This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0125
Commission Implementing Regulation (EU) No 125/2013 of 13 February 2013 amending Regulation (EC) No 1235/2008 laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2013 tat- 13 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2013 tat- 13 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 43, 14.2.2013, pp. 1–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
|
14.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 125/2013
tat-13 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(c) u (d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex titjieb is-superviżjoni ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u tal-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiżdied il-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi terzi rikonoxxuti. Għalhekk, l-iskambju ta’ esperjenza permezz tal-parteċipazzjoni ta’ osservaturi waqt eżaminazzjonijiet fuq il-post għandha tkun possibbli. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ekwivalenza, jeħtieġ li jiġi ċċarat li prodotti agrikoli pproċessati u l-ingredjenti kollha ta’ tali prodotti, importati minn pajjiżi terzi li jkollhom l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, ġew sottomessi għal sistema ta’ kontroll rikonoxxuta għall-iskop ta’ ekwivalenza skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(3) |
L-esperjenza wriet li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-konsegwenzi tal-irregolaritajiet jew tal-ksur li jaffettwaw l-istat organiku ta’ prodott. Sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet u sabiex tiġi ċċarata r-rabta bejn ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (3), jeħtieġ li wieħed ifakkar d-dmirijiet tal-awtoritajiet tal-kontroll jew tal-korpi tal-kontroll tal-Istati Membri fir-rigward ta’ prodotti mhux konformi importati minn pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew minn pajjiżi terzi li jkollhom l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar irregolaritajiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz rikonoxxut jew awtorità tal-kontroll jew korp tal-kontroll rikonoxxut/a. |
|
(4) |
Sabiex jitjieb il-kontroll ta’ prodotti organiċi importati, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fi żmien 15-il jum mid-data tal-ħruġ ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema tagħhom ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll għall-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar emenda ta’ dak l-Anness, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista. |
|
(6) |
Ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza għall-Indja japplika għal prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, li tkabbru fl-Indja. Madankollu, l-awtorità kompetenti Indjana nnotifikat lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida ġodda relatati mal-prodotti proċessati li huma inkonsistenti mal-kundizzjonijiet skont liema l-Indja ġiet rikonoxxuta bħala pajjiż ekwivalenti. Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-Indja għandhom jiġu emendati sabiex titħassar ir-referenza għall-prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel. |
|
(7) |
Ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza għall-Ġappun japplika għal prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, li tkabbru fil-Ġappun. Il-Ġappun ressqet talba quddiem il-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza wkoll għall-prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel ippreparat b’ingredjenti importati minn pajjiżi rikonoxxuti mill-Ġappun bħala ekwivalenti. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni u d-diskussjoni mal-awtoritajiet Ġappuniżi wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel ppreparati b’ingredjenti importati bħal dawn huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Konsegwentement, ir-rikonoxximent ta’ ekwivalenza għall-Ġappun għandu japplika wkoll għal prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel ippreparat b’ingredjenti importati minn pajjiżi rikonoxxuti mill-Ġappun bħala ekwivalenti. |
|
(8) |
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza. Fid-dawl tal-informazzjoni ġdida li waslet għand il-Kummissjoni mill-korpi tal-kontroll u mill-awtoritajiet tal-kontroll elenkati f’dak l-Anness, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, li rċeviet sal-31 ta’ Ottubru 2012. Għandhom jiġu inklużi f’dik il-lista dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom l-eżami li kien sar sussegwenti, tal-informazzjoni kollha riċevuta, wassal għall-konklużjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti u tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti, għandha tiġi stabbilita data aktar tard għall-applikazzjoni tal-emendi fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 8(3), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej: “Esperti minn pajjiżi terzi oħra rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistgħu jiġu mistiedna mill-Kummissjoni biex jattendu għall-eżaminazzjoni fuq il-post bħala osservaturi.” |
|
(2) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(4), jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, inkluża l-informazzjoni dwar l-istandards tal-produzzjoni u l-arranġamenti ta’ kontroll ikkonċernati, fi żmien 15-il jum mid-data tal-ħruġ.” |
|
(5) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punti (5) u (6) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punti 1 u 2 tat-test li jirreferu għall-Indja jinbidlu b’dan li ġej: “L-INDJA 1. Kategoriji tal-prodotti:
2. Oriġini: prodotti tal-kategorija A u F li tkabbru fl-Indja.” |
|
(2) |
Il-punt 2 tat-test li jirreferi għall-Ġappun jinbidel b’dan li ġej: “2. L-Oriġini: prodotti tal-kategorija A u F u l-ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija D li tkabbru fil-Ġappun jew li ġew impurtati fil-Ġappun:
|
(*1) L-alka mhix inkluża.
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-test li jirrigwarda “Abcert AG” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Abcert AG ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Wara t-test li jirrigwarda “Abcert AG” jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ Afrisco Certified Organic, CC ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
Wara t-test li jirrigwarda “Argencert SA”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ AsureQuality Limited ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
It-test li jirrigwarda “Australian Certified Organic” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Australian Certified Organic ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
It-test li jirrigwarda “Austria Bio Garantie GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Austria Bio Garantie GmbH ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
Wara t-test li jirrigwarda “Austria Bio Garantie GmbH”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ Balkan Biocert Skopje ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
It-test li jirrigwarda “BCS Öko-Garantie GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ BCS Öko-Garantie GmbH ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
It-test li jirrigwarda “Bioagricert S.r.l.” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Bioagricert S.r.l. ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9) |
It-test li jirrigwarda “BioGro New Zealand Limited” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ BioGro New Zealand Limited ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) |
Wara t-test li jirrigwarda “BioGro New Zealand Limited”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ Bio.inspecta AG ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11) |
It-test li jirrigwarda “Bio Latina Certificadora” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Bio Latina Certificadora ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12) |
It-test li jirrigwarda “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ CERES Certification of Environmental Standards GmbH ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13) |
It-test li jirrigwarda “Ecocert SA” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Ecocert SA ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14) |
It-test li jirrigwarda “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS) ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(15) |
It-test li jirrigwarda “IBD Certifications Ltd” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ IBD Certifications Ltd ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(16) |
It-test li jirrigwarda “IMO Control Latinoamérica Ltda.” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ IMO Control Latinoamérica Ltda. ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(17) |
Wara t-test li jirrigwarda “IMO Control Private Limited”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd. Ști ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(18) |
It-test li jirrigwarda “Indocert” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Indocert ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(19) |
It-test li jirrigwarda “Institute for Marketecology (IMO)” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Institute for Marketecology (IMO) ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(20) |
It-test li jirrigwarda “Istituto Certificazione Etica e Ambientale” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Istituto Certificazione Etica e Ambientale ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(21) |
It-test li jirrigwarda “Lacon GmbH” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ LACON GmbH ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(22) |
It-test li jirrigwarda “Organic agriculture certification Thailand” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Organic agriculture certification Thailand ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(23) |
It-test li jirrigwarda “Organización Internacional Agropecuaria” jinbidel b’dan li ġej “ ‘ Organización Internacional Agropecuaria ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(24) |
Wara t-test li jirrigwarda “Quality Assurance International”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ SGS Austria Controll-Co. GmbH ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(25) |
It-test li jirrigwarda “Suolo e Salute srl” jinbidel b’dan li ġej: “ ‘ Suolo e Salute srl ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(26) |
Wara t-test li jirrigwarda “Suolo e Salute srl”, jiddaħħal it-test li ġej: “ ‘ TÜV Nord Integra ’
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(2) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(3) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.