This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0218
Council Decision of 9 April 2014 amending Annexes I, II and III to Decision 2011/432/EU on the approval, on behalf of the European Union, of the Hague Convention of 23 November 2007 on the International Recovery of Child Support and Other Forms of Family Maintenance
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2014 li tmeneda l-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2014 li tmeneda l-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja
ĠU L 113, 16.4.2014, p. 1–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta' April 2014
li tmeneda l-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja
(2014/218/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 81(3), flimkien mal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/432/UE (2) fiha d-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru mill-Unjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (“il-Konvenzjoni”), skont l-Artikolu 63 tagħha. |
(2) |
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/432/UE tindika ir-riżerva li għandha ssir mill-Unjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 62 tagħha. |
(3) |
L-Anness III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE jindika r-riżerva li għandha ssir mill-Unjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni, skont l-Artikolu 63 tagħha. |
(4) |
Huwa neċessarju li l-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2011/432/UE jiġu emendati qabel ma l-Unjoni tiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni tal-Konvenzjoni minħabba l-adeżjoni tal-Unjoni tal-Kroazja fl-1 ta' Lulju 2013 u minħabba n-notifiki minn xi Stati Membri dwar emendi għar-riżerva u dikjarazzjonijiet dwarhom. |
(5) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(6) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/432/UE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness I jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni; |
(2) |
L-Anness II jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni; |
(3) |
L-Anness III jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Opinjoni tas-17 ta' April 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 39).
ANNESS I
“ANNESS I
Dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat- 23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (‘il-Konvenzjoni’) f'konformità mal-Artikolu 63 tal-Konvenzjoni
A. DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 59(3) TAL-KONVENZJONI RIGWARD IL-KOMPETENZA TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-MATERJI RREGOLATI MILL-KONVENZJONI
1. |
L-Unjoni Ewropea tiddikjara li hija teżerċita kompetenza fil-materji kollha rregolati mill-Konvenzjoni. L-Istati Membri tagħha ser ikunu marbuta bil-Konvenzjoni b'riżultat tal-approvazzjoni tagħha mill-Unjoni Ewropea. |
2. |
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq. |
3. |
Madanakollu, din id-dikjarazzjoni ma tapplikax għar-Renju tad-Danimarka, f'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
4. |
Din id-dikjarazzjoni mhix applikabbli għal territorji tal-Istati Membri fejn ma japplikax it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 355 ta' dak it-Trattat) u hija mingħajr preġudizzju għal atti jew pożizzjonijiet li jistgħu jkunu adottati taħt il-Konvenzjoni mill-Istati Membri kkonċernati f'isem u fl-interess ta' dawn it-territorji. |
5. |
L-applikazzjoni tal-Konvenzjoni f'kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali ser tkun ir-responsabbiltà tal-Awtoritajiet Ċentrali ta' kull Stat Membru individwali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, kull meta Awtorità Ċentrali ta' Stat Kontraenti teħtieġ li tikkuntattja Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, hija għandha tikkuntattja direttament lill-Awtorità Ċentrali kkonċernata. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jekk iqisu dan opportun, ser jattendu wkoll għal kull Kummissjoni Speċjali li x'aktarx tkun inkarigata ssegwi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni. |
B. DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(3) TAL-KONVENZJONI
L-Unjoni Ewropea tiddikjara li hija ser testendi l-applikazzjoni tal-Kapitoli II u III tal-Konvenzjoni għall-obbligi ta' manteniment tal-konjuġi.”
ANNESS II
“ANNESS II
Riżerva tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (‘il-Konvenzjoni’) f'konformità mal-Artikolu 62 tagħha
L-Unjoni Ewropea tagħmel ir-riżerva li ġejja prevista fl-Artikolu 44(3) tal-Konvenzjoni:
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq joġġezzjonaw għall-użu tal-Franċiż fil-komunikazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet Ċentrali.
Ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu joġġezzjonaw għall-użu tal-Ingliż fil-komunikazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet Ċentrali.”
ANNESS III
“ANNESS III
Dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta' Manteniment tal-Familja (‘il-Konvenzjoni’) f'konformità mal-Artikolu 63 tagħha
1. DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(1)(g) TAL-KONVENZJONI
L-Unjoni Ewropea tiddikjara li, fl-Istati Membri elenkati hawn taħt, applikazzjoni, ħlief għal applikazzjoni li ssir skont l-Artikolu 10(1)(a) u (2)(a) tal-Konvenzjoni, għandha tinkludi l-informazzjoni jew id-dokumenti speċifikati għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri:
Ir-Renju tal-Belġju:
— |
Għal applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f) u (2)(b) u (c), it-test sħiħ tad-deċiżjoni jew tad-deċiżjonijiet f'kopja jew kopji ċċertifikati. |
Ir-Repubblika Ċeka:
— |
Il-prokura mogħtija lill-Awtorità Ċentrali mill-applikant skont l-Artikolu 42. |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:
— |
In-nazzjonalità, il-professjoni jew ix-xogħol tal-kreditur u, fejn hu f'loku, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant legali tiegħu. |
— |
In-nazzjonalità, il-professjoni jew ix-xogħol tad-debitur, dment li dawn ikunu magħrufin mill-kreditur. |
— |
Fil-każ ta' applikazzjoni minn fornitur ta' servizz tal-liġi pubblika li jagħmel talbiet ta' manteniment ta' dritt trasferit, l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna li t-talba tagħha ġiet ittrasferita. |
— |
Fil-każ ta' indiċjar ta' talba infurzabbli, il-metodu tal-kalkolu tal-indiċjar u, fil-każ ta' obbligu biex jitħallas l-interessi legali, ir-rata tal-interessi legali u d-data tal-bidu tal-imgħax obbligatorju. |
Ir-Renju ta' Spanja:
— |
In-nazzjonalità tal-kreditur |
— |
In-nazzjonalità tad-debitur |
— |
In-numru tal-identità (karta tal-identità jew passaport) kemm tal-kreditur kif ukoll tad-debitur. |
Ir-Repubblika Franċiża:
L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) u 2(b) u (c) għandhom ikunu akkumpanjati mid-deċiżjoni dwar manteniment li għandha tiġi modifikata.
Ir-Repubblika tal-Kroazja:
I. Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)
1. |
Applikazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni magħmula jew rikonoxxuta fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tinkludi:
|
2. |
Jekk l-applikant ikun minorenni, l-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tiegħu. Applikazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni magħmula jew rikonoxxuta fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
|
II. Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)
1. |
Applikazzjoni għall-għoti ta' deċiżjoni fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tinkludi:
|
2. |
L-applikazzjoni għanda tiġi ffirmata personalment mill-applikant jew, jekk l-applikant ikun minorenni, mir-rappreżentant legali tiegħu. Applikazzjoni għall-għoti ta' deċiżjoni fir-Repubblika tal-Kroazja bħala l-Istat li ssirlu t-talba għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
|
III. Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f)
1. |
Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tinkludi:
|
2. |
L-applikazzjoni għanda tiġi ffirmata personalment mill-applikant jew, jekk l-applikant ikun minorenni, mir-rappreżentant legali tiegħu. Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
|
IV. Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(2)(b) u (c)
1. |
Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tinkludi:
|
2. |
L-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata personalment mill-applikant. Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
|
Ir-Repubblika tal-Latvja:
— |
L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-formoli rilevanti rrakkomandati u ppubblikati mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u għandha tkun akkumpanjata b'irċevuti tal-ħlas tat-taxxa mill-Istat f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx eżenti mill-ħlas tat-taxxa tal-Istat jew ma jirċivix assistenza legali, kif ukoll dokumenti li jikkonfermaw l-informazzjoni inkluża fl-applikazzjoni. |
— |
L-applikazzjoni għandha tinkludi l-kodiċi personali tal-applikant (jekk assenjat fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numru ta' identifikazzjoni, jekk ikun assenjat; il-kodiċi personali tal-konvenut (jekk assenjat fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numru ta' identifikazzjoni, jekk ikun assenjat; il-kodiċijiet personali (jekk assenjati fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numri ta' identifikazzjoni, jekk ikunu assenjati, tal-persuni kollha li għalihom hu mitlub il-manteniment. |
— |
L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a), (b), (d) u (f) u 2(a) u (c) li ma jirrigwardawx il-manteniment tat-tfal (fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 15) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li juri sa liema punt l-applikant irċieva assistenza legali b'xejn fl-Istat ta' oriġini, u jkun fih informazzjoni dwar it-tip u l-ammont ta' assistenza legali li diġà ntalbet kif ukoll jindika liema assistenza legali oħra ser tkun meħtieġa. |
— |
L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għandhom ikunu akkumpanjati b'dokument li jindika l-mezz ta' infurzar magħżul mill-applikant (il-proċedimenti sabiex ikunu rkuprati l-assi mobbli, il-fondi u/jew il-proprjetà immobbli tad-debitur). |
— |
L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li fih il-kalkolu tad-dejn. |
— |
L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(c), (d), (e) u (f) u 2(b) u (c) tal-Konvenzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti li jissostanzjaw l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u l-spejjeż tal-kreditur u/jew tad-debitur. |
Ir-Repubblika ta' Malta:
I. Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(b)
1. |
Applikazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni għandha tinkludi:
|
2. |
Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża wkoll:
|
II. Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)
Applikazzjoni għall-istabbiliment ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għat-tfal għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
— |
ammont ta' kull xahar ta' manteniment għat-tfal b'rabta ma' kull kreditur; u |
— |
ir-raġunijiet għall-applikazzjoni għad-deċiżjoni li għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-kreditur u d-debitur u s-sitwazzjoni finanzjarja tar-rappreżentant legali tal-kreditur u li għandha tinkludi informazzjoni relatata ma':
|
III. Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f)
Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi::
— |
l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u d-dettalji tal-partijiet fil-proċeduri; |
— |
indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel; |
— |
indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment; u |
— |
dokumenti ta' evidenza li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni (Nota: Dawn id-dokumenti għandhom ikunu orġinali jew kopji ċċertifikati). |
IV. Applikazzjonijiet magħmulin skont l-Artikolu 10(2)(b) u (c)
Applikazzjoni għal modifika ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:
— |
l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u d-dettalji tal-partijiet fil-proċeduri; |
— |
indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel; |
— |
indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment; u |
— |
dokumenti ta' evidenza li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni. (Nota: Dawn id-dokumenti għandhom ikunu orġinali jew kopji ċċertifikati). |
Ir-Repubblika tal-Polonja:
I. Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)
1. |
Applikazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni għandha tinkludi l-isem tal-qorti li tkun tat is-sentenza, id-data tas-sentenza u l-isem u l-kunjom tal-partijiet fil-proċeduri. |
2. |
Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża:
|
3. |
L-applikazzjoni, ir-raġunijiet għall-applikazzjoni, il-lista tal-arretrati u l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tagħhom. |
4. |
Meta l-kreditur ma jkunx fil-pussess tad-dokument oriġinali tat-titolu infurzabbli, ir-raġuni għandha tkun iddikjarata fl-applikazzjoni (pereżempju dokument mitluf jew distrutt, jew meta l-qorti ma tkunx stabbiliet titolu infurzabbli). |
5. |
Fil-każ ta' telf tat-titolu infurzabbli, għandha tkun mehmuża applikazzjoni ħalli jibqa' fis-seħħ it-titolu infurzabbli li għandu jissostitwixxi lil dak mitluf. |
II. Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)
1. |
Applikazzjoni sabiex tkun stabbilita deċiżjoni li biha jingħata manteniment lit-tfal, għandu jkun fiha indikazzjoni tal-ammont ta' kull xahar mitlub fit-titolu bħala manteniment għat-tfal għal kull kreditur. |
2. |
L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tagħhom. |
3. |
Fir-raġunijiet għal applikazzjoni biex tkun stabbilita deċiżjoni, huwa meħtieġ li jiġu ddikjarati l-fatti kollha li jiġġustifikaw it-talba, u b'mod partikolari tingħata informazzjoni dwar:
|
4. |
Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fil-kumpilazzjoni tal-provi (pereżempju l-qari tad-dokument waqt is-seduta, is-smigħ tax-xhud/xhieda, is-smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, is-smigħ tad-debitur, eċċ.). |
5. |
Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta' prova meħtieġ u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tiġbor dawn il-provi. |
6. |
Id-dokumenti għandhom jinkitbu u jiġu mehmuża mal-applikazzjoni fil-verżjoni oriġinali jew fil-forma ta' kopji ċċertifikati; id-dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata fil-Pollakk. |
7. |
Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta' kull xhud għandhom ikunu inklużi. |
III. L-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(e) u (f)
1. |
Applikazzjoni għal bidla fid-deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:
|
2. |
Ir-raġunijiet mogħtija fl-applikazzjoni għandhom jistabbilixxu l-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment. |
3. |
L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tagħhom. |
4. |
Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fil-kumpilazzjoni tal-provi (pereżempju l-qari tad-dokument waqt is-seduta, is-smigħ tax-xhud/xhieda, is-smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, is-smigħ tad-debitur, eċċ.). |
5. |
Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta' prova mitlub u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tiġbor dawn il-provi. |
6. |
Id-dokumenti għandhom jinkitbu u jiġu mehmuża mal-applikazzjoni fil-verżjoni oriġinali jew fil-forma ta' kopji ċċertifikati; id-dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata fil-Pollakk. |
7. |
Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta' kull xhud għandhom ikunu inklużi. |
IV. Applikazzjoni prevista fl-Artikolu 10(2)(b) u (c)
1. |
Applikazzjoni għal bidla fid-deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:
|
2. |
Ir-raġunijiet mogħtija fl-applikazzjoni għandhom jistabbilixxu l-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment. |
3. |
L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mid-debitur. |
4. |
Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fil-kumpilazzjoni tal-provi (pereżempju l-qari tad-dokument waqt is-seduta, is-smigħ tax-xhud/xhieda, is-smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, is-smigħ tad-debitur, eċċ.). |
5. |
Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta' prova mitlub u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tiġbor dawn il-provi. |
6. |
Id-dokumenti għandhom jinkitbu u jiġu mehmuża mal-applikazzjoni fil-verżjoni oriġinali, jew fil-forma ta' kopji ċċertifikati; id-dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata fil-Pollakk. |
7. |
Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta' kull xhud għandhom ikunu inklużi. |
Ir-Repubblika Portugiża:
I. Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)
Applikazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata, apparti d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 25, minn:
1. |
lista ddettaljata tal-arretrati u, fil-każ tal-indiċjar ta' talba infurzabbli, il-metodu tal-kalkolu ta' dan l-indiċjar; jekk ikun hemm l-obbligu li jitħallas l-interessi legali, indikazzjoni tar-rata tal-interessi legali u d-data tal-bidu tal-obbligu; |
2. |
identifikazzjoni sħiħa tal-kont bankarju li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ammonti. |
II. Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)
Applikazzjoni għall-istabbiliment ta' deċiżjoni li tagħti manteniment għat-tfal, fit-tifsira tal-Artikolu 15, għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta' evidenza li ġejjin:
1. |
l-ammont fix-xahar ta' manteniment għat-tfal li saret applikazzjoni għalih f'isem kull kreditur; |
2. |
ir-raġunijiet għall-applikazzjoni għall-istabbiliment ta' deċiżjoni, li għandhom jirrapportaw il-fatti kollha li jappoġġaw l-applikazzjoni kif ukoll jipprovdu informazzjoni dwar:
|
3. |
l-applikazzjoni u raġunijiet għall-applikazzjoni, iffirmata personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, mir-rappreżentant legali tiegħu/tagħhom; |
III. Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f)
Applikazzjoni għal modifika fid-deċiżjoni dwar l-għoti ta' manteniment għandha tinkludi:
1. |
l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u l-identifikazzjoni tal-partijiet fil-proċeduri; |
2. |
indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel; |
3. |
fir-raġunijiet għaliha, indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment; |
4. |
id-dokumenti ta' evidenza, li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni — dawk oriġinali jew kopji ċċertifikati; |
5. |
fuq l-applikazzjoni u r-raġunijiet għaliha, il-firma personali tal-kreditur(i) jew, fil-każ ta' minuri, ir-rappreżentant legali tagħhom; |
IV. Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(b) u (c)
Applikazzjoni għall-modifika ta' deċiżjoni dwar l-għoti ta' manteniment (ippreżentata mid-debitur) għandha tinkludi:
1. |
l-isem tal-qorti li toħroġ is-sentenza, id-data tas-sentenza u l-identifikazzjoni tal-partijiet fil-proċeduri; |
2. |
indikazzjoni tal-ammont ta' manteniment ta' kull xahar mitlub f'isem kull kreditur minflok il-manteniment li ngħata qabel; |
3. |
fir-raġunijiet għaliha, indikazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi li tiġġustifika t-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment; |
4. |
id-dokumenti ta' evidenza, li għandhom jiġu elenkati u mehmuża mal-applikazzjoni — dawk oriġinali jew kopji ċċertifikati; |
5. |
fuq l-applikazzjoni u r-raġunijiet għaliha, il-firma personali tad-debitur(i). |
Ir-Repubblika Slovakka:
— |
Informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-partijiet kollha involuti. |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq:
Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)
Id-dokument oriġinali u/jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Id-dikjarazzjoni tal-Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat u ngħata avviż dwar dawn il-proċeduri jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jiddefendi ruħu jew jappella; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli. Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli.
Id-dokument oriġinali u/jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Id-dikjarazzjoni tal-Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dikjarazzjoni dwar lok id-debitur; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli.
Id-dokument oriġinali u/jew kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Id-dikjarazzjoni tal-Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli.
Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(c)
Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-konvenut — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala evidenza tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli. Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)a), b) u d) u (3) b) u 30(3) jekk rilevanti.
Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar lok il-konvenut; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli.
Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-konvenut — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) a), b) u d) u (3) b) u 30(3) jekk rilevanti.
Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d)
Kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni rilevanti għal Artikolu 20 jew l-Artikolu 22 (b) jew (e) flimkien mad-dokumenti rilevanti fit-tfassil ta' dik id-deċiżjoni; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok — residenzjali u tal-impjieg tal-konvenut; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli. Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Bħal fl-Artikolu 10(1) (c) ta' hawn fuq.
Kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni rilevanti għal Artikolu 20 jew 22 (b) jew (e) flimkien mad-dokumenti rilevanti fit-tfassil ta' dik id-deċiżjoni; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Dikjarazzjoni dwar il-lok — residenzjali u tal-impjieg tal-konvenut; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Id-dokument li jipprova parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1) (e)
Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti. Dikjarazzjoni bil-miktub li ż-żewġ partijiet dehru fil-proċeduri, u jekk ikun deher l-applikant biss, id-dokument oriġinali jew il-kopja ċċertifikata li jagħtu prova tas-servizz tan-notifika tal-proċeduri lill-parti l-oħra.
Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal.
Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(f)
Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti. Dikjarazzjoni bil-miktub li ż-żewġ partijiet dehru fil-proċeduri, u jekk ikun deher l-applikant biss, id-dokument oriġinali jew il-kopja ċċertifikata li jagħtu prova tas-servizz tan-notifika tal-proċeduri lill-parti l-oħra.
Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li juri li d-debitur ġie nnotifikat b'dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u li ngħata opportunità biex jappella; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Dikjarazzjoni dwar lok id-debitur; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli.
Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, dokument li jiddikjara li d-debitur kien innotifikat dwar dawk il-proċeduri, jew li kien innotifikat bid-deċiżjoni oriġinali u ngħata l-opportunità biex jappella; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tad-debitur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(b)
Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal.
Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Applikazzjoni għal għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(c)
Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tal-ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew ta' relazzjoni oħra, jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-kreditur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1) (a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-kreditur; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli.
Id-dokument oriġinali u/jew il-kopja ċċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Iċ-ċertifikat għall-infurzabbiltà; Dokument li jindika kemm l-applikant ibbenefika minn għajnuna legali b'xejn; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/tal-konvenut — l-introjtu/l-ispejjeż/l-assi; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla/tfal; Kopja ċċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/tal-konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta' kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar il-lok tal-kreditur — residenzjali u tal-impjieg; Dikjarazzjoni għall-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.
Għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, inklużi l-Artikoli 10(1) (a) u 10(2) (a), l-Awtorità Ċentrali tal-Ingilterra u Wales tixtieq tirċievi tliet kopji ta' kull dokument, akkumpanjati mit-traduzzjonijiet għall-Ingliż (jekk ikun meħtieġ).
Għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, inklużi l-Artikoli 10(1) (a) u 10(2) (a), l-Awtorità Ċentrali tal-Irlanda ta' Fuq tixtieq tirċievi tliet kopji ta' kull dokument, akkumpanjati mit-traduzzjonijiet għall-Ingliż.
2. DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(1) TAL-KONVENZJONI
L-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-Istati Membri elenkati hawn taħt jaċċettaw l-applikazzjonijiet u d-dokumenti relatati li huma tradotti fil-lingwi speċifikati għal kull wieħed mill-Istati Membri elenkati, flimkien mal-lingwa uffiċjali tagħhom:
|
Ir-Repubblika Ċeka: bis-Slovakk |
|
Ir-Repubblika tal-Estonja: bl-Ingliż |
|
Ir-Repubblika ta' Ċipru: bl-Ingliż |
|
Ir-Repubblika tal-Litwanja: bl-Ingliż |
|
Ir-Repubblika ta' Malta: bl-Ingliż |
|
Ir-Repubblika Slovakka: biċ-Ċek |
|
Ir-Repubblika tal-Finlandja: bl-Ingliż |
3. DIKJARAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(2) TAL-KONVENZJONI
L-Unjoni Ewropea tiddikjara li fir-Renju tal-Belġju d-dokumenti għandhom jitfasslu bil-Franċiż, l-Olandiż jew il-Ġermaniż, jew jiġu tradotti fihom, skont il-parti tat-territorju Belġjan li fiha jkunu ser jiġu ppreżentati d-dokumenti.
Informazzjoni dwar liema lingwa għandha tintuża fi kwalunkwe parti tat-territorju Belġjan tinsab fil-Manwal tal-aġenziji li jirċievu skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) (1). Dan il-Manwal jinsab fuq il-websajt http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/index_mt.htm
Ikklikkja fuq:
‘Notifika ta' Dokumenti (Regolament (KE) Nru 1393/2007)’/‘Id-dokumenti’/‘Il-Manwal’/‘Il-Belġju’/‘Geographical areas of competence’ (pp. 13 et seq.).
jew mur direttament fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/pdf/manual_sd_bel.pdf
u kklikkja fuq ‘Geographical areas of competence’ (pp. 13 et seq.).”