Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0805

    2014/805/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE li tistabbilixxi lista ta' programmi ta' kooperazzjoni u tindika l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal kull programm taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014–2020 (notifikata bid-dokument C(2014) 8423)

    ĠU L 332, 19.11.2014, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/805/oj

    19.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/31


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Novembru 2014

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE li tistabbilixxi lista ta' programmi ta' kooperazzjoni u tindika l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal kull programm taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014–2020

    (notifikata bid-dokument C(2014) 8423)

    (2014/805/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment stabbilit bl-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2),

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/366/UE (3), skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, il-Kummissjoni stabbiliet il-kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), iżda kienet għadha mhijiex f'pożizzjoni li tindika wkoll il-kontribuzzjoni mill-FEŻR lil programmi transfruntiera u dawk tal-baċini tal-baħar taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    (2)

    Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR lil programmi transfruntiera u dawk tal-baċini tal-baħar taħt l-ENI għal kull Stat Membru għandha tingħata bil-kundizzjoni li mill-inqas ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-ENI.

    (3)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 4a

    Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR għall-programmi transfruntiera u tal-baċini tal-baħar taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 għal kull Stat Membru tkun kif stabbilita fl-Anness V”

    .

    (2)

    It-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness V.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Corina CRETU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

    (2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/366/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi lista ta' programmi ta' kooperazzjoni u tindika l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal kull programm taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 178, 18.6.2014, p. 18).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).


    ANNESS

    “ANNESS V

    Kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għal programmi transfruntiera u tal-baċini tal-baħar taħt l-ENI għal ċerti Stati Membri

    (EUR, prezzijiet kurrenti)

    Stati Membri

    Trasferiment lill-ENI

    Il-Bulgarija

    3 244 476

    L-Estonja

    10 230 000

    Il-Greċja

    9 471 678

    Spanja

    117 620 933

    Franza

    12 200 000

    L-Italja

    81 539 000

    Ċipru

    500 000

    Il-Latvja

    26 100 000

    Il-Litwanja

    50 000 000

    L-Ungerija

    22 976 000

    Malta

    1 000 000

    Il-Polonja

    135 800 000

    Il-Portugall

    743 294

    Ir-Rumanija

    88 000 000

    Is-Slovakkja

    6 000 000

    Il-Finlandja

    60 000 000

    L-Isvezja

    9 000 000

    TOTAL

    634 425 381


    Top