This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0427
2013/427/EU: Commission Implementing Decision of 2 August 2013 concerning a financial contribution by the Union to the emergency vaccination plan against classical swine fever in Latvia and Belarus and for the implementation of surveillance measures in Latvia, Lithuania and Belarus in the context of the emergency measures taken to combat this disease (notified under document C(2013) 4980)
2013/427/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja u l-Bjelorussja u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza fil-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda (notifikata bid-dokument C(2013) 4980)
2013/427/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja u l-Bjelorussja u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza fil-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda (notifikata bid-dokument C(2013) 4980)
ĠU L 213, 8.8.2013, p. 22–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Awwissu 2013
li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja u l-Bjelorussja u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza fil-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda
(notifikata bid-dokument C(2013) 4980)
(It-testi bil-Latvjan u l-Litwan biss huma awtentiċi)
(2013/427/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3), 3(6) u 8 taghħa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u partikolarment l-Artikolu 84 tiegħu,
Billi:
(1) |
Peress li l-pjan approvat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/90/UE (3) huwa qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (4), id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għall-infiq provdut fil-programm ta’ ħidma għall-għotjiet. |
(2) |
Id-deni klassiku tal-ħnieżer hija marda virali infettiva tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi li xxekkel il-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi. |
(3) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew il-prodotti, is-semen, l-ova u l-embrijuni u wkoll mill-ħnieżer selvaġġi. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (5) tistipula l-miżuri li jridu jiġu applikati immedjatament fil-każ ta’ tifqigħa biex il-vajrus ma jitħalliex jinxtered aktar. |
(5) |
Fil-każ ta’ konferma tal-preżenza tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u meta dejta epidemjoloġika disponibbli tissuġġerixxi li qed jhedded li jinxtered, l-aktar miżura veterinarja effettiva u effiċjenti sabiex titrażżan il-firxa tal-marda huwa t-tilqim orali tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żona f’riskju.. |
(6) |
Fl-20 ta’ Novembru 2012, il-Latvja nnotifikat żewġ każijiet primarji tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fil-kontej ta' Dagda u Zilupe, qrib ħafna tal-fruntiera tal-Bjelorussja u r-Russja. |
(7) |
Wara dawn it-tifqigħat, il-Latvja implimentat sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u mbagħad fil-ħnieżer għat-trobbija għall-użu personali fiż-żoni ta' madwar il-każijiet primarji li jiddefinixxu ż-żona infettata. |
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/90/UE approvat il-pjan ppreżentat mil-Latvja għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi, hekk kif il-kundizzjonijiet ambjentali jippermettu dan fiż-żoni indikati skont l-Artikolu 16(1) u r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/89/KE. |
(9) |
Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana, it-tifqigħ tad-deni klassiku tal-ħnieżer huwa meqjus bħala emerġenza, u bi qbil mill-kabinett tal-Ministri, kienet permessa l-proċedura ta’ urġenza għax-xiri tat-tilqima mingħajr sejħa miftuħa għall-offerti, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tat-tilqim fil-kampanja tar-rebbiegħa 2013. |
(10) |
Minħabba l-qrubija taż-żona infettata mal-Bjelorussja, ma jistax jiġi eskluż li l-ħnieżer selvaġġi infettati jaqsmu l-fruntiera bejn il-Latvja u l-Bjelorussja. Barra minn hekk, it-tim tal-emerġenza veterinarja tal-Komunità, wara żjara fuq il-post fi Frar 2013, irrakkomanda li ż-żona tat-tilqim tiġi estiża lejn żona ta’ lqugħ b'50 km fit-territorji Bjelorussi tul il-linja tal-fruntieri tal-Latvja. |
(11) |
Biex l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi u dawk mrobbija għall-użu personali f’riskju tiġi evalwata, kien xieraq li b'mod urġenti jiġu stabbiliti attivitajiet armonizzati ta’ sorveljanza u stħarriġ epidemjoloġiċi, ibbażati fuq testijiet tal-laboratorju viroloġiċi u seroloġiċi għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi u selvaġġi f’ċerti żoni ta’ riskju għoli fl-inħawi taż-żona infettata fil-Latvja, il-Bjelorussja u kif ukoll il-Litwanja. |
(12) |
Il-Latvja ppreżentat l-ispejjeż stmati tal-pjan għat-tilqim ta’ emerġenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer tal-ħnieżer selvaġġi bl-indikazzjoni tan-numru approssimattiv tad-dożijiet tat-tilqim meħtieġa għat-territorju tal-Latvja u ż-żona newtrali għat-tilqim fil-Bjelorussja, u l-ispejjeż stmati biex jitwettaq dan it-tilqim. L-ispiża stmata għat-tilqim ta’ emerġenza tammonta għal EUR 221 800. |
(13) |
Biex il-marda tiġi miġġielda fit-territorji tal-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja, fl-ewwel ġimgħa ta’ April 2013, il-Latvja u l-Litwanja ressqu l-istima inizjali tal-ispejjeż li se jiġġarrbu għall-implimentazzjoni tal-istħarriġ epidemjoloġiku u l-miżuri ta’ sorveljanza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-kuntest tal-miżuri l-oħra ta’ emerġenza li ttieħdu. L-ispiża stmata għall-miżuri ta' sorveljanza tammonta għal EUR 227 000 fil-Latvja u l-Bjelorussja u EUR 17 000 fil-Litwanja. |
(14) |
L-eliġibbiltà retroattiva tal-ispejjeż mġarrba mil-Latvja mid-data tan-notifika tat-tifqigħat u mil-Litwanja u l-Bjelorussja mid-data tal-bidu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza hija ġġustifikata għaliex dawn l-azzjonijiet huma essenzjali biex jiddefinixxu ż-żona ta’ tilqim u għalhekk, tinqered il-marda b'suċċess. |
(15) |
L-Artikolu 3(6) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni trid tkun 100 % tal-ispiża tal-forniment tat-tilqim u 50 % tal-ispiża mġarrba fit-twettiq tat-tilqima. Madankollu, minħabba li l-infiq eċċessiv għall-baġit tal-Unjoni għandu jiġi evitat, jridu jiġu stabbiliti l-ammonti massimi li jirriflettu l-pagament raġonevoli għall-ispiża tal-forniment tat-tilqim u l-ispejjeż imġarrba għat-twettiq tat-tilqima. Il-pagament raġonevoli huwa l-pagament għall-materjal jew għas-servizz bi prezz proporzjonat meta mqabbel mal-prezz tas-suq. Sakemm il-Kummissjoni twettaq l-kontrolli fuq il-post, huwa meħtieġ li issa jiġi approvata l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni għal-l-Latvja u li jiġi ffissat l-ammont ta' pagament tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
(16) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (6), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
(17) |
Il-pagament tal-kontribut finanzjarju għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati tabilħaqq twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ lill-Kummissjoni. |
(18) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fl-2013, il-Latvja għandha tkun intitolata għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għall-pjan ta’ emerġenza tat-tilqim tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi li għandhom jitwettqu fil-Latvja u fil-Bjelorussja li tammonta għal:
(a) |
100% tal-ispiża (il-VAT mhux inkluż) tal-provvista tad-dożi tat-tilqim; |
(b) |
50 % tal-ispejjeż tas-salarji u t-tariffi mħallsa lill-persunal li jagħmel it-tilqim fil-Latvja, u 50 % tal-ispiża (il-VAT mhux inkluż) tal-ispiża assoċjata direttament mat-tilqim fil-Latvja. |
2. L-ammonti massimi li għandhom jiġu rimborżati lil-Latvja għall-ispiża msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jaqbżu:
(a) |
għax-xiri tat-tilqim, medja ta' EUR 0,91 għal kull doża; |
(b) |
għat-tilqim, medja ta' EUR 0,18 għal kull doża tat-tilqim imqassma fil-Latvja; |
(c) |
EUR 130 800 għall-ispiża tat-tilqim fil-Latvja; |
(d) |
EUR 91 000 għall-ispiża tat-tilqim fil-Bjelorussja; |
Artikolu 2
1. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer, il-Latvja u l-Litwanja għandhom ikunu intitolati għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju għall-miżuri ta' sorveljanza seroloġiċi u viroloġiċi fil-ħnieżer domestiċi u selvaġġi, imwettqa fil-Litwanja u fil-Bjelorussja mill-1 ta’ April 2013 u fil-Latvja mill-20 ta’ Novembru 2012.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun bir-rata ta' 50 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Latvja u l-Litwanja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:
(i) |
EUR 227 000 għal-Latvja; |
(ii) |
EUR 17 000 għal-Litwanja. |
3. L-ispiża massima li trid tiġi rimborżata lil-Latvja u l-Litwanja għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhiex taqbeż:
(i) |
EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun; |
(ii) |
EUR 5 għal kull ħanżir selvaġġ inkluż fil-kampjun; |
(iii) |
EUR 2 għal kull test ELISA; |
(iv) |
EUR 10 għal kull test PCR; |
(v) |
EUR 10 għal kull test viroloġiku. |
Artikolu 3
Soġġett għar-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-post imwettaq skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, l-ewwel pagament parzjali għandu jitħallas lil-Latvja kif ġej:
(a) |
sa EUR 224 300; |
(b) |
bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni stipulata fl-Artikoli 1 u 2. |
Il-ħlas irid isir abbażi ta’ talba uffiċjali għar-rimborż ippreżentata mil-Latvja.
Artikolu 4
L-infiq eliġibbli għal kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandu jkun limitat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għall-miżuri stipulati fil punti 1 sa 4.
1. |
Kampjunar:
|
2. |
Ittestjar fil-laboratorju:
|
3. |
Ix-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ tilqim u/jew tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi. |
4. |
Id-distribuzzjoni tat-tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi:
|
Artikolu 5
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2 għandha titħallas fuq il-bażi ta':
(a) |
rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tat-tilqim ta’ emerġenza, inklużi r-riżultati miksuba, matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta' April 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013; |
(b) |
rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-miżuri ta’ sorveljanza, inklużi r-riżultati miksuba, matul il-perjodu tal-20 ta' Novembru 2012 fil-Latvja u mill-1 ta' April 2013 fil-Litwanja sal-31 ta’ Diċembru 2013; |
(c) |
rapport finanzjarju finali, f’forma kompjuterizzata skont l-Anness III, dwar l-ispejjeż imġarrba mil-Latvja matul il-perjodu mill-20 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 u mil-Litwanja matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013; |
(d) |
ir-riżultati ta’ kwalunkwe kontrolli fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. |
Id-dokumenti li jappoġġjaw ir-riżultati msemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom ikunu disponibbli għall-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-punt (d) imwettqa mill-Kummissjoni.
2. Ir-rapport tekniku finali u r-rapport finanzjarju finali msemmi fil-paragrafu 1(a) sa 1(c) iridu jitressqu sa mhux iktar tard mill-1 ta’ April 2014. Jekk dak il-limitu ta’ żmien ma jiġix irrispettat, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq għal dan id-dewmien, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni se titnaqqas b’25 % għal kull xahar kalendarju tad-dewmien.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja u lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 47, 20.2.2013, p. 70.
(4) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(5) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.
(6) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS I
Ir-rapport tekniku finali dwar it-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ
Stat Membru: …
Data: …
1. |
Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:
|
2. |
Informazzjoni dwar it-tilqim:
|
3. |
Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi: |
ANNESS II
Rapport tekniku finali dwar miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u domestiċi
Stat Membru: …
Data: …
1. |
Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:
|
2. |
Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi: |
3. |
Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: l-inkjesti epidemjoloġiċi, annimali misjuba mejta, distribuzzjoni tal-età tar-reatturi pożittivi, leżjonijiet misjuba, eċc: |
(1) Indika: ELISA, PCR, Ag-ELISA, iżolament, oħrajn (speċifika).
ANNESS III
Rapport finanzjarju finali
Stat Membru: …
Data: …
1. |
Vaċċinazzjoni ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi:
|
2. |
Miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u domestiċi
|
Jiena niċċertifika li:
— |
din in-nefqa saret tassew, akkontata b’eżattezza u eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, |
— |
id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ spezzjoni, |
— |
l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni ma ntalbet għal dawn il-miżuri u d-dħul kollu li sar mill-operazzjonijiet taħtom huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni, |
— |
il-programm kien eżegwit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, |
— |
japplikaw il-proċeduri ta’ kontroll, partikolarment għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet. |
Data:
Isem u firma tad-direttur operattiv:
(*) L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT
(**) L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT