This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013O0007
2013/215/EU: Guideline of the European Central Bank of 22 March 2013 concerning statistics on holdings of securities (ECB/2013/7)
2013/215/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Marzu 2013 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2013/7)
2013/215/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Marzu 2013 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2013/7)
ĠU L 125, 7.5.2013, p. 17–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2018
7.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/17 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Marzu 2013
dwar statistika fuq investimenti f’titoli
(BĊE/2013/7)
(2013/215/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jistipula illi aġenti għar-rapportar residenti fi Stat Membru fiż-żona tal-euro għandhom jirrapportaw dwar pożizzjonijiet, tranżazzjonijiet u, fejn disponibbli, bidliet oħra fil-volum ta’ titoli miżmuma minnhom fuq bażi ta’ titolu b’titolu Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi) jintalbu jikklassifikaw u jaggregaw din id-dejta. Huwa għalhekk neċessarju illi jiġu definiti l-proċeduri biex BĊNi jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), tagħrif statistiku mnissel mid-dejta miġbura mill-propolazzjoni ta’ rrapportar attwali. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (3) (minn hawn ‘il quddiem “ESA 2010”), li huwa qafas ta’ kontabbiltà kompatibbli internazzjonalment użat biex jiddeskrivi l-ekonomiji tal-Istati Membri, u li ser jieħu post l-ESA 95. Il-klassifika ta’ dejta li trid tiġi rapportata taħt din il-Linja Gwida għandha ssegwi r-regoli stabbiliti fl-ESA 2010. |
(3) |
Huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura li biha jkunu jistgħu jsiru l-emendi tekniċi għall-Annessi ta’ din il-Linja Gwida b’mod effettiv, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas jeffettwaw il-piż ta’ rrapportar fuq l-aġenti għar-rapportar, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din il-Linja Gwida tistabbilixxi l-obbligi tal-BĊNi biex jirrapportaw lill-BĊE statistika dwar investimenti f’titoli miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
It-termini użati f’din il-Linja Gwida għandhom l-istess tifsira bħal dawk iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).
Artikolu 3
Obbligi tal-BĊNi għar-rapportar ta’ investimenti f’titoli b’kodiċi ISIN
1. Il-BĊNi għandhom jiġbru u jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar investimenti f’titoli b’kodiċi ISIN, fuq bażi ta’ titolu b’titolu, skont l-iskemi ta’ rrapportar f’Anness I, Parti 1 (Tabelli 1 sa 3) u Parti 2 (Tabelli 1 sa 3), u b’konformità mal-istandards ta’ rrapportar elettroniku li huma stipulati separatament, għat-tipi ta’ strumenti li ġejjin: titoli ta’ dejn għal żmien qasir (F.31), titoli ta’ dejn għal żmien twil (F.32), ishma kkwotati (F.511) u ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.52).
L-obbligi ta’ rapportar tal-BĊNi għandhom ikopru l-pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru u jew (i) it-tranżazzjonijiet finanzjarji matul it-trimestru ta’ referenza fl-aħħar tat-trimestru, jew (ii) id-dejta tal-aħħar tax-xahar jew tal-aħħar tat-trimestru li hija neċessarja biex jitnisslu t-tranżazzjonijiet finanzjarji, kif stipulat fil-paragrafu 2.
It-tranżazzjonijet finanzjarji jew id-dejta neċessarja biex jitnisslu t-tranzazzjonijiet finanzjarji li jiġu rapportati minn aġenti għar rapportar attwali lil BĊNi skont Parti 1 ta’ Anness 1 tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandhom jitkejlu kif stipulat f’Parti 3 ta’ Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għall-perijodi ta’ referenza li ġejjin u skont l-iskadenzi li ġejjin:
(a) |
fir-rigward ta’ investimenti f’titoli minn investituri residenti bl-esklużjoni ta’ BĊNi, titoli miżmumin f’kustodja minn kustodji residenti f’isem investituri residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro u titoli maħruġin minn entitajiet fiż-żona tal-euro miżmumin f’kustodja minn kustodji residenti f’isem investituri residenti barra ż-żona tal-euro:
|
(b) |
fir-rigward ta’ investimenti f’titoli minn gruppi ta’ rapportar, inkluż entitajiet mhux residenti, fuq bażi trimestrali l-BĊNi jirrapportaw id-dejta dwar il-pożizzjonijiet titolu b’titolu fl-aħħar tat-trimestru sal-iskadenzi li ġejjin:
|
3. Sa Settembru ta’ kull sena, il-BĊE jikkomunika lill-BĊNi d-dati eżatti tat-trażmissjoni ta’ dejta li trid tiġi rapportata fil-forma ta’ kalendarju ta’ rapportar għas-sena ta’ wara.
4. Ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għar-reviżjoni ta’ data ta’ kull xahar u dik trimestrali.
(a) |
Il-BĊNi għandhom jagħmlu rapport dwar reviżjonijiet regolari kif ġej:
|
(b) |
Il-BĊNi jirrapportaw reviżjoniijet eċċezzjonali li jtejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tad-dejta malli din tkun disponibbli u barra l-perijodi ta’ trażmissjoni regolari mingħajr ħsara għall-ftehim minn qabel mal-BĊE. |
Il-BĊNi jippreżentaw noti spjegattivi lill-BĊE li jistipulaw ir-raġunijiet għal reviżjonijiet sinifikanti. Il-BĊNi jistgħu jippreżentaw ukoll noti spjegattivi għal xi reviżjonijiet oħra fuq bażi volontarja.
5. Il-ħtiġijiet ta’ rrapportar stipulati f’dan l-Artikolu huma mingħajr ħsara għal-ħtiġijiet ta’ rrapportar li ġejjin għal dejta b’lura.
(a) |
Safejn huwa possibbli, il-BĊNi għandhom jirrapportaw dejta b’lura għall-perijodu ta’ referenza sa mill-ewwel trimestru tal-2009 sar-raba’ trimestru tal-2013. |
(b) |
Fejn Stat Membru jadotta l-euro wara li tidħol fis-seħħ din il-Linja Gwida, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
|
6. Ir-regoli tal-kontabbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) japplikaw ukoll meta l-BĊNi jirrapportaw dejta skont din il-Linja Gwida.
Artikolu 4
Metodi ta’ rapportar għal investimenti f’titoli mingħajr kodiċi ISIN
1. Il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu jekk jirrapportawx lill-BĊE l-informazzjoni statistika li tkopri titoli mingħajr kodiċi ISIN miżmumin minn MFIs, IFs, FVCs u kapijiet ta’ gruppi ta’ rapportar suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jew miżmumin minn kustodji f’isem (i) investituri residenti mhux suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), (ii) investituri mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro, jew (iii) investituri residenti fi Stati Membri li mhumiex taż-żona tal-euro, kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), li ma ngħatawx deroga mir-rekwiżiti tar-rapportar skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).
2. Il-BĊNi li jirrapportaw it-tagħrif statistiku bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandhom jagħmlu dan skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3(2), bl-użu ta’ skemi ta’ rapportar tal-Anness I, Parti I (Tabelli 1, 2 u 4) u Parti 2 (Tabelli 1, 2 u 4) kif ukoll l-istandards ta’ rapportar elettroniku stabbiliti separatament.
3. Id-dejta trimestrali għandha tiġi rriveduta skont l-Artikoli 3(4)(a) u (b).
4. Il-BĊNi jippreżentaw noti spjegattivi lill-BĊE li jistipulaw ir-raġunijiet għal reviżjonijiet sinifikanti. Il-BĊNi jistgħu jippreżentaw ukoll noti spjegattivi għal xi reviżjonijiet oħra fuq bażi volontarja. Barra minn dan, il-BĊNi għandhom jipprovdu tagħrif dwar riklassifikazzjonijiet sinjifikanti fis-setturi tad-detentur jew fil-klassifikazzjoni tal-istrument, fejn tkun disponibbli.
Artikolu 5
Metodi għall-ġbir tal-istatistika fuq investimenti f’titoli miżmumin f’kustodja
1. Minkejja l-eżenzjoni mill-obbligi ta’ rapportar statistiku li l-BĊNi jistgħu jagħtu lill-kustodji skont l-Artikolu 4(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), għall-konformità mal-Artikolu 3, il-BĊNi, wara li jikkonsultaw mal-BĊE, għandhom jiddeċiedu fuq il-metodu l-iktar xieraq għall-ġbir tal-istatistika fuq titoli miżmumin minn investituri li ma humiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), skont l-organizzazzjoni tas-swieq rilevanti u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni statistika, pubblika jew superviżorja rilevanti oħra fl-Istati Membri.
2. Jekk id-dejta fuq investimenti f’titoli ma tiġix rapportata minnkustodji wara l-eżenzjoni mogħtija skont l-Artikolu 4(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) u, jekk il-BĊNi jiksbu din id-dejta minn sorsi tad-dejta statistiċi jew superviżorji oħrajn, jew jekk jiġbruhom direttament minn investituri skont l-arranġamenti nazzjonali, il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin:
(a) |
jiżguraw li dawn is-sorsi huma allinjati b’mod suffiċjenti mal-kunċetti statistiċi u d-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24); |
(b) |
jimmonitorjataw il-kwalità tad-dejta skont l-istandards statistiċi minimi preskritti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24); |
(c) |
jekk id-dejta rrapportata ma tissodisfax l-istandards ta’ kwalità msemmija fis-subparagrafu (b), għandha tiżdied il-kwalità ta’ din id-dejta, inkluż il-ġbir tad-dejta minn kustodji kif ipprovdut fl-Artikolu 4(10) u (11) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24). |
3. Barra minn dan, il-BĊNi għandhom jipprovdu tagħrif fuq tibdil sinjifikanti ieħor fil-volum, meta jkun disponibbli, kif iddefinit fil-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).
Artikolu 6
Derogi
1. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-BĊE, tal-inqas darba fis-sena, bid-derogi mogħtija, imġedda jew irtirati mill-aġenti ta’ rrapportar għas-sena kalendarja ta’ wara, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ta’ rapportar ad hoc impost fuq aġenti ta’ rrapportar attwali li jkunu ngħataw deroga.
2. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw regolarment, tal-inqas darba fis-sena, li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għall-għoti, it-tiġdid jew l-irtirar ta’ kwalunkwe deroga.
Artikolu 7
Dejta ta’ riferenza fuq l-assi tal-karta tal-bilanċ konsolidata tal-gruppi ta’ rapportar
1. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jidentifika l-gruppi ta’ rrapportar kif stabbilit, u skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) fuq il-bażi tad-dejta tal-aħħar ta’ Diċembru li tikkorrespondi mas-sena kalendarja preċedenti pprovduta mill-BĊNi lill-BĊE (minn hawn ‘il quddiem id-“dejta ta’ referenza”) sabiex tinġabar statistika tas-SEBĊ fuq id-dejta bankarja għall-Istati Membri.
2. Sa Settembru ta’ kull sena, il-BĊE għandu jikkomunika lill-BĊNi d-data fis-sena ta’ wara sa meta l-BĊNi għandhom jittrażmettu d-dejta ta’ referenza. Din it-trażmissjoni għandha ssir fil-ħin sabiex tippermetti d-derivazzjoni tal-assi konsolidati totali tal-banek tal-Unjoni Ewropea f’Lulju ta’ kull sena.
Artikolu 8
Proċedura ta’ notifika lil kapijiet ta’ gruppi ta’ rapportar
1. Il-BĊNi għandhom, f’isem il-BĊN, jużaw il-galvu tal-ittra fl-Anness II (minn hawn ‘il quddiem l-‘ittra ta’ notifika’) biex jinnotifikaw lill-kapijiet ta’gruppi ta’ rapportar bid-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) tal-obbligi tar-rapportar tagħhom skont ir-Regolament. L-ittra ta’ notifika għandu jkollha l-kriterji li jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni tal-entità notifikata bħala kap ta’ grupp ta’ rrapportar.
2. Il-BĊN rilevanti għandu jibgħat l-ittra ta’ notifika lill-kap ta’ grupp ta’ rrapportar fi żmien 10jiem tax-xogħol tal-BĊE wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, u jibgħat kopja ta’ dik l-ittra lis-Segretarjat tal-BĊE.
3. Il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2 m’għandhiex tapplika għan-notifika ta‘ kapijiet tal-gruppi tar-rapportar, li ġew identifikati mill-Kunsill Governattiv bis-saħħa tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ din il-Linja Gwida.
Artikolu 9
Proċedura ta’ reviżjoni mill-Kunsill Governattiv
1. Jekk kap ta’ grupp ta’ rapportar innotifikat skont l-Artikolu 8 jippreżenta, fi żmien15-il jum tax-xogħol tal-BĊE minn meta tiġi rċevuta din in-notifika, talba raġunata bil-miktub bl-informazzjoni ta’ appoġġ lill-BĊE rilevanti għar-reviżjoni tal-klassifika tiegħu bħala kap ta’ grupp ta’ rrapportar, il-BĊN rilevanti għandu jittrażmetti din t-talba lill-Kunsill Governattiv fi żmien 10 jiem tax-xogħol tal-BĊE.
2. Wara li tiġi rċevuta t-talba bil-miktub bis-saħħa tal-paragrafu 1, il-Kunsill Governattiv għandu jirrivedi l-klassifikazzjoni u jikkomunika d-deċiżjoni rraġunata tiegħu bil-miktub, fi żmien xahrejn minn meta tiġi rċevuta t-talba, lill-BĊN rilevanti, li għandu jinnotifika lill-kap tal-grupp ta’ rapportar bid-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv fi żmien 10 jiem tax-xogħol tal-BĊE.
Artikolu 10
Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn minbarra l-BĊNi
1. Fejn id-dejta kollha deskritta fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jew parti minnha tista’ tinkiseb mill-awtoritajiet kompetenti minbarra l-BĊNi, il-BĊNi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni xierqa ma’ dawn l-awtoritajiet biex tiġi żgurata struttura permanenti biex tiġi rċevuta din id-dejta.
2. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li d-dejta msemmija fil-paragrafu 1 tissodisfa l-istandards statistiċi minimi stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), kif ukoll kull rekwiżit ieħor stabbit fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), qabel ma jittrażmettuha lill-BĊE skont l-Artikolu 3.
Artikolu 11
Verifika
1. Bla ħsara għad-drittijiet ta’ verifika tal-BĊE stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2533/98 u (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), il-BĊNi għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tat-tagħrif statistiku disponibbli għall-BĊE u jikkooperaw mill-qrib mal-operaturi tas-Securities Holdings Statistics Database ([Database tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli] iktar ‘il quddiem l-‘SHSDB’) bħal parti mill-ġestjoni tal-kwalità tad-dejta komplessiva.
2. Il-BĊE għandu jevalwa din id-dejta b’mod simili, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tal-SHSDB. L-evalwazzjoni għandha titwettaq fil-ħin.
Artikolu 12
Standards ta’ trażmissjoni
Il-BĊNi għandhom jużaw l-ESCB-Net għat-trażmissjoni elettronika tat-tagħrif statistiku meħtieġ mill-BĊE. It-tagħrif statistiku għandu jkun disponibbli għall-BĊE skont l-istandards ta’ rapportar elettroniku stabbiliti separatament. Bla ħsara għall-kunsens minn qabel tal-BĊE, jistgħu jintużaw mezzi oħrajn għat-trażmissjoni tat-tagħrif statistiku.
Artikolu 13
Proċedura ssimplifikata għall-emendi
Filwaqt li jkunu kkunsidrati l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jagħmel emendi tekniċi fl-annessi ta’ din il-Linja Gwida, sakemm dawn l-emendi la jibdlu l-qafas konċettwali sottostanti u lanqas jaffettwaw il-piż ta’ rapportar fuq l-aġenti ta’ rapportar. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 8 u 9 mid-data tan-notifika tal-Linja Gwida lill-BĊNi u mal-bqija tad-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 15
Indirizzati
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8
(2) ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6.
(3) KUMM(2010) 774 finali.
ANNESS I
SKEMI TA’ RAPPORTAR
PARTI 1
Investimenti f’titoli bis-settur bl-esklużjoni ta’ investimenti minn banek ċentrali nazzjonali
Tabella 1
Informazzjoni ġenerali u nota spjegattiva
Informazzjoni rrapportata (1) |
Attribut |
Status (2) |
Deskrizzjoni |
||||
|
Istituzzjoni ta’ rapportar |
M |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni għall-istituzzjoni ta’ rapportar |
||||
Data ta’ sottomissjoni |
M |
Data li fiha d-dejta tintbagħat lill-SHSDB |
|||||
Perijodu ta’ referenza |
M |
Perijodu li għalih tirreferi d-dejta |
|||||
Frekwenza tar-rapportar |
M |
|
Dejta trimestrali |
||||
|
Dejta ta’ kull xahar (3) |
||||||
|
M |
Trattament ta’ fidi bikri |
|||||
M |
Trattament ta’ imgħax akkumulat |
Tabella 2
Tagħrif dwar investimenti f’ titoli
Informazzjoni rrapportata (4) |
Attribut |
Status (5) |
Deskrizzjoni |
|
Tagħrif dwar titoli |
Settur tad-detentur |
M |
Settur/subsettur tal-investitur. |
|
|
|
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) (6) |
||
|
Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti minbarra banek ċentrali (S.122) |
|||
|
Fondi tas-swieq tal-flus (S.123) |
|||
|
Fondi ta’ investiment mhux MMF (S.124) |
|||
|
Korporazzjonijiet oħra finanzjarji (7) bl-esklużjoni ta’ korporazzjonijiet ta’ vetturi finanzjarji |
|||
|
Korporazzjonijiet vetturi finanzjarji |
|||
|
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) |
|||
|
Fondi tal-pensjoni (S.129) |
|||
|
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta’ pensjonijiet (subsettur mhux identifikat) (S.128 + S.129) (perijodu tranzitorju) |
|||
|
Gvern ċentrali (S.1311) (taqsim volontarju) |
|||
|
Gvern tal-Istat (S.1312) (taqsim volontarju) |
|||
|
Gvern lokali (S.1313) (taqsim volontarju) |
|||
|
Fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314) (taqsim volontarju) |
|||
|
Gvern ġenerali ieħor (subsettur mhux identifikat) |
|||
|
Djar bl-esklużjoni ta’ istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar (S.14) (taqsim volontarju għal investituri residenti, obbligatorju għall-investimenti ta’ terzi) |
|||
|
Istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar (S.15) (taqsim volontarju) |
|||
|
Djar oħrajn u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu djar (S.14 + S.15) (subsettur mhux identifikat) |
|||
|
Investituri mhux finanzjarji bl-esklużjoni ta’ djar (għal investimenti ta’ terzi biss) (S.11 + S.13 + S.15) (8) |
|||
|
Banek ċentrali u gvern ġenerali jiġu rrapportati biss għal investimenti minn pajjiżi mhux taż-żona tal-euro(S.121 + S.13) (9) |
|||
|
Investituri li ma jkunux banek ċentrali u gvernijiet jiġu rrapportati biss għal investimenti minn pajjiżi mhux taż-żona tal-euro (9) |
|||
|
Settur mhux magħruf (10) |
|||
Pajjiż detentur |
M |
Pajjiż ta’ residenza tal-investitur |
||
Sors: |
M |
Sors tal-informazzjoni mibgħuta fuq l-investimenti ta’ titoli |
||
|
|
Rapportar dirett |
||
|
Rapportar tal-kustodju |
|||
|
Rapportar imħallat (11) |
|||
|
Mhux disponibbli |
|||
Funzjoni |
M |
Funzjoni tal-investiment skont il-klassifika tal-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti |
||
|
|
Investiment dirett |
||
|
Investiment ta’ portafoll |
|||
|
Mhux speċifikat |
|||
Bażi ta’ rapportar |
M/V (12) |
Jindika kif inhu kkwotat it-titolu, bħala perċentwali jew f’unitajiet |
||
|
|
Perċentwali |
||
|
|
Unitajiet |
||
Munita nominali |
V |
Munita li fiha huwa ddenominat l-ISIN, irrapportat meta l-bażi tar-rapportar hija daqs il-perċentwali. |
||
Pożizzjonijiet |
M |
L-ammont totali tat-titoli miżmumin |
||
|
|
Fil-valur nominali (13) Numru ta’ ishma jew unitajiet ta’ titolu jew ammont nominali aggregat (f’munita nominali jew f’euro) jekk it-titolu jiġi nnegozjat f’ammonti pjuttost milli f’unitajiet, bl-esklużjoni ta’ imgħax aggregat |
||
|
Fil-valur tas-suq. Ammont miżmum fil-prezz ikkwotat fis-suq tal-euro, inkluż imgħax akkumulat (14) |
|||
Pożizzjonijiet: li minnhom ammont |
M (15) |
Ammont ta’ titoli miżmumin mill-iktar żewġ investituri kbar |
||
|
|
Fil-valur nominali, skont l-istess metodu ta’ valutazzjoni bħala pożizzjonijiet |
||
|
Fil-valur tas-suq, skont l-istess metodu ta’ valutazzjoni bħala pożizzjonijiet |
|||
Il-format |
M (13) |
Jispeċifika l-format użat għall-pożizzjonijiet fil-valur nominali |
||
|
|
Valur nominali f’euro jew munita rilevanti oħra |
||
|
Numru ta’ ishma/unitajiet (16) |
|||
Tibdil ieħor fil-volum |
M |
Tibdil ieħor fl-ammont tat-titolu miżmum |
||
|
|
Fil-valur nominali fl-istess format bħall-pożizzjonijiet fil-valur nominali |
||
|
Fil-valur tas-suq f’euro |
|||
Tibdil ieħor fil-volum: liema ammont |
M (15) |
Tibdil ieħor fil-volum fl-ammont miżmum miż-żewġ l-ikbar investituri |
||
|
|
Fil-valur nominali, skont l-istess metodu ta’ valutazzjoni bħala pożizzjonijiet |
||
|
Fil-valur tas-suq, skont l-istess metodu ta’ valutazzjoni bħala pożizzjonijiet |
|||
Tranżazzjonijiet finanzjarji |
M (17) |
Total tax-xiri bil-bejgħ ta’ titoli mnaqqsa, irreġistrat fil-valur tat-tranżazzjoni f’euro inkluż imgħax akkumulat (18) |
||
Tranżazzjonijiet finanzjarji: ta’ liema ammont |
Total tal-aktar żewġ tranżazzjonijiet kbar f’termini assoluti minn detenturi individwali, skont l-istess metodu ta’ valutazzjoni bħal tranżazzjonijiet finanzjarji |
|||
Status ta’ konfidenzjalità |
M (20) |
Status ta’ konfidenzjalità għal pożizzjonijiet, tranżazzjonijiet, tibdil ieħor fil-volum |
||
|
|
Mhux għall-pubblikazzjoni, ristrett għall-użu intern biss |
||
|
Tagħrif statistiku kunfidenzjali |
|||
|
Ma japplikax (21) |
Tabella 3
Investimenti f’titoli b’kodiċi ISIN
Tagħrif rapportat (22) |
Attribut |
Status (23) |
Deskrizzjoni |
Dejta ta’ referenza: |
Kodiċi ISIN |
M |
Kodiċi ISIN |
Tabella 4
Investimenti f’titoli mingħajr kodiċi ISIN
Tagħrif rapportat (24) |
Attribut |
Status (25) |
Deskrizzjoni |
|||
|
Marka ta’ aggregazzjoni |
M |
Tip ta’ dejta |
|||
|
|
Dejta rrapportata fuq bażi ta’ titolu b’titolu |
||||
|
Dejta aggregata (l-ebda titolu b’titolu) |
|||||
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ titoli/aggregati |
M |
Numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli intern għal titoli mingħajr kodiċi ISIN u dejta aggregata fuq investimenti f’ titoli |
||||
Tip ta’ numru ta’ identifikazzjoni ta’ titoli |
M (26) |
Tispeċifika n-numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli għal titoli rrapportati fuq bażi ta’ titolu b’titolu (27) |
||||
|
|
Numru intern tal-BĊN |
||||
|
CUSIP |
|||||
|
SEDOL |
|||||
|
oħrajn (jiġu speċifikati fil-metadata) |
|||||
Klassifikazzjoni tal-istrument |
M |
Klassifikazzjoni tat-titolu skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) |
||||
|
|
Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.31) |
||||
|
Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil (F.32) |
|||||
|
Ishma elenkati (F.511) |
|||||
|
Ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.52) |
|||||
|
Tipi ta’ titoli oħrajn (28) |
|||||
Settur tal-emittent |
M |
Settur istituzzjonali tal-emittent skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) |
||||
Pajjiż emittent |
M |
Pajjiż tal-inkorporazzjoni legali jew domiċilju tal-emittent tat-titolu |
||||
Valur tal-prezz (29) |
V |
Il-prezz tat-titolu fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza |
||||
Bażi tal-valur tal-prezz (29) |
V |
Bażi li fuqha jingħata l-valur tal-prezz |
||||
|
|
Euro jew munita rilevanti oħra |
||||
|
Perċentwali |
|||||
|
Isem tal-emittent |
V |
Isem tal-emittent |
|||
Isem qasir |
V |
Isem qasir tat-titolu mogħti mill-emittent, iddefinit skont il-karatterisitiċi tat-titolu u kull informazzjoni oħra disponibbli |
||||
Data tal-ħruġ |
V |
Id-data li fiha t-titoli jiġu kkonsenjati lis-sottoskrivent mill-emittent flimkien ma’ pagament. Din hija d-data meta t-titoli ikunu jistgħu jiġu kkonsenjati lil investituri għall-ewwel darba. |
||||
Data tal-maturità |
V |
Data meta l-istrument jinfeda |
||||
Ammont li għad irid jitħallas |
V |
Ammont li għad irid jitħallas ikkonvertit f’euro |
||||
Kapitalizzazzjoni tas-suq |
V |
L-aħħar kapitalizzazzjoni tas-suq f’euro disponibbli |
||||
Imgħax akkumulat |
V |
Imgħax akkumulat mill-aħħar pagament ta’ kupun jew mid-data li fiha beda jakkumula l-imgħax. |
||||
Fattur tal-aħħar split |
V |
Frazzjonamenti (splits) ta’ stokks u raggruppamenti (reverse splits) ta’ ishma |
||||
L-aħħar data tal-frazzjonament |
V |
Id-data li fiha l-frazzjonament tal-istokk isir effettiv. |
||||
Tip ta’ kupun |
V |
Tip ta’ kupun (fiss, varjabbli, imtarraġ eċċ) |
||||
Tip ta’ dejn |
V |
Tip ta’ strument ta’ dejn |
||||
Ammont tad-dividend |
V |
Ammont tal-aħħar pagament tad-dividend għal kull sehem bit-tip tal-ammont tad-dividend qabel it-taxxa (dividend gross) |
||||
Tip tal-ammont tad-dividend |
V |
Denominazzjoni jew f’munita tad-dividend jew numru ta’ ishma |
||||
Munita tad-dividend |
V |
Munita tal-aħħar ħlas ta’ dividend |
||||
Tip ta’ titolizzazzjoni tal-attiv |
V |
Tip ta’ attiv li bih issir titolizzazzjoni |
PARTI 2
Investimenti f’titoli minn gruppi ta’ rapportar
Tabella 1
Tagħrif ġenerali u noti spjegattivi
Tagħrif rapportat (30) |
Attribut |
Status (31) |
Deskrizzjoni |
|||
|
Istituzzjoni ta’ rapportar |
M |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni għall-istituzzjoni ta’ rapportar |
|||
Data ta’ sottomissjoni |
M |
Data meta d-dejta tintbagħat lill-SHSDB |
||||
Perijodu ta’ referenza |
M |
Perijodu li għalih tirreferi d-dejta |
||||
Frekwenza tar-rapportar |
M |
Dejta trimestrali |
||||
|
M |
Trattament ta’ fidi bikri |
||||
M |
Trattament ta’ imgħax akkumulat |
Tabella 2
Tagħrif dwar investimenti f’ titoli
Informazzjoni rrapportata (32) |
Attribut |
Status (33) |
Deskrizzjoni |
|
Tagħrif dwar titoli |
ID tal-grupp ta’ rapportar |
M |
ID tal-grupp ta’ rapportar (34) |
|
Residenza tal-entitajiet tal-grupp |
V |
Residenza tal-entitajiet tal-grupp, meta rrapportata separatament mill-uffiċċju ewlieni (35) |
||
|
|
Residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali |
||
|
Mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali |
|||
|
Jekk mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, residenti f’ pajjiżi oħrajn taż-żona tal-euro |
|||
|
Jekk mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, residenti barra ż-żona tal-euro |
|||
ID tal-entità |
V |
ID tal-entità tal-grupp (34) |
||
Pajjiż ta’ residenza tal-entità |
V |
Pajjiż tal-inkorporazzjoni legali jew domiċilju tal-entità |
||
Tip ta‘ grupp |
M |
Tip ta‘ grupp |
||
|
|
Grupp bankarju |
||
Bażi ta’ rapportar |
M |
Jindika kif inhu kkwotat it-titolu, bħala perċentwali jew f’unitajiet |
||
|
|
Perċentwali |
||
|
Unitajiet |
|||
Munita nominali |
V |
Munita li fiha huwa ddenominat l-ISIN, irrapportat meta l-bażi tar-rapportar hija daqs il-perċentwali. |
||
Il-format |
M (36) |
Jispeċifika l-format użat għall-pożizzjonijiet fil-valur nominali |
||
|
|
Valur nominali f’euro jew munita rilevanti oħra |
||
|
Numru ta’ ishma/unitajiet (37) |
|||
Pożizzjonijiet |
M |
L-ammont totali tat-titoli miżmumin |
||
|
|
Bil-valur nominali (36) Numru ta’ ishma jew unitajiet ta’ titolu jew ammont nominali aggregat (f’munita nominali jew euro) jekk it-titolu jiġi nnegozjat f’ammonti pjuttost milli f’unitajiet, bl-esklużjoni ta’ imgħax aggregat |
||
|
Fil-valur tas-suq. Ammont miżmum fil-prezz ikkwotat fis-suq tal-euro, inkluż imgħax akkumulat (38) |
|||
Tibdil ieħor fil-volum |
V |
Tibdil ieħor fil-volum fl-ammont tat-titolu miżmum |
||
|
|
Fil-valur nominali fl-istess format bħall-pożizzjonijiet fil-valur nominali (36) |
||
|
Fil-valur tas-suq f’euro |
|||
Tranżazzjonijiet finanzjarji |
V |
Total tax-xiri bil-bejgħ ta’ titoli mnaqqsa, irreġistrat fil-valur tat-tranżazzjoni f’euro inkluż imgħax akkumulat (38) |
||
|
L-emittent huwa parti mill-grupp ta’ rrapportar |
V |
Jindika jekk it-titolu nħariġx minn entità tal-istess grupp ta’ rapportar |
Tabella 3
Investimenti f’titoli b’kodiċi ISIN
Tagħrif rapportat (39) |
Attribut |
Status (40) |
Deskrizzjoni |
Dejta ta’ referenza: |
Kodiċi ISIN |
M |
Kodiċi ISIN |
Tabella 4
Investimenti f’titoli mingħajr kodiċi ISIN
Tagħrif rapportat (41) |
Attribut |
Status (42) |
Deskrizzjoni |
|||
|
Marka ta’ aggregazzjoni |
M |
Tip ta’ dejta |
|||
|
|
Dejta rrapportata fuq bażi ta’ titolu b’titolu |
||||
|
Dejta aggregata (l-ebda titolu b’titolu) |
|||||
Numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli |
M |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-BĊN intern għal investimenti f’ titoli mingħajr kodiċi ISIN irrapportat fuq bażi ta’ titolu b’titolu, jew fuq bażi aggregata |
||||
Tip ta’ numru ta’ identifikazzjoni ta’ titoli |
M (43) |
Tispeċifika n-numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli għal titoli rrapportati fuq bażi ta’ titolu b’titolu (44) |
||||
|
|
Numru intern tal-BĊN |
||||
|
CUSIP |
|||||
|
SEDOL |
|||||
|
oħrajn (45) |
|||||
Klassifikazzjoni tal-istrument |
M |
Klassifikazzjoni tat-titolu skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) |
||||
|
|
Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir |
||||
|
Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil |
|||||
|
Ishma kkwotati |
|||||
|
Ishma ta’ fondi ta’ investiment |
|||||
|
Tipi ta’ titoli oħrajn (46) |
|||||
Settur tal-emittent |
M |
Settur istituzzjonali tal-emittent skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) |
||||
Pajjiż emittent |
M |
Pajjiż tal-inkorporazzjoni legali jew domiċilju tal-emittent tat-titolu |
||||
Valur tal-prezz (47) |
V |
Il-prezz tat-titolu fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza |
||||
Bażi tal-valur tal-prezz (47) |
V |
Tispeċifika l-bażi li fuqha jingħata l-valur tal-prezz |
||||
|
|
Euro jew munita rilevanti oħra |
||||
|
Perċentwali |
|||||
|
Isem tal-emittent |
V |
Isem tal-emittent |
|||
Isem qasir |
V |
Isem qasir tat-titolu mogħti mill-emittent, iddefinit skont il-karatterisitiċi tat-titolu u kull informazzjoni oħra disponibbli |
||||
L-emittent huwa parti mill-grupp ta’ rrapportar |
V |
Jindika jekk it-titolu nħariġx minn entità tal-istess grupp ta’ rapportar għal titoli rrapportati fuq bażi ta’ titolu b’titolu |
||||
Data tal-ħruġ |
V |
Id-data li fiha t-titoli jiġu kkonsenjati lis-sottoskrivent mill-emittent flimkien ma’ pagament. Din hija d-data meta t-titoli ikunu jistgħu jiġu kkonsenjati lil investituri għall-ewwel darba. |
||||
Data tal-maturità |
V |
Data meta l-istrument ta’ dejn jinfeda |
||||
Ammont li għad irid jitħallas |
V |
Ammont li għad irid jitħallas ikkonvertit f’euro |
||||
Kapitalizzazzjoni tas-suq |
V |
L-aħħar kapitalizzazzjoni tas-suq f’euro disponibbli |
||||
Imgħax akkumulat |
V |
Imgħax akkumulat mill-aħħar pagament ta’ kupun jew mid-data li fiha beda jakkumula l-imgħax. |
||||
Fattur tal-aħħar split |
V |
Frazzjonamenti (splits) ta’ stokks u raggruppamenti (reverse splits) ta’ ishma |
||||
L-aħħar data tal-frazzjonament |
V |
Id-data li fiha l-frazzjonament tal-istokk isir effettiv. |
||||
Tip ta’ kupun |
V |
Tip ta’ kupun (fiss, varjabbli, imtarraġ eċċ) |
||||
Tip ta’ dejn |
V |
Tip ta’ strument ta’ dejn |
||||
Ammont tad-dividend |
V |
Ammont tal-aħħar pagament tad-dividend għal kull sehem bit-tip tal-ammont tad-dividend qabel it-taxxa (dividend gross) |
||||
Tip tal-ammont tad-dividend |
V |
Denominazzjoni jew f’munita tad-dividend jew numru ta’ ishma |
||||
Munita tad-dividend |
V |
Munita tal-aħħar ħlas ta’ dividend |
||||
Tip ta’ titolizzazzjoni tal-attiv |
V |
Tip ta’ attiv li bih issir titolizzazzjoni |
(1) L-istandards ta’ rapportar elettroniċi huma stabbiliti separatament.
(2) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(3) Għall-pożizzjonijiet biss, jekk it-tranżazzjonijiet jirriżultaw minn posizzjonijiet ta’ kull xahar fl-SHSDB.
(4) L-istandards ta’ rapportar elettroniċi huma stabbiliti separatament.
(5) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(6) L-enumerazzjoni tal-kategoriji f’din il-Linja Gwida kollha tirrifletti l-enumerazzjoni introdotta fl-ESA 2010.
(7) Intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125) kif ukoll awżiljarji finanzjarji (S.126) flimkien ma’ istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127).
(8) Jekk is-setturi S.11, S.13 u S.15 ma jiġux irrapportati separatament biss.
(9) Għad-dejta rapportata minn banek ċentrali nazzjonali mhux taż-żona tal-euro, għar-rapportar tal-investimenti minn investuri mhux residenti biss.
(10) Resident ta‘ settur mhux allokat fil-pajjiż detentur; jiġifieri setturi mhux magħrufin ta’ pajjiżi mhux magħrufin m’għandhomx jiġu rrapportati. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-operaturi tal-SHSDB bir-raġuni għas-settur mhux magħruf, fil-każ ta’ valuri rilevanti statistikament.
(11) Jekk ma tistax issir dintinzjoni bejn ir-rapportar dirett u dak tal-kustodju biss.
(12) Obbligatorju għar-rapportar ta‘ titoli b’kodiċi ISIN; volontarju għar-rapportar ta’ titoli mingħajr kodiċi ISIN.
(13) Mhux irrapportat jekk il-valuri tas-suq (u t-tibdil rispettiv l-ieħor f’volum/tranżazzjonijiet) jiġu rrapportati
(14) Hija rrakkomandata l-inklużjoni tal-imgħax akkumulat, fuq bażi tal-aħjar sforz.
(15) Jekk BĊN jirrapporta status ta’ konfidenzjalità, dan l-attribut jista’ ma jiġix irrapportat. L-ammont jista’ jirreferi għall-ikbar investitur wieħed, minflok għall-iktar żewġ investituri kbar, taħt ir-responsabbiltà tal-BĊN li qed jirrapporta.
(16) Il-BĊNi huma mħeġġa biex jirrapportaw il-valur nominali f’numru ta’ unitajiet meta t-titoli huma kkwotati fis-CSDB.
(17) Jiġu rrapportati biss jekk it-tranżazzjonijiet ma jirriżultawx minn pożizzjonijiet fl-SHSDB.
(18) Hija rrakkomandata l-inklużjoni tal-imgħax akkumulat, fuq bażi tal-aħjar sforz.
(19) Jiġu rrapportati biss għal tranżazzjonijiet miġburin minn aġenti ta’ rapportar, mhux irrapportati għal tranżazzjonijiet ġejjin minn pożizzjonijiet minn BĊNi.
(20) Għandu jiġi rrapportat jekk l-ammont korrispondenti tal-aktar żewġ investituri kbar għal pożizzjonijiet, tranżazzjonijiet, tibdil ieħor fil-volum, rispettivament, ma jkunx disponibbli/ipprovdut.
(21) Jintuża biss jekk it-tranżazzjonijiet jiġu minn pożizzjonijiet mill-BĊNi. F’dawn il-każijiet l-istatus tal-konfidenzjalità jiġi mill-SHSDB, jiġifieri jekk il-pożizzjonijiet inizjali u/jew finali huma konfidenzjali, it-tranżazzjoni riżultanti hija mmarkata bħala konfidenzjali.
(22) L-istandards ta’ rapportar elettroniċi huma stabbiliti separatament.
(23) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(24) L-istandards ta’ rapportar elettroniċi huma stabbiliti separatament.
(25) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(26) Mhijiex meħtieġa għal titoli rrapportati fuq bażi aggregata.
(27) Il-BĊNi għandhom preferibbilment jużaw l-istess numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli għal kull titolu fuq bosta snin. Barra minn dan, kull numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli għandu jkun irrelatat ma’ titolu wieħed biss. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-operaturi tal-SHSDB jekk humiex f’pożizzjoni li jagħmlu dan. Kodiċijiet CUSIP u SEDOL jistgħu jiġu ttrattati bħala numri interni tal-BĊN.
(28) Dawn it-titoli ma jiġux inklużi fil-produzzjoni tal-aggregati.
(29) Għall-kalkolu pożizzjonijiet fil-valur tas-suq minn pożizzjonijiet fil-valur nominali.
(30) L-istandards ta’ rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.
(31) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(32) L-istandards ta’ rapportar elettroniċi huma stabbiliti separatament.
(33) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(34) L-identifikatur jiġi ddefinit separatament.
(35) Il-BĊNi jistgħu jirrapportaw skont erba’ għażliet alternattivi: (1) aggregati għall-entitjajiet kollha tal-grupp inkluż l-uffiċċju prinċipali; (2) aggregati għall-entitajiet residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali; u aggregati għall-entitajiet mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, rispettivament; (3) aggregati għal entitajiet residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali; aggregati għall-entitjaiet residenti f’pajjiż ieħor taż-żona tal-euro; aggregati għall-entitjajiet residenti barra miż-żona tal-euro; (4) entità b’entità.
(36) Mhux irapportat jekk il-valuri tas-suq huma rrapportati
(37) Il-BĊNi huma mħeġġa biex jirrapportaw il-valur nominali f’numru ta’ unitajiet meta t-titoli huma kkwotati fis-CSDB.
(38) Hija rrakkomandata l-inklużjoni tal-imgħax akkumulat, fuq bażi tal-aħjar sforz.
(39) L-istandards ta’ rapportar elettroniċi huma stabbiliti separatament.
(40) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(41) L-istandards ta’ rapportar elettroniċi huma stabbiliti separatament.
(42) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(43) Mhux meħtieġ għal titoli rrapportati fuq bażi agregata.
(44) Il-BĊNi għandhom preferibbilment jużaw l-istess numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli għal kull titolu fuq bosta snin. Barra minn dan, kull numru ta’ identifikazzjoni tat-titoli għandu jkun relatat ma’ titolu wieħed biss. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-operaturi tal-SHSDB jekk humiex f’pożizzjoni li jagħmlu dan. Kodiċijiet CUSIP u SEDOL jistgħu jiġu ttrattati bħala numri interni tal-BĊN.
(45) Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw fil-metadata t-tip ta’ numru identifikazzjoni użat.
(46) Dawn it-titoli ma jiġux inklużi fil-produzzjoni tal-aggregati.
(47) Għall-kalkolu pożizzjonijiet fil-valur tas-suq minn pożizzjonijiet f’valur nominali.
ANNESS II
ITTRA TA’ NOTIFIKA LIL KAPIJIET TAL-GRUPPI TA’ RAPPORTAR
Notifika tal-klassifikazzjoni bħala kap tal-grupp ta’ rapportar bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (1)
[Għażiż/a Sinjur/Sinjura]
Permezz tal-preżenti qegħdin ninnotifikawk, f’isem il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] ġie kklassifikat mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE bħal l-kap tal-grupp ta’ rapportar għall-finijiet ta’ statistika, skont l-Artikoli 1(11) u 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).
L-obbligi tar-rapportar ta’ [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] bħala l-kap ta’ grupp ta’ rrapportar huma stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).
Raġunijiet għall-klassifikazzjoni ta’ ‘kap ta’ grupp ta’ rapportar’
Il-Kunsill Governattiv iddetermina li [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] jikkwalifika bħala l-kap ta’ grupp ta’ rapportar skont il-kriterji li ġejjin, skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24):
(a) |
[isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] huwa l-kap ta’ grupp bankarju, kif iddefint fl-Artikolu 1(10)] tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24); |
(b) |
il-grupp bankarju li [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] qed imexxi jissodisfa il-kriterji li ġejjin (2)
|
Sors ta’ tagħrif li jsostni l-klassifikazzjoni bħala ‘kap ta’ grupp ta’ rapportar’
Il-BĊE jieħu l-assi tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata totali tal-gruppi bankarji tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-banek ċentrali nazzjonali fuq il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-gruppi bankarji fl-Istat Membru rilevanti, ikkalkulata skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE.
[Fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu inklużi hawnhekk iktar spjegazzjonijiet tal-metodoloġija applikata għall kwalunkwe kriterji ta’ inklużjoni addizzjonali miftiehem mill-Kunsill Governattiv.]
Oġġezzjonijiet u r-reviżjoni tal-Kunsill Governattiv
Kwalunkwe talba għal reviżjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-klassifikazzjoni ta’ [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] bħala kap tal-grupp ta’ rapportar bħala riżultat tal-ġustifikazzjonijiet msemmijin iktar ‘il fuq għandha tiġi indirizzata fi 15-il jum tax-xogħol tal-BĊE minn meta tiġi rċevuta din l-ittra lil [daħħal l-isem u l-indirizz tal-BĊN]. [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] u għandha tinkludi r-raġunijiet għal din it-talba u kull tagħrif li jsostniha.
Data tal-bidu tal-obbligi ta’ rapportar
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe oġġezzjoni, [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] għandu jirrapporta tagħrif statistiku skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) minn [daħħal d-data tal-bidu għar-rapportar, jiġifieri mhx iktar tard minn sitt xhur wara li tintbagħat l-ittra].
Tibdil fl-istatus tal-entità nnotifikata
Qed tintalab tinforma lil [isem il-BĊN li qed jinnotifika] bi kwalunkwe bidla fl-isem jew forma legali, għaqda, ristrutturar u kwalunkwe ġrajja jew ċirkustanza oħra fil-[isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] li jistgħu jaffettwaw l-obbligi ta’ rapportar ta’ [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar], fi żmien 10 ijiem tax-xogħol tal-BĊE minn dak l-avveniment.
Minkejja li jkun seħħ dak l-avveniment, [isem legali tal-kap tal-grupp ta’ rrapportar] jibqa’ suġġett għall-obbligi ta‘ rapportar stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) sakemm ninnotifikawk mod ieħor f’isem il-BĊE.
Dejjem tiegħek
[firma]
(1) ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6.
(2) Daħħal il-krterji rilevanti li l-entità nnotifikata tissodisfa biex tikkwalifika bħala kap ta’ grupp ta’ rrapportar, kif deċiż mill-Kunsill Governattiv.