EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0181

2013/181/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ April 2013 li tistabbilixxi lista ta' tliet Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

ĠU L 111, 23.4.2013, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/07/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/181(1)/oj

23.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ April 2013

li tistabbilixxi lista ta' tliet Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(2013/181/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 257 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 62c, tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 979/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Diċembru 2012,

Billi:

(1)

Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jipprevedi l-possibbiltà li jiżdiedu Mħallfin ad interim mal-qrati speċjalizzati sabiex jissostitwixxu l-Imħallfin assenti li, għalkemm ma jkunux qed ibatu minn diżabilità li titqies bħala totali, ma jistgħux, għal żmien twil, jipparteċipaw fit-trattazzjoni ta' kawżi.

(2)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 979/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropeajipprevedi li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq il-proposta tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, jistabbilixxi lista ta' tliet persuni maħtura fil-pożizzjoni ta' Mħallfin ad interim. Dawn l-Imħallfin għandhom jintgħażlu minn fost persuni li kienu membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jżommu ruħhom disponibbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Huma għandhom jinħatru għal perijodu ta’ erba’ snin u l-mandat tagħhom jista' jiġġedded. Din il-lista tiddetermina wkoll l-ordni li fiha l-Imħallfin ad interim jintalbu jaqdu dmirijiethom.

(3)

Jeħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' tliet Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Qed tiġi stabbilita lista ta' tliet Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Din magħmula minn:

Is-Sur Haris TAGARAS, li kien Imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku,

Is-Sur Arjen W. H. MEIJ, li kien Imħallef tat-Tribunal,

Is-Sinjura Verica TRSTENJAK, li kienet l-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u Imħallef tat-Tribunal.

Din il-lista qed tiġi ppreżentata fl-ordni li fiha l-Imħallfin ad interim ser jintalbu, meta jkun meħtieġ, jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 83.


Top