This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0426
Commission Regulation (EU) No 426/2013 of 8 May 2013 adapting Regulations (EC) No 1120/2009, (EC) No 1121/2009 and (EC) No 1122/2009 as regards implementing rules for direct payment in Croatia
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2013 tat- 8 ta’ Mejju 2013 li jadatta r-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009, (KE) Nru 1121/2009 u (KE) Nru 1122/2009 rigward l-implimentazzjoni ta' regoli għal skemi ta’ pagamenti diretti fil-Kroazja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2013 tat- 8 ta’ Mejju 2013 li jadatta r-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009, (KE) Nru 1121/2009 u (KE) Nru 1122/2009 rigward l-implimentazzjoni ta' regoli għal skemi ta’ pagamenti diretti fil-Kroazja
ĠU L 127, 9.5.2013, p. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Imħassar b' 32014R0639
9.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 426/2013
tat-8 ta’ Mejju 2013
li jadatta r-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009, (KE) Nru 1121/2009 u (KE) Nru 1122/2009 rigward l-implimentazzjoni ta' regoli għal skemi ta’ pagamenti diretti fil-Kroazja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kroazja hija mistennija li tingħaqad mal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. |
(2) |
Skont it-Taqsima 4.III. tal-Anness V tal-Att tal-Adeżjoni, il-ħlas lura ta’ pagamenti diretti mogħtija lil bdiewa fil-Kroazja għas-sena kalendarja 2013 għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni mill-Kroazja, qabel l-adeżjoni, ta’ regoli identiċi għal dawk stabbiliti għal pagamenti diretti bħal dawn fir-Regolamenti rilevanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-Kroazja ddeċidiet li tapplika skema ta’ pagament uniku wara l-adeżjoni tagħha. Għalhekk, l-2013 se tkun l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ dik l-iskema fil-Kroazja skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (1). |
(3) |
Fil-Kroazja, id-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma fuq bejgħ ta’ drittijiet għall-pagamenti għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikati minn Stati Membri oħra wara li jkunu rreġjonalizzaw l-iskema ta’ pagament uniku. |
(4) |
Skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 flimkien mal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2), Stati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw drittijiet għal pagamenti, jew iżidu l-valur ta’ drittijiet għal pagamenti, meta l-bdiewa jkunu għamlu investimenti f’setturi suġġetti għall-integrazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ għajnuniet akkoppjati fl-iskema ta’ pagament uniku. Il-perjodu ta’ referenza għall-kunsiderazzjoni ta' investimenti bħal dawn intrabat mas-sena tal-integrazzjoni tas-settur rilevanti kif deċiż mill-Istat Membru. L-istess dispożizzjoni dwar l-investimenti għandha tapplika għall-Kroazja, peress li l-Kroazja implimentat għajnuniet akkoppjati f’ċerti setturi li huma suġġetti għall-integrazzjoni fl-iskema ta’ pagament uniku diżakkoppjat. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi ffissata data ta’ skadenza sa meta għandhom jitlestew l-investimenti li għandhom jitqiesu fil-Kroazja għall-finijiet tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009. |
(5) |
Il-Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona. Dak il-Kapitolu għandu japplika wkoll għall-Kroazja peress li din iddeċidiet li tapplika l-iskema ta’ pagament uniku mid-data tal-adeżjoni. |
(6) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (3) jiddefinixxi r-reġjuni eliġibbli biex jirċievu l-primjum għall-mogħoż u l-Anness V jistabbilixxi l-produzzjoni medja tal-ħalib imsemmija fl-Artikolu 63 ta’ dak ir-Regolament. Permezz tal-ittra tal-14 ta’ Settembru 2012, il-Kroazja kkomunikat lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti li teħtieġ tiġi inkluża f’dawk l-Annessi. |
(7) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (4), jiddefinixxi kif il-proporzjon ta’ referenza għall-manutenzjoni ta’ art ikklassifikata bħal mergħa permanenti fil-livell tal-Istat Membru għandha tiġi stabbilita għall-finijiet tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Huwa xieraq li titqies l-adeżjoni tal-Kroazja f’dak il-kuntest. |
(8) |
Skont l-Artikolu 57a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kroazja trid toħloq riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini li minnha jiġu allokati drittijiet għall-pagamenti għat-tneħħija ta' mini. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ drittijiet għall-pagamenti kif ukoll dawk li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għandhom ikopru wkoll drittijiet għall-pagamenti għal żoni fejn ikunu tneħħew il-mini. |
(9) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009, (KE) Nru 1121/2009 u (KE) Nru 1122/2009 għaldaqstant għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Adattament tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1120/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 16(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Għall-Kroazja, il-perċentwali tat-tnaqqis stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw wara t-tnaqqis mill-valur tad-drittijiet għall-pagamenti ta' franchise li jkun daqs il-valur tal-unità kkalkulat skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009." |
(2) |
Fl-Artikolu 21, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: "3. Għall-Kroazja, il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ investimenti magħmula f’dawk is-setturi suġġett għall-integrazzjoni fl-iskema ta’ pagament uniku kif applikat mill-Kroazja mill-2013. Għandhom jiġu kkunsidrati biss investimenti li tlestew qabel l-1 ta’ Jannar 2013." |
(3) |
It-titlu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III jinbidel b'dan li ġej: " L-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda li applikaw l-iskema ta' pagament uniku għaż-żona u fil-Kroazja " |
(4) |
Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: "1. Għajr jekk stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri l-ġodda li applikaw l-iskema ta' pagament uniku għaż-żona u għall-Kroazja." |
Artikolu 2
Adattament tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness III jinbidel b’dan li ġej: "ANNESS III ŻONI ELIĠIBBLI BIEX JIRĊIEVU L-PRIMJUM GĦALL-MOGĦOŻ
|
(2) |
Fl-Anness V, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja wara “Franza”:
|
Artikolu 3
Adattament tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej: "7a. Għall-Kroazja, il-proporzjon ta’ referenza għandu jiġi stabbilit kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 7(1), il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: "1. L-applikazzjonijiet għal allokazzjoni jew, fejn xieraq, għal żieda ta' drittijiet għall-pagamenti skont l-iskema ta' pagament uniku għandhom jiġu ppreżentati sad-data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri iżda li ma tkunx aktar tard mill-15 ta' Mejju fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku, ta’ integrazzjoni tal-appoġġ akkoppjat, tal-applikazzjoni tal-Artikoli 46, 47 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew fis-snin tal-applikazzjoni tal-Artikoli 41, 57, 57a jew 68(1)(c) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jiffissaw data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ġunju." |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u għandu jkun suġġett għalih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(2) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.
(3) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.
(4) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.