EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0113

2013/113/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Marzu 2013 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li huma reżistenti għat-tfal biss jitqiegħdu fis-suq u tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ novelty lighters (notifikata bid-dokument numru C(2013) 1089) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 61, 5.3.2013, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/05/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/113/oj

5.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/11


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Marzu 2013

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li huma reżistenti għat-tfal biss jitqiegħdu fis-suq u tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ novelty lighters

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 1089)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/113/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li huma reżistenti għat-tfal biss jitqiegħdu fis-suq u tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ novelty lighters

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li trażżan il-validità tad-Deċiżjoni sa perjodu li ma jaqbiżx sena, iżda tippermetti l-konferma ta’ perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom m’għandu jaqbeż sena.

(3)

Il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet estiża għal perjodi ta’ sena (1), l-ewwel permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE (3) sal-11 ta’ Mejju 2008, it-tieni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE (4) sal-11 ta’ Mejju 2009, it-tielet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE (5) sal-11 ta’ Mejju 2010, ir-raba’ permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE (6) sal-11 ta’ Mejju 2011, il-ħames permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/176/UE (7) sal-11 ta’ Mejju 2012, u s-sitta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/53/UE (8) sal-11 ta’ Mejju 2013.

(4)

Il-lajters li mhumiex reżistenti għat-tfal għadhom qed jitqiegħdu fis-suq. Attivitajiet imsaħħa għas-sorveljanza tas-suq, minn kampjunar immirat sa miżuri ristrettivi effettiv, għandhom ikomplu jnaqqsu l-preżenza tagħhom.

(5)

Fin-nuqqas ta’ miżuri sodisfaċenti oħra li jindirizzaw is-sikurezza tat-tfal fil-lajters, jeħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tiġi estiża għal 12-il xahar oħra.

(6)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/502/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE, il-paragrafu 2 jeħodlu postu dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta’ Mejju 2014.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2013 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.

(3)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.

(5)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.

(6)  ĠU L 67, 17.3.2010, p. 9.

(7)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 99.

(8)  ĠU L 27, 31.1.2012, p. 24.


Top