Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0559

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2013 tat- 18 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

ĠU L 167, 19.6.2013, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/559/oj

19.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 559/2013

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(2)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi, kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, li għalih japplikaw l-Artikoli 2(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti għalihom fih.

(3)

Fl-20 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar persuna waħda elenkata. Sabiex jimplimenta d-deċiżjoni tal-Kumitat, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/293/PESK tat-18 ta' Ġunju 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (2).

(4)

L-entrata rilevanti għal dik il-persuna fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandha tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HOGAN


(1)   ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.

(2)  Ara paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-entrata għall-persuna imniżżla hawn taħt fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandha tiġi sostitwita bis-segwenti:

L-Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

(data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-inklużjoni

“Maġġur Idrissa DJALÓ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 18 ta’ Diċembru 1954

Kariga uffiċjali: Konsulent ta’ protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati u sussegwentament, Kurunell u Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati

Passaport: AAISO40158

Data tal-ħruġ: 2.10.2012

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data ta’ skadenza: 2.10.2015

Punt ta’ Kuntatt għall-“Kmand Militari” li refa’ r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta’ April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

18.7.2012”


Top