCH%202012%20-%20RESULTS.pdf.
(17) Il-proporzjon tal-kapital Grad 1 ta’ bank huwa wieħed mill-kwoti regolatorji tal-kapital mmonitorjati mis-superviżur fil-qafas tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.
(18) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 14, p. 106.
(19) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 15.
(20) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 14, p. 104.
(21) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 15.
(22) Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, is-sistema bankarja ċentrali taż-żona euro.
(23) Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tat-3 ta’ Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/248/Press%20Release%20-%20December%2003.pdf. Dak ix-xiri lura tad-dejn tagħha stess b’valur ħafna inqas iġġenera tnaqqis sinifikanti tad-dejn għall-Greċja.
(24) Fl-assenza ta’ dan ix-xiri lura, il-valur tas-suq ta’ dawk il-bonds seta’ jiżdied skont l-evoluzzjoni tal-parametri tas-suq, bħar-rati tal-imgħax u l-probabbiltà ta’ inadempjenza tal-Greċja.
(25) Inkluż it-telf mistenni mill-produzzjoni ġdida tas-self fil-Greċja fuq il-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016.
(26) L-impatt tas-CLPs tar-riskju barrani ġie kkalkulat wara t-taxxa barranija u billi tqiesu l-impenji proposti mill-Greċja f’dak iż-żmien lill-Kummissjoni dwar iċ-ċessjonijiet.
(27) Riżervi tat-telf mis-self tal-NBG minn Ġunju 2013 pro-forma tad-dispożizzjonijiet tal-FBB u l-Probank.
(28) Ir-riżervi tat-telf mis-self tal-Eurobank minn Ġunju 2013 pro-forma tad-dispożizzjonijiet tan-New Hellenic Postbank u n-New Proton Bank, li ġew akkwistati mill-Bank f’Awwissu 2013.
(29) http://www.eurobank.gr/online/home/generic.aspx?id=323&mid=347&lang=en
(30) Ara t-Tabella 2.
(31) L-ammonti tal-ekwità għall-2010, l-2011 u l-2012 jinkludu EUR 950 miljun ta’ ishma ta’ preferenza mogħtija mill-Greċja fl-2009; l-ammonti ma jinkludux żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji riċevuti mill-Bank fl-2012, għall-ammont ta’ EUR 5 311 miljun. Iċ-ċifra tal-ekwità għall-31 ta’ Diċembru 2013 tinkludi r-rikapitalizzazzjoni ta’ Mejju 2013 (li matulha żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji ġew mibdula f’ishma ordinarji).
(32) Ara t-Tabella 2.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali.
(33) Il-pjan tat-tkabbir tal-kapital inizjali kien inqas ambizzjuż għax, pereżempju l-Bank kien ippjana li jżomm preżenza sinifikanti fi […] u kien ikkommetta biss għal disponiment ta’ […] % tas-sussidjarju tal-assigurazzjoni.
(34) Id-Deċiżjoni 20/3/9.10.2011 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece.
(35) Id-Deċiżjoni 9250/9.10.2011 tal-Ministru tal-Finanzi, li tistabbilixxi l-istituzzjoni tal-kreditu interim bl-isem ta’ “Nea Proton Bank S.A.” (Gazzetta tal-Gvern Grieg FEK B’ 2246/2011).
(36) Il-kapital azzjonarju inizjali ġie mħallas skont id-Deċiżjoni Ministerjali tad-9 ta’ Ottubru 2011 f’żewġ pagamenti; EUR 220 miljun fid-9 ta’ Ottubru 2011 u EUR 30 miljun fit-3 ta’ Frar 2012. Ara l-HFSF, Ir-Rapport Finanzjarju Annwali għall-perjodu mill-1.1.2012 sal-31.12.2012, Awwissu 2013, http://www.hfsf.gr/files/hfsf_annual_report_2012_en.pdf
(37) L-assi mwieżna għar-riskju huwa aggregat regolatorju li jkejjel l-espożizzjoni għar-riskju ta’ istituzzjoni finanzjarja u li jintuża mis-superviżuri biex jimmonitorjaw l-adegwatezza kapitali tal-istituzzjonijiet finanzjarji.
(38) Ara l-Artikolu 63E, paragrafu 9, tal-Liġi 3601/2007.
(39) Id-Deċiżjoni 7/3/18.1.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri ta’ Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(40) Id-Deċiżjoni Nru 2124/B95/18.1.2013 tal-Ministru tal-Finanzi, li tistabbilixxi l-istituzzjoni tal-kreditu interim bl-isem ta’ “New TT Hellenic Postbank S.A.” (Gazzetta tal-Gvern Grieg FEK B’ 74/2013).
(41) Anness 1, Artikolu 1 ιγ (13) tad-Deċiżjoni Ministerjali 2124/B95/2013.
(42) Deloitte wettqet valutazzjoni tal-Valur Nett tal-Assi tan-New TT Bank, kif kien fit-30 ta’ Awwissu 2013, u fil-15 ta’ Novembru 2013, l-HFSF żborża lill-Bank l-ammont ta’ EUR 54,9 miljun fi flus kontanti, kif indikat fir-Rapport tal-Attivitajiet tal-Hellenic Financial Stability Fund għall-perjodu Lulju – Diċembru 2013, p. 2, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jul_2013_Dec_2013_en.pdf.
(43) In-numru finali tal-ishma riċevuti mill-HFSF ġie determinat fuq il-bażi tal-prezz medju mwieżen skont il-volum tal-ishma tal-Bank fil-Borża ta’ Ateni fuq l-għaxart ijiem ta’ qabel id-data tal-laqgħa ġenerali straordinarja (b’minimu ta’ 1 418 750 000 sehem). Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 31.
(44) Skont ir-rapport dwar l-operat tal-miżuri ta’ garanzija u ta’ self ta’ bonds mibgħuta mill-Ministru tal-Finanzi fit-13 ta’ Diċembru 2013.
(45) EUR 950 miljun huwa l-ammont nett tal-ispejjeż. L-ammont kien EUR 950,125 miljun. Ara Ir-Rapport Finanzjarju Annwali għas-sena li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2009 tal-Eurobank, p. 6, disponibbli onlajn fuq: http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/REPORTSITE%202009Final1.pdf
(46) Skont l-ittra tal-Bank of Greece tas-7 ta’ Novembru 2011, “Il-Garanziji japplikaw fuq l-ammont totali tal-Assistenza ta’ Likwidità f’Emerġenza (ELA)”.
(47) Informazzjoni pprovduta mill-Bank of Greece fis-7 ta’ April 2014.
(48) Il-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni kien jipprovdi li: “Ir-Riskju Effettiv pagabbli lill-Bank għandu jinkludi l-bonds tal-EFSF u kwalunkwe pagament ta’ kupuni u mgħax akkumulat lill-bonds tal-EFSF għall-perjodu mill-ħruġ tal-bonds sal-konverżjoni tal-Avvanz f’kapital azzjonarju u strumenti finanzjarji konvertibbli oħra kif preskritt hawnhekk:
(49) Ara t-Tabella 3.
(50) It-tħabbira tal-Eurobank tat-30 ta’ April 2013 dwar ir-Riżoluzzjonijiet tal-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-Azzjonisti tal-Bank tat-30.4.2013 disponibbli onlajn fuq: http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/ΑΠΟΦΑΣΕΙΣ%20ΕΓΣ%2030 %204 %202013_ENG(FINAL).pdf
(51) Ara l-Premessa (56).
(52) http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/EGM_12042014_RESOLUTIONSVOTING_RESULTS_ENG(FINAL).pdf
(53) http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Press_Release_Capital_increase_ENG_(04042014)_FINAL.pdf
(54) http://www.hfsf.gr/files/press_release_20140415_en.pdf
(55) http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Press_Release_Commitment_Letter_ENG.pdf
(56) http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/PRICE_RANGE_ENG_FINAL.pdf
(57) Deċiżjoni 2/3/9.4.2012 tal-Kumitat għall-Miżuri ta’ Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(58) L-ammont li kien fadal tħallas mill-HFSF, billi skont l-Artikolu 9(12) tal-Liġi 4051/2012, kif applikabbli, dan tal-aħħar issostitwixxa l-HDIGF fr-rwol tiegħu li jkopri d-diskrepanza ta’ finanzjament mid-29 ta’ Frar 2012.
(59) Ara l-Premessa (52).
(60) Il-miżura kienet ivvalutata bħala Għajnuna statali li minnha jibbenefikaw l-attivitajiet tat-T Bank li kienu ġew trasferiti għat-TT Bank, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2012 f’Għajnuna Statali każ SA. 34115 (12/NN) - Greċja, “Riżoluzzjoni tat-T-bank” (“Deċiżjoni tat-T Bank”, (ĠU 284, 20.9.2012, p. 6), u d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(61) Id-diskrepanza ta’ finanzjament inizjali kienet stmata għal EUR 700 miljun, skont id-Deċiżjoni 26/2/17.12.2011 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece.
(62) Deċiżjoni 2/1/9.4.2012 tal-Kumitat għall-Miżuri ta’ Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(63) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 53.
(64) Fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 227 miljun imħallas mill-HFSF lin-New TT Bank, id-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Miżuri ta’ Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece tat-3 ta’ Mejju 2012 kienet tipprovdi li f’konformità mal-Artikolu 9(12) tal-Liġi 4051/202, l-HFSF kien obbligat li jħallas mill-HDIGF mhux biss l-obbligazzjonijiet il-ġodda, iżda wkoll l-obbligazzjonijiet tal-HDIGF pendenti mhux issodisfati sal-adozzjoni tal-Liġi 4051/2012 fid-29 ta’ Frar 2012. Għalhekk, l-HSFS ippreżenta applikazzjoni għall-annullament tad-deċiżjoni rilevanti tal-Bank of Greece lill-Kunsill tal-Istat. Għal dik ir-raġuni, in-New TT Bank ikkommetta lill-HFSF permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Frar 2013 li jekk il-Qorti tiddeċiedi favur l-HFSF, in-New TT Bank jirritorna l-ammont ta’ EUR 227 miljun lill-HFSF. Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 31, pp. 6 u 48.
(65) Id-diskrepanza ta’ finanzjament inizjali kienet stmata għal madwar EUR 4,096 miljun, skont id-Deċiżjoni 7/1/18.1.2013 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece.
(66) Deċiżjoni 11.1.21.5.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri ta’ Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(67) EFG Eurobank, Rapport Annwali 2010, p. 9, disponibbli onlajn fuq: http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Eurobank%20FIN%20AR%202010%20en.pdf
(68) Pjan ta’ ristrutturar p. 50, ibbażat fuq self nett.
(69) Pjan ta’ ristrutturar, pp. 62-63.
(70) Pjan ta’ ristrutturar p. 64 (ċifri tal-2012 fuq bażi pro-forma).
(71) Is-sottomisjoni tal-Bank datata fl-10 ta’ Settembru 2013.
(72) Pjan ta’ ristrutturar, p. 64.
(73) Pjan ta’ ristrutturar, p. 61.
(74) Tbassir finanzjarju anness mal-pjan ta’ ristrutturar, notifikat lill-Kummissjoni fis-16 ta’ April 2014.
(75) Pjan ta’ ristrutturar, p. 76.
(76) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 69.
(77) Pjan ta’ ristrutturar, p. 62.
(78) Pjan ta’ ristrutturar, p. 51.
(79) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 68.
(80) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 72.
(81) Ir-riżultat nett tal-attivitajiet Griegi se jkun pożittiv fl-2015 b’EUR 20 miljun, EUR 304 miljun, EUR 471 miljun u EUR 554 miljun ta’ profitti rispettivament fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018.
(82) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 68.
(83) Ċifri mibgħuta mill-Bank fid-9 ta’ Mejju 2013.
(84) Il-Bank ma kkommettiex li jimplimenta dak il-programm ta’ ċessjoni partikolari u jibqa’ liberu, kif deskritt fl-Anness, biex jagħżel strateġija differenti biex jikkonforma mal-mira globali.
(85) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 68.
(86) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 68.
(87) Tħabbira tal-Eurobank tad-19 ta’ Lulju 2013, disponibbli onlajn fuq: http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/EuproVeryFinalEnglish_190613.pdf
(88) Tħabbir tar-riżultati tal-istediniet għall-offerti tat-titoli tal-grad 1 u tal-grad II iktar baxxi, 20 ta’ Frar 2013, disponibbli onlajn fuq: http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Harper%20-%20Final%20Results%20Press%20Release%20_Eng.pdf
(89) Eżerċizzju tal-Ġestjoni tal-Obbligazzjonijiet, disponibbli onlajn fuq: http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Press%20Release_Offer%20Results_ENGLISH.pdf u r-Rapport tal-Hellenic Financial Stability Fund għall-perjodu Jannar - Ġunju 2013, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jan_2013_Jun_2013_en.pdf
(90) Ara r-rapporti finanzjarji konsolidati għall-2011 u l-2013.
(91) Ara l-Impenji fl-Anness, kapitolu II.
(92) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.
(93) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.
(94) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.
(95) Ara l-Impenji fl-Anness, kapitolu III, Taqsima A.
(96) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 89.
(97) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 89.
(98) Ara l-Impenji fl-Anness, kapitolu III, Taqsima C.
(99) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).
(100) Premessa 59 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank.
(101) Premessa 63 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank.
(102) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2).
(103) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(104) Premessa 73 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(105) Premessi 75 u 77 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(106) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2012 fl-Għajnuna mill-Istat SA 34115 (12/NN) “Riżoluzzjoni tat-T Bank” (ĠU C 284, 20.9.2012, p. 6).
(107) Premessa 83 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(108) Premessi 88 u 89 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(109) Premessa 103 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(110) Premessa 104 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(111) Premessa 107 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tan-New TT.
(112) Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 4 u 6.
(113) L-offerta tal-fond ħeġġ ma kkonformatx mal-ittra ta’ proċess tal-HFSF. L-offerta tal-fond ħeġġ kienet kundizzjonali fuq it-tlestija tad-diliġenza dovuta, li għaliha talab żmien addizzjonali, talba li ma kinitx kompatibbli mal-iskadenza tal-MPEF. Barra minn hekk, huwa talab rappreżentazzjonijiet u garanziji sostanzjali u l-fond ħeġġ daħħal limitu massimu ta’ EUR 25 miljun fuq l-ammont ta’ kapital addizzjonali li kien preparat li jinjetta jekk jirriżulta l-bżonn li jsir hekk għal sena biss.
(114) Ara wkoll il-Premessa 82 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 f’Għajnuna mill-Istat SA. 34053 (12/N) – Ir-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tal-Banco de Valencia S.A. - Spanja (ĠU C 75, 14.3.2013, p. 1).
(115) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 f’Għajnuna mill-Istat każ NN 19/2009 – Għajnuna għar-Ristrutturar lid-Dunfermline Building Society (ĠU C 101, 20.4.2010, p. 7), Premessa 47; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010 f’Għajnuna mill-Istat każ N 560/2009 – Għajuna għal-likwidazzjoni tal-Fionia Bank (ĠU C 76, 26.3.2011, p. 3), Premessa 55; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2010 f’Għajnuna mill-Istat każ N 392/2010 – Ir-Ristrutturar ta’ CajaSur (ĠU C 357, 30.12.2010, p. 12), Premessa 52.
(116) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jappoġġaw miżuri favur banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7).
(117) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jappoġġaw miżuri favur istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Komunikazzjoni bankarja”) (ĠU C 216, 6.12.2011, p. 1).
(118) Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 9 u 11.
(119) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 96.
(120) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 97.
(121) Rapport finanzjarju annwali għall-perjodu estiż mid-9 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012, li skontu r-RWA ammonta għal EUR 775,62 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2012.
(122) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 4.
(123) In-numru tal-ishma ġie determinat fuq il-bażi tal-prezz medju ponderat skont il-volum tal-ishma tal-Bank fil-Borża ta’ Ateni fuq l-għaxart ijiem ta’ qabel id-data tal-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-Azzjonisti (b’minimu ta’ 1 418,75 sehem). Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 31, pp. 14 u 56. Peress li l-prezz tas-suq medju ponderat skont il-volum matul dak il-perjodu kien iktar minn EUR 0,48, l-HFSF irċieva n-numru minimu ta’ ishma, jiġifieri, 1 418,75 miljun bil-prezz tal-offerta ta’ EUR 0,48 kull wieħed. EUR 0,48 x 1 418,75 miljun = EUR 681 miljun, jiġifieri, il-korrispettiv imħallas mill-Bank lill-HFSF.
(124) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 96.
(125) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 97.
(126) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.
(127) HFSF, Rapport tal-Hellenic Financial Stability Fund għall-perjodu Jannar - Ġunju 2013: “Wieħed mir-rekwiżiti rigward it-tnaqqis tal-ispiża operattiva mmirata fin-NHPB wara l-istabbiliment tiegħu kien tnaqqis fil-persunal permezz tal-Iskema ta’ Rtirar Volontarju (VRS). (…) 605 impjegat aċċettaw l-pakketti ta’ ħruġ offerti u l-ispiża totali tal-iskema ammontat għal madwar EUR 35,7 miljuni”, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jan_2013_Jun_2013_en.pdf
(128) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 4.
(129) Eurobank, “Kombinazzjoni proposta tan-New Hellenic Postbank mal-Eurobank”, 16 ta’ Mejju 2013.
(130) Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 4 u 6
(131) Ara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tal-Eurobank, Premessa (36).
(132) http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Pillar_3_2013_Final%20Values_2_310313.pdf
(133) Ara l-Premessa 285 ta’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-miżura B3.
(134) Huwa nnutat ukoll li l-Greċja tat l-għajnuna lill-bank bl-Iskema ta’ Appoġġ għall-Banek Griegi li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, kif ukoll permezz tal-HFSF li l-ħolqien tiegħu wkoll ġie approvat b’deċiżjoni tal-Kummissjoni.
(135) Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 4 u 3.
(136) Ara l-Premessa 41 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ NN 51/2008 Skema ta’ garanzija għall-banek fid-Danimarka (ĠU C 273, 28.10.2008, p. 1).
(137) http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Eurobank%20FY2012%20Results%20Press%20Release.pdf
(138) Ara l-Premessa 71: l-imgħax akkumulat jgħodd bħala kontribut addizzjonali mill-HFSF u għalhekk naqqas il-ħlas li l-HFSF kellu jagħti lill-Bank biex iħallas ir-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013.
(139) Ara wkoll it-Taqsima 7.6.1.
(140) Il-prezz teoretiku bi dritt (“TERP”) hija metodoloġija tas-suq aċċettata b’mod ġenerali biex tikkwantifika l-effett ta’ dilwizzjoni taż-żieda tal-kapital azzjonarju.
(141) Id-Deċiżjoni 584/VII/2013 tal-Hellenic Competition Authority, għadha mhux ippubblikata.
(142) Ara wkoll it-Taqsima 7.6.1.
(143) Ara l-Premessa 52.
(144) Id-Deċiżjoni 578/VII/2013 tal-Hellenic Competition Authority, disponibbli onlajn fuq: http://www.epant.gr/img/x2/apofaseis/apofaseis715_1_1391497451.pdf
(145) Ara l-punt 28 tal-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturar u ara l-Premessa 320 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/823/UE tal-5 ta’ April 2011 dwar il-miżuri C 11/09 (ex NN 53b/08, NN 2/10 u N 19/10) mill-Istat Olandiż għal ABN AMRO Grupp NV (maħluq wara l-amalgamazzjoni bejn il-Fortis Bank Nederland u ABN AMRO N) (ĠU L 333, 15.12.2011, p. 1).
(146) Ara l-Premessa 105.
(147) 2013 Ir-Riżultati tas-sena sħiħa, p. 3: http://www.eurobank.gr/Uploads/pdf/Eurobank_4Q2013_Financial_Results.pdf
(148) Is-sussidjarju […] ilu jagħmel telf mill-2009, b’sehem fis-suq żgħir (inqas minn […] % fuq is-self u d-depożiti), proporzjon għoli spiża-dħul u diskrepanza tal-finanzjament sinifikanti.
(149) Il-projezzjonijiet finanzjarji rrappurtati fil-pjan ta’ ristrutturar huma differenti mir-riżultat tat-test tal-istress imwttaq mill-Bank of Greece, peress li dan tal-aħħar ma kienx ibbażat fuq l-istess sett ta’ ipoteżi u fatturati f’aġġustamenti addizzjonali magħmula mill-Bank of Greece.
(150) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.
(151) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.
(152) Pjan ta’ ristrutturar, p. 14.
(153) Ara l-Premessa (133).
ANNESS
EUROBANK – IMPENJI MIR-REPUBBLIKA ELLENIKA
Ir-Repubblika Ellenika tiżgura li l-Bank qed jimplimenta l-pjan ta’ ristrutturar mibgħut fis-16 ta’ April 2014. Il-pjan ta’ ristrutturar huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet makroekonomiċi kif ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fl-Appendiċi, kif ukoll fuq suppożizzjonijiet regolatorji.
Ir-Repubblika Ellenika bil-preżenti qiegħda tipprovdi l-Impenji li ġejjin (“ Impenji ”) li huma parti integrali mill-pjan ta’ ristrutturar. L-Impenji jinkludu l-impenji dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (“ Impenji ta’ Ristrutturar ”) u l-Impenji dwar it-Tmexxija Korporattiva u l-Operati Kummerċjali.
L-Impenji jidħlu fis-seħħ mad-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan ta’ ristrutturar (“id-Deċiżjoni”).
Il-perjodu ta’ ristrutturar jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2018. L-Impenji japplikaw matul il-perjodu ta’ ristrutturar, sakemm l-Impenn individwali ma jkunx jgħid mod ieħor.
Dan it-test għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-Deċiżjoni fil-qafas ġenerali tal-Liġi tal-Unjoni u b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99.
KAPITOLU I
DEFINIZZJONIJIET
Għall-iskop tal-Impenji, it-termini li ġejjin ifissru:
(1) Bank: Eurobank Ergasias S.A. u s-sussidjarji kollha tiegħu. Għalhekk jinkludi l-Grupp Eurobank kollu, bis-sussidjarji u l-fergħat Griegi u mhux Griegi tiegħu kollha, kemm bankarji kif ukoll mhux bankarji.
(2) Offerta għall-kapital akkrexxittiv fis-settur bankarju: offerta li tirriżulta f’żieda fil-proporzjon tal-kapital regolatorju tal-Bank li tqis l-elementi rilevanti kollha, b’mod partikolari l-profitt/it-telf imdaħħal fit-tranżazzjonijiet u t-tnaqqis tal-assi mwieżna għar-riskju li jirriżultaw mill-bejgħ (jekk ikun meħtieġ, korrett għaż-żieda tal-assi mwieżna għar-riskju li tirriżulta minn konnessjonijiet finanzjarji li jkun għad fadal).
(3) Offerta għall-kapital akkrexxittiv fis-settur tal-assigurazzjoni: offerta li tirriżulta f’żieda fil-proporzjon tal-kapital regolatorju tal-Bank. Kwalunkwe offerta ogħla mill-valur kontabilistiku tal-attività tal-assigurazzjoni fil-kont tal-Bank awtomatikament tiġi stmata bħala kapital akkrexxittiv.
(4) Għeluq: id-data tat-trasferiment tat-titolu legali tan-Negozju taċ-Ċessjoni lix-Xerrej.
(5) Negozju taċ-Ċessjoni: in-negozji u l-assi kollha li l-Bank jimpenja li jbiegħ.
(6) Data tad-Dħul fis-Seħħ: id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni.
(7) Tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar: il-31 ta’ Diċembru 2018.
(8) Assi barranin jew assi mhux Griegi: assi li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tal-klijenti barra mill-Greċja, indipendentament mill-pajjiż fejn jiddaħħlu l-assi. Pereżempju, l-assi mdaħħla fil-Lussemburgu iżda li jirrelataw mal-attivitajiet tal-klijenti fil-Greċja mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni. Bil-maqlub, l-assi mdaħħlin fil-Lussemburgu jew fil-Greċja iżda li jirrelataw mal-attivitajiet tal-klijenti f’pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa (SEE) oħrajn huma kkunsidrati bħala assi barranin u huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni.
(9) Negozji barranin: sussidjari u fergħat bankarji u mhux bankarji barranin tal-Bank.
(10) Sussidjarji barranin: is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji kollha tal-Bank barra mill-Greċja.
(11) Attivitajiet bankarji Griegi: l-attivitajiet bankarji Griegi tal-Bank, indipendentament minn fejn jiddaħħlu l-assi.
(12) Attivitajiet mhux bankarji Griegi: l-attivitajiet mhux bankarji Griegi tal-Bank, indipendentament minn fejn jiddaħħlu l-assi.
(13) Sussidjarji Griegi: is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji Griegi kollha tal-Bank.
(14) Fiduċjarju ta’ Sorveljanza: Persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar, indipendenti mill-Bank, approvata mill-Kummissjoni u maħtura mill-Bank; il-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza għandu d-dmir li jissorvelja l-konformità tal-Bank mal-Impenji.
(15) Xerrej: persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar biex tikseb, b’mod sħiħ jew pazjali, in-Negozju tal-Bejgħ.
(16) Bejgħ: Il-bejgħ ta’ 100 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja miżmuma mill-Bank, sakemm l-Impenn individwali ma jkunx jgħid mod ieħor.
Għall-iskop tal-Impenji, is-singular ta’ dawk it-termini għandu jinkludi l-plural (u viċe versa), sakemm l-Impenni ma jistipulawx mod ieħor.
KAPITOLU II
IMPENJI TA’ RISTRUTTURAR
(1) Numru ta’ fergħat fil-Greċja: In-numru ta’ fergħat fil-Greċja għandu jammonta għal massimu ta’ […] fil-31 ta’ Diċembru 2017.
(2) Numru ta’ impjegati fil-Greċja: In-numru ta’ ekwivalenti għall-full time (“l-FTEs”) fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) għandhom jammontaw għal massimu ta’ […] fil-31 ta’ Diċembru 2017.
(3) Kostijiet totali fil-Greċja: Il-kostijiet totali fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) jammontaw għal massimu ta’ EUR 800 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2017.
(4) Il-kostijiet tad-depożiti fil-Greċja: Sabiex jirrestawra l-profitabbiltà tiegħu ta’ qabel il-provvediment fis-suq Grieg, il-Bank għandu jnaqqas l-ispiża tal-iffinanzjar permezz tat-tnaqqis tal-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja (inklużi it-tfaddil, id-depożiti liberi u b’terminu u prodotti simili oħra offruti lill-klijenti u li l-kostijiet tagħhom jiġġarrbu mill-Bank) […].
(5) Proporzjon self-depożiti nett fil-Greċja: Għall-attivitajiet bankarji Griegi, il-proporzjon self-depożiti nett jammonta għal massimu ta’ 115 % fil-31 ta’ Diċembru 2017. […]
(6) Appoġġ għas-sussidjarji barranin: Għal kull sussidjarju barrani, b’mod kumulattiv mid-Data tad-Dħul fis-Seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Bank ma jipprovdix ekwità addizzjonali jew kapital subordinat għal ammont ikbar mill-ogħla ta’ (i) […]% tal-assi mwieżna għar-riskju tat-tali sussidjarju fil-31 ta’ Diċembru 2012 jew (ii) EUR […] miljun. Jekk il-Bank ikollu l-ħsieb li jinjetta ekwità jew dejn subordinat fis-sussidjarju barrani ta’ ammont ogħla mil-limitu definit, għandu jitlob lill-Awtoritajiet Griegi biex jiksbu deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex temenda l-pjan ta’ ristrutturar.
(…)
|
(a) |
[…] |
|
(b) |
[…]. |
|
(c) |
[…] |
|
(d) |
[…] |
|
(e) |
[…] |
(…)
(7) Id-diżingranaġġ tal-assi mhux Griegi sat-30 ta’ Ġunju 2018: Id-daqs totali tal-portafoll tal-assi barranin jitnaqqas għal ammont massimu ta’ EUR 8,77 biljun sat-30 ta’ Ġunju 2018.
|
(7.1) |
Jekk il-Bank jirċievi għajnuna addizzjonali ta’ iktar minn EUR 1 biljun u inqas mill-ammont ta’ għajnuna nnotifikata, imbagħad id-daqs totali tal-portafoll tal-assi barranin jitnaqqas għal ammont massimu ta’ EUR 3,5 biljun sat-30 ta’ Ġunju 2018. Jekk il-bejgħ tan-negozji barranin jintuża biex tintlaħaq il-mira, l-għeluq ta’ kull bejgħ ma jkunx iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(7.2) |
[…] |
|
(7.3) |
[…] |
(8) Il-bejgħ tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni: Il-bejgħ tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni (tal-ħajja jew mhux tal-ħajja) jiġi kkompletat (jiġifieri, magħluq) sal-[…]. […]
Il-Bank u l-konsulenti tiegħu jistiednu lix-xerrejja potenzjali biex jissottomettu offerta minima ta’ 80 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja u l-Bank jindika r-rieda tiegħu li jidħol fi ftehim bankarju ta’ sħubija ta’ assigurazzjoni, li joffri n-netwerk tad-distribuzzjoni tiegħu u jżomm sa 20 % ta’ sehem minoritarju.
(9) Il-bejgħ tas-sussidjarju tal-Proprjetà Immobbli: Il-Bank inaqqas il-parteċipazzjoni tiegħu għal 20 % fil-Eurobank Properties REIC sal-31 ta’ Diċembru 2016. […]
(10) Il-bejgħ tal-investimenti tal-ekwità, bonds subordinati u bonds ibridi: Il-valur tad-dħul (minbarra s-sussidjarji tal-assigurazzjoni regolati) tal-portafoll tat-titoli tal-bank definit kif ġej, ikun inqas minn EUR 35 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015. […]
(11) Għal kwalunkwe bejgħ, ir-Repubblika Ellenika timpenja ruħha li:
|
(a) |
Ix-Xerrej ikun indipendenti u mhux konness mal-Bank; |
|
(b) |
Għall-iskop li jakkwista n-Negozju taċ-Ċessjoni, ix-Xerrej ma jiġix iffinanzjat b’mod dirett jew indirett mill-Bank; |
|
(c) |
Il-Bank, għal perjodu ta’ 5 snin minn wara l-għeluq tal-bejgħ, ma jakkwistax influwenza diretta jew indiretta fuq in-Negozju taċ-Ċessjoni fit-totalità tiegħu jew parti minnu, mingħajr approvazzjoni minn qabel mingħand il-Kummissjoni. |
(12) Politika ta’ investiment: Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Bank ma jixtrix titoli tal-grad mhux tal-investiment.
[…]
(13) Limitu ta’ salarju: Sal-[…], il-Bank mhu se jħallas lill-ebda impjegat jew maniġer rimunerazzjoni annwali totali (paga, kontribuzzjoni tal-pensjoni, bonus) ogħla minn […]. F’każ ta’ injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF, il-limitu ta’ rimunerazzjoni jerġa’ jiġi evalwat skont il-Komunikazzjoni Bankarja Ewropea tal-1 ta’ Awwissu 2013.
KAPITOLU III
L-IMPENJI DWAR IT-TMEXXIJA KORPORATTIVA U L-OPERATI KUMMERĊJALI – ESTENSJONI U EMENDI
|
(1) |
Il-Bank għandu jkompli jimplimenta l-Impenji dwar it-Tmexxija Korporattiva u l-Operati Kummerċjali, kif mibgħuta mir-Repubblika Ellenika fl-20 ta’ Novembru 2012, bl-emendi sussegwenti stipulati fil-Kapitolu III tal-Impenji, sat-30 ta’ Ġunju 2018. Rigward il-Eurobank Properties REIC, l-Impenji stipulati fil-Kapitolu III, Taqsima A (3) (jiġifieri, konformità mal-Qafas ta’ Relazzjoni tal-HFSF), Taqsima C (paragrafu (27)) (Dividendi, Kupun, Xiri mill-Ġdid, Projbizzjoni ta’ Sejħa jew ta’ Xiri Lura), Taqsima C (paragrafu 28)) (Projbizzjoni ta’ akkwist), kif ukoll il-Kapitolu IV (Fiduċjarju ta’ Sorveljanza), għandu jieqaf japplika għas-sussidjarju mill-mument li l-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Bank fil-Eurobank Properties REIC titnaqqas taħt il-[…]% |
|
(2) |
F’każ li Impenn individwali ma japplikax fil-livell tal-Bank, il-Bank ma għandux juża s-sussidjarji jew l-attivitajiet mhux koperti mit-tali Impenn individwali biex jevita l-Impenn. |
Taqsima A
L-Istabbiliment ta’ organizzazzjoni interna effiċjenti u adegwata
|
(3) |
Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, għandu jirrispetta f’kull ħin it-totalità tad-dispożizzjonijiet tal-liġi 3016/2002 dwar it-Tmexxija Korporattiva u l-liġi 2190/1920 dwar is-Sociétés Anonymes u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet b’konnessjoni mal-funzjonijiet tal-korpi korporattivi bħal-laqgħa tal-azzjonisti u l-Bord tad-Diretturi sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u trasparenza. Il-poteri tal-laqgħa tal-azzjonisti għandhom ikunu ristretti għall-kompiti ta’ laqgħa ġenerali f’konformità mal-liġi tal-kumpanija, b’mod partikolari fir-rigward ta’ drittijiet relatati mal-informazzjoni. Poteri iktar estensivi li jippermettu influwenza inadegwata fuq il-ġestjoni għandhom jiġu revokati. Ir-responsabbiltà tal-ġestjoni operattiva ta’ kuljum għandha tibqa’ b’mod ċar f’idejn id-Diretturi tal-Bank. |
|
(4) |
Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, għandu jikkonforma dejjem mal-Qafas ta’ Relazzjoni tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“l-HFSF”). |
|
(5) |
Il-Bank għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Gvernatur 2577/9.3.2006, kif inhu fis-seħħ, sabiex fuq bażi individwali u ta’ grupp, iżomm struttura organizzattiva effettiva u Sistema ta’ Kontroll Intern adegwata, inkluż it-tliet pilastri prinċipali, jiġifieri, l-Awditjar Intern, il-funzjonijiet tal-Ġestjoni tar-Riskju u l-Konformità u l-aħjar prattiċi ta’ tmexxija korporattiva internazzjonali. |
|
(6) |
Il-Bank għandu jkollu struttura organizzattiva effiċjenti, sabiex jiżgura li d-dipartimenti tal-Awditjar Intern u tal-Ġestjoni tar-Riskju jkunu kompletament indipendenti minn netwerks kummerċjali u jirrappurtaw direttament lill-Bord tad-Diretturi. Kumitat tal-Awditjar u Kumitat tar-Riskju – maħluq mill-Bord tad-Diretturi – għandu jivvaluta l-kwistjonijiet kollha mqajma mid-dipartimenti rispettivi. Karta tal-Awditjar Intern u Karta tal-Ġestjoni tar-Riskju adegwati għandhom jispeċifikaw ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u r-riżorsi tat-tali dipartimenti. Dawk il-karti għandhom jikkonformaw mal-istandards internazzjonali u għandhom jiżguraw l-indipendenza sħiħa lid-dipartimenti. Politika ta’ Kreditu għandha tipprovdi gwida u istruzzjonijiet dwar l-għoti tas-self, inkluż l-ipprezzar tas-self u r-ristrutturar tas-self. |
|
(7) |
Il-Bank għandu jippubblika, għall-awtoritajiet kompetenti, il-lista tal-azzjonisti li għandhom mill-inqas 1 % tal-ishma ordinarji. |
Taqsima B
Prattiċi kummerċjali u s-sorveljanza tar-riskju
|
(8) |
Il-Politika dwar il-Kreditu għandha tispeċifika li l-klijenti kollha għandhom jiġu trattati permezz ta’ proċeduri mhux diskriminatorji minbarra dawk relatati mar-riskju ta’ kreditu u l-ħila li wieħed iħallas. Il-Politika dwar il-Kreditu tiddefinixxi l-limiti li jekk jinqabżu, l-għoti tas-self gġandu jiġi approvat minn livelli amministrattivi ogħla. Limiti simili għandhom jiġu definiti dwar ir-ristrutturar tas-self u l-immaniġġjar tat-talbiet u l-litigazzjonijiet. Il-Politika ta’ Kreditu għandha tiċċentralizza f’ċentri magħżula, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-livell nazzjonali u għandha tagħti salvagwardji ċari biex tiżgura implimentazzjoni konsistenti tal-istruzzjonijiet tagħha fl-attivitajiet bankarji Griegi kollha. |
|
(9) |
Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank għandu jinkorpora bis-sħiħ ir-regoli tal-Politika ta’ Kreditu fl-oriġini tas-self u l-fluss tax-xogħol tal-finanzjament mill-ġdid tas-self u s-sistemi ta’ żborżament. |
|
(10) |
Id-dispożizzjonijiet speċifiċi elenkati fil-paragrafi (8) sa (18) tal-Kapitolu III tal-Impenji għandhom japplikaw għall-attivitajiet bankarji Griegi, sakemm ma jingħadx mod ieħor b’mod espliċitu |
|
(11) |
Il-Politika ta’ Kreditu għandha teħtieġ li l-ipprezar tas-self u s-self ipotekarju jikkonforma ma’ linji gwida stretti. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu l-obbligu li jirrispettaw b’mod strett it-tabelli standard tal-faxex (meded) tar-rati tal-imgħax tal-politika ta’ kreditu skont il-maturità tas-self, il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-konsumatur, l-irkupru mistenni tal-kollateral imwiegħed (inkluż il-qafas taż-żmien għal-likwidazzjoni potenzjali), ir-relazzjoni inġenerali mal-Bank (eż. il-livell u l-istabbiltà tad-depożiti, l-istruttura tal-miżati u attivitajiet ta’ bejgħ lil xulxin) u l-ispiża tal-finanzjament tal-Bank. Klassijiet tal-assi tas-self speċifiċi jiġu ġġenerati (eż. self kummerċjali, self ipotekarju, sikur/mhux sikur, eċċ.) u l-qafas tal-ipprezzar tagħhom jiġi pprovdut f’Tabella tal-Politika ta’ Kreditu adegwata li għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari mill-Kumitat għall-Kreditu. Kwalunkwe eċċezzjoni għandha tkun awtorizzata kif suppost mill-Kumitat għall-Kreditu, jew f’livell iktar baxx ta’ awtorità meta jkun permess mill-Politika ta’ Kreditu. Tranżazzjonijiet magħmula apposta bħas-self sindikat jew finanzjament ta’ proġetti għandhom jirrispettaw l-istess prinċipji, filwaqt li jitqies kif suppost il-fatt li jaf ma jkunux joqogħdu fit-tabelli standardizzati tal-politika ta’ kreditu. Il-ksur ta’ dik il-politika tal-ipprezzar għandu jiġi rrappurtat lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza. |
|
(12) |
Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskju għandu jkun responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u l-valutazzjoni tal-kollateral. Meta jivvaluta l-kwalità tas-self, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskju għandu jaġixxi b’mod indipendenti, filwaqt li jagħti l-opinjoni tiegħu bil-miktub sabiex jiżgura li l-kriterji użati fil-valutazzjoni jiġu applikati b’mod konsistenti matul iż-żmien u fost il-klijenti u fir-rigward tal-politika ta’ kreditu tal-Bank. |
|
(13) |
Rigward self lil individwi u entitajiet legali, għall-attivitajiet bankarji kollha, fuq il-bażi tal-aħjar prattiċi internazzjonali, il-Bank għandu japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont tas-self massimu li jista’ jingħata lil riskju ta’ kreditu waħdu (jekk fuq kollox ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE). Dawk il-limiti għandhom iqisu l-maturità tas-self u l-kwalità ta’ kwalunkwe kollateral/sigurtà mogħtija u għandhom jiġu stabbiliti fil-konfront ta’ punti ta’ referenza ewlenin, inklużi fil-konfront tal-kapital. |
|
(14) |
L-għoti tas-self (1) biex tippermetti lil min jissellef jixtri ishma jew strumenti ibridi tal-Bank u banek oħrajn (2) għandu jiġi pprojbit, ikunu min ikunu dawk li jisselfu (3). Din id-dispożizzjoni għandha tapplika u għandha tiġi ssorveljata fil-livell tal-Bank. |
|
(15) |
It-talbiet kollha għas-self mingħand dawk li jisselfu li mhumiex konnessi, iktar minn [[…]% tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank] jew kwalunkwe self li jżomm l-espożizzjoni għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta’ dawk li jisselfu konnessi li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu wieħed) ogħla minn [[…]% tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank] għandhom jiġu rrappurtati lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza, li jekk il-kundizzjonijiet ma jidhrux li huma stabbiliti b’mod indipendenti jew jekk ma tingħatax informazzjoni biżżejjed lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza, jistgħu jipposponu l-għoti tal-linja ta’ kreditu jew is-self b’[…] jum ta’ ħidma. F’każijiet ta’ emerġenza, dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal […] jum ta’ ħidma sakemm tkun ingħatat informazzjoni biżżejjed mill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza. Dak il-perjodu se jippermetti lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel ma tittieħed xi deċiżjoni definittiva mill-Bank. |
|
(16) |
Il-Politika dwar il-Kreditu għandha tagħti istruzzjonijiet ċari dwar ir-ristrutturar tas-self. Tiddefinixxi b’mod ċar liema self huwa eliġibbli, taħt liema ċirkostanzi u tindika t-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu proposti għall-klijenti eliġibbli. Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank għandu jiżgura li r-ristrutturar kollu jimmira biex itejjeb irkupri futuri mill-Bank, b’hekk jissalvagwardja l-interess tal-Bank. Fl-ebda każ il-politika ta’ ristrutturar ma hija sejra tipperikola l-profitabbiltà futura tal-Bank. Għal dan il-għand, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskju tal-Bank għandu jkun responsabbli għall-iżvilupp u l-użu ta’ mekkaniżmi adegwati tar-rappurtar tal-effikaċja tar-ristrutturar, għat-twettiq ta’ analiżi fil-fond tal-aħjar prattiċi interni u/jew esterni, għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu mill-inqas kull tliet xhur lill-Kumitat għall-Kreditu u l-Kumitat għar-Riskju tal-Bord, jissuġġerixxi titjib azzjonabbli għall-proċessi u l-politiki involuti u jissorvelja u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħhom lill-Kumitat ta’ Kreditu u l-Kumitat tar-Riskju tal-Bord. |
|
(17) |
Għall-attivitajiet bankarji kollha, il-Bank għandu jadotta politika ta’ pretensjoni u litigazzjoni li timmira li timmassimizza l-irkupru u tipprevjeni kwalunkwe diskriminazzjoni jew trattament preferenzjali fil-ġestjoni tal-litigazzjonijiet. Il-Bank għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex jimmassimizzaw l-irkupri għall-Bank u jipproteġu l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fit-tul. Kwalunkwe ksur fl-implimentazzjoni tat-tali politika għandu jiġi rrappurtat lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza. |
|
(18) |
Il-Bank għandu jissorvelja r-riskju ta’ kreditu permezz ta’ sett żviluppat tajjeb ta’ twissijiet u rapporti li jippermettu lid-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskju biex: (i) jidentifika sinjali bikrija ta’ indeboliment ta’ self u avvenimenti ta’ inadempjenza; (ii) jivvaluta r-rekuperabbiltà tal-portafoll tas-self (inkluż, iżda mhux limitat għas-sorsi ta’ ħlas mill-ġdid bħal kodebituri u garanti, kif ukoll garanziji mwiegħda jew disponibbli iżda mhux imwiegħda); (iii) jivvaluta l-espożizzjoni ġenerali tal-Bank fuq klijent individwali jew fuq bażi ta’ portafoll; u (iv) jipproponi azzjonijiet korrettivi u mtejba lill-Bord tad-Diretturi kif meħtieġ. Il-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza għandu jingħata aċċess għat-tali informazzjoni. |
|
(19) |
Id-dispożizzjonijiet kollha li japplikaw għal dawk li jisselfu konnessi għandhom japplikaw fil-livell tal-Bank. |
|
(20) |
Fil-Politika ta’ Kreditu, għandha tkun iddedikata taqsima speċifika għar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet ma’ dawk li jisselfu konnessi. Dawk li jisselfu konnessi jinkludu impjegati, azzjonisti, diretturi, maniġers, kif ukoll il-konjuġi, it-tfal u l-aħwa tagħhom u kwalunkwe entità legali kkontrollata b’mod dirett jew indirett minn impjegati prinċipali (jiġifieri, involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Politika ta’ Kreditu), azzjonisti, diretturi jew maniġers u l-konjuġi, it-tfal u l-aħwa tagħhom. Permezz ta’ estensjoni, kwalunkwe istituzzjoni pubblika jew organizzazzjoni kkontrollata mill-gvern, kwalunkwe kumpanija pubblika jew aġenzija tal-gvern għandha tiġi kkunsidrata bħala dak li jissellef konness. Il-partiti politiċi għandhom jiġu trattati wkoll bħala dawk li jisselfu konnessi fil-Politika ta’ Kreditu. Għandha tingħata enfasi partikolari fuq id-deċiżjonijiet dwar kwalunkwe ristrutturar jew tniżżil fil-valur tas-self għall-impjegati attwali jew ta’ qabel, diretturi, azzjonisti, maniġers u l-qraba tagħhom, kif ukoll politiki segwiti fl-adegwatezza, il-valutazzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-ipoteki u l-esklużjoni tal-kollateral tas-self. Id-definizzjoni ta’ dawk li jisselfu konnessi ġiet speċifikata iktar f’dokument separat. |
|
(21) |
Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskju għandu jkun responsabbli għall-immappjar tal-gruppi konnessi kollha ta’ dawk li jisselfu li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu wieħed bil-ħsieb li jissorveljaw kif suppost il-konċentrazzjoni tar-riskju ta’ kreditu. |
|
(22) |
Rigward self lil individwi u entitajiet legali, fuq il-bażi tal-aħjar prattiċi internazzjonali, il-Bank japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont tas-self massimu li jista’ jingħata lil riskju ta’ kreditu waħdu (jekk fuq kollox ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE). |
|
(23) |
Il-Bank għandu b’mod separat jissorvelja l-espożizzjoni tiegħu għal dawk li jisselfu konnessi, inkluż l-entitajiet tas-settur pubbliku u l-partijiet politiċi. Il-produzzjoni l-ġdida tas-self (4) għal dawk li jisselfu konnessi (% annwali ta’ stokk Y-1 (5)) ma għandhiex tkun ogħla mill-produzzjoni l-ġdida tal-portafoll ta’ self totali fil-Greċja ((% annwali ta’ stokk Y-1). L-Impenn għandu jikkonforma separatament għal kull tip ta’ dawk li jisselfu konnessi (impjegati, azzjonist, maniġers, entitajiet pubbliċi, partit politiku). Il-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ dawk li jisselfu konnessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar u r-ristrutturar possibbi offrut lilhom, ma għandux ikun iktar vantaġġuż meta mqabbel mal-kondizzjonijiet offruti lil dawk li jisselfu simili iżda mhux konnessi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-ekonomija Griega. Dan l-obbligu ma japplikax għal skemi ġenerali eżistenti li huma ta’ benefiċċju għall-impjegati, li joffrulhom self sussidjat. Il-Bank għandu jirrapporta kull xahar dwar l-evoluzzjoni tat-tali espożizzjoni, l-ammont tal-produzzjoni l-ġdida u t-talbiet riċenti ogħla minn [[…]% tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank] li għandhom jiġu indirizzati fil-Kumitat ta’ kreditu. |
|
(24) |
Il-kriterji ta’ kreditu applikati għall-impjegati/maniġers/azzjonisti ma għandhomx ikunu inqas stretti minn dawk applikati għal dawk li jisselfu mhux konnessi oħra. Jekk l-espożizzjoni ta’ kreditu totali għal impjegat/maniġer/azzjonist wieħed taqbeż ammont ugwali għal salarju fiss ta’ [[…]] għas-self sikur u ammont ugwali għal salarju fiss ta’ [[…]] għal self mhux sikur, l-espożizzjoni għandha tiġi rrappurtata fil-pront lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza li jista’ jintervjeni u jipposponi l-għoti tas-self skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu (24) tal-Kapitolu III tal-Impenji. |
|
(25) |
It-talbiet kollha għas-self mingħand dawk li jisselfu konnessi, iktar minn [[…]% tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank] jew kwalunkwe self li jżomm l-espożizzjoni għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta’ dawk li jisselfu konnessi li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu wieħed) ogħla minn [[…]% tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank] għandhom jiġu rrappurtati lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza, li jekk il-kundizzjonijiet ma jidhrux li huma stabbiliti b’mod indipendenti jew jekk ma tkunx ingħatat informazzjoni biżżejjed lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza, jistgħu jipposponu l-għoti tal-linja ta’ kreditu jew is-self b’[…] jum ta’ ħidma. F’każijiet ta’ emerġenza, it-tali perjodu jista’ jitnaqqas għal […] jum ta’ ħidma sakemm tkun ingħatat informazzjoni biżżejjed mill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza. It-tali perjodu jippermetti lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel ma tittieħed xi deċiżjoni definittiva mill-Bank. |
|
(26) |
Ir-ristrutturar tas-self li jinvolvi dawk li jisselfu konnessi għandu jikkonforma mal-istess rekwiżiti bħal dawk ta’ dawk li jisselfu mhux konnessi. Barra minn hekk, l-oqfsa u politiċi stabbiliti biex jindirizzaw l-assi f’diffikultà għandhom jiġu vvalutati u mtejba, jekk ikun meħtieġ. Madankollu, huwa mistenni li s-self ristrutturat ta’ dawk li jisselfu konnessi għandhom jiġu rrappurtati separatament, mill-inqas għal kull klassi tal-assi tas-self u tip ta’ dawk li jisselfu konnessi. |
Taqsima C
Restrizzjonijiet oħra
(27) Dividend, Kupun, Xiri mill-Ġdid, Projbizzjoni ta’ Sejħa u ta’ Xiri Lura: Sakemm il-Kummissjoni ma taqbilx mod ieħor għal eżenzjoni, ir-Repubblika Ellenika timpenja ruħha li:
|
(a) |
Il-Bank ma għandu jħallas l-ebda kupun fuq l-istrumenti tal-kapital ibridi (jew kwalunkwe strument ieħor li għalih il-ħlas tal-kupun huwa diskrezzjonali) jew dividend fuq l-istrumenti tal-fondi propji u strumenti tad-dejn subordinati għajr fejn ikun hekk obbligu legali li jsir hekk. Il-Bank ma għandux jirrilaxxa riżervi biex ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni bħal din. F’każ ta’ dubju dwar jekk, għall-iskop ta’ dan l-Impenn, jeżistix obbligu legali, il-Bank għandu jissottometti l-kupun propost jew il-ħlas tad-dividend lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni; |
|
(b) |
Il-Bank ma għandu jerġa’ jixtri l-ebda sehem propju tiegħu jew jeżerċita għażla ta’ sejħa fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti tal-fondi u l-istrumenti tad-dejn subordinati; |
|
(c) |
Il-Bank ma għandux jixtri lura strumenti tal-kapital ibridi. |
(28) Projbizzjoni tal-akkwist: Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank ma għandu jikseb l-ebda sehem fl-ebda impriża, kemm jekk ikunu assi jew trasferiment ta’ sehem. Il-projbizzjoni fuq l-akkwisti tkopri kemm l-impriżi li għandhom il-forma legali ta’ kumpanija u kwalunkwe pakkett ta’ assi li jifforma negozju (6).
(i) Eżenzjoni li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni: Minkejja t-tali projbizzjoni, il-Bank, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni u fejn xieraq, fuq il-proposta tal-HFSF, jista’ jikseb negozji u azjendi jekk ikun meħtieġ f’ċirkostanzi eċċezzjonali biex ireġġa’ lura l-istabbiltà finanzjarja jew biex jiżgura kompetizzjoni effettiva.
(ii) Eżenzjoni li ma teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni: Il-Bank jista’ jikseb ishma f’impriżi sakemm:
|
(a) |
Il-prezz tax-xiri mħallas mill-Bank għal kwalunkwe akkwist inqas minn [[…]%] tad-daqs tal-karta tal-bilanċ (7) tal-Bank fid-Data tad-Dħul fis-Seħħ tal-Impenji (8); u |
|
(b) |
Il-prezzijiet tax-xiri kumulattivi mħallsa mill-Bank għal dawn l-akkwisti kollha li jibdew mid-Data tad-Dħul fis-Seħħ tal-Impenju sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, huma inqas minn [[…]%] tad-daqs tal-karta tal-bilanċ tal-Bank fid-Data tad-Dħul fis-Seħħ tal-Impenji. |
(iii) Attivitajiet li ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni tal-akkwist: Il-projbizzjoni tal-akkwist ma għandhiex tkopri akkwisti li jseħħu fil-kors ordinarju tan-negozju bankarju fil-ġestjoni ta’ pretensjonijiet eżistenti lejn ditti f’diffikultà.
(29) Projbizzjoni tar-reklamar: Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank għandu joqgħod lura minn reklamar li jirreferi għal appoġġ għall-istat u minn kwalunkwe strateġiji kummerċjali aggressivi li ma jseħħux mingħajr l-appoġġ tar-Repubblika Ellenika.
KAPITOLU IV
FIDUĊJARJU TA’ SORVELJANZA
|
(1) |
Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank għandu jemenda u jestendi l-mandat tal-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza approvat mill-Kummissjoni u maħtur mill-Bank fit-22 ta’ Frar 2013 sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Il-Bank għandu jwessa’ wkoll l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-mandat biex jinkorpora s-sorveljanza (i) tal-pjan tar-ristrutturar u (ii) tal-Impenji kollha stabbiliti f’dan il-katalogu. |
|
(2) |
Erba’ ġimgħat wara d-Data Effettiva tal-Impenji, ir-Repubblika Ellenika għandha tibgħat it-termini kollha tal-mandat emendat lill-Kummissjoni, li għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa biex jippermettu lill-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza jissodisfa d-drittijiet tiegħu skont it-tali Impenji. |
|
(3) |
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-Fiduċjarju ta’ Sorveljanza f’dokument separat. |
(1) Għall-iskop tat-tali Impenn, it-termini “self” għandu jiġi interpretat largo sensu, bħala kwalunkwe tip ta’ finanzjament, eż. faċilità ta’ kreditu, garanzija, eċċ.
(2) Għal kjarifika, “banek oħra” jirreferu għal kwalunkwe bank – istituzzjoni finanzjarja fid-dinja.
(3) Għal kjarifika, kull min jissellef, inkluż il-klijenti bankarji privati tal-bank huma koperti mit-tali Impenn.
(4) Għal kjarifika, il-produzzjoni l-ġdida ta’ self tkopri wkoll il-qlib tas-self u r-ristrutturar ta’ self eżistenti.
(5) Għal kjarifika, “% annwali ta’ stokk Y-1” tirreferi għall-produzzjoni ġdida bħala perċentwal tal-istokk fl-aħħar tas-sena ta’ qabel. L-ammont tar-RWA huwa dak tal-aħħar tas-sena.
(6) Għal kjarifika, għall-iskop ta’ dak l-Impenn, l-Ekwità Privata tal-Bank/Negozju ta’ Kapital ta’ Riskju għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-Impenn. F’dan ir-rigward, il-Bank għandu jagħmel talba formali lill-Kummissjoni, li għandha tinkludi pjan ta’ negozju għat-tali entità.
(7) Għal kjarifika, għall-iskop tat-tali Impenn, id-daqs tal-karta tal-bilanċ huwa ugwali għall-assi totali tal-Bank.
(8) Għal kjarifika, f’każ li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni biex titneħħa l-projbizzjoni tal-akkwist tinkiseb skont il-punt i., paragrafu (28), Kapitolu III tal-Impenji, il-karta tal-bilanċ tal-Bank fid-Data tad-Dħul fis-Seħħ tal-Impenji għandha tiġi kkalkulata biex tinkludi wkoll l-assi tal-entitajiet miksuba jew l-assi miksuba fid-data tal-akkwist.
Appendiċi
TBASSIR MAKROEKONOMIKU GĦALL-OPERATI DOMESTIĊI GRIEGI
|
% tkabbir annwali (sakemm mhux spċifikat mod ieħor) |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
Rata tat-tkabbir kumulattiv 2013-2017 |
|
PDG reali |
–6,4 |
–4,2 |
0,6 |
2,9 |
3,7 |
3,5 |
6,4 |
|
Tkabbir tas-self nominali Greċja |
–6,4 |
–4,2 |
0,6 |
2,9 |
3,7 |
3,5 |
6,4 |
|
Deflatur tal-PDG |
–0,8 |
–1,1 |
–0,4 |
0,4 |
1,1 |
1,3 |
1,3 |
|
Prezzijiet tal-proprjetà |
–11,7 |
–10 |
–5 |
0 |
2 |
3,5 |
|
|
Introjtu disponibbli domestiku nominali |
–8,8 |
–9,5 |
–0,3 |
–0,4 |
2,6 |
3,6 |
–4,5 |
|
Depożiti tas-Settur Privat |
–7 |
1,3 |
1 |
3,4 |
5 |
5 |
16,6 |
|
Qgħad (%) |
24,2 |
27 |
26 |
24 |
21 |
18,6 |
|
|
Rata tar-rifinanzjament tal-BĊE (%) |
0,75 |
0,5 |
0,5 |
1 |
1,5 |
1,75 |
|
|
Quċċata tal-formazzjoni tal-NPL |
|
|
2H2014 |
|
|
|
|
|
3 xhur Euribor (medja, %) |
|
0,24 |
0,43 |
0,75 |
1,25 |
1,80 |
|
|
Aċċess għas-swieq kapitali - repos |
|
IVA-L-ebda limitu |
|
||||
|
Aċċess għas-swieq kapitali - garantit/prijoritarju mhux garantit |
|
IVA – sa EUR 500 miljun kull wieħed |
IVA – sa EUR 1 biljun kull wieħed |
IVA-L-ebda limitu |
|
||