Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013B0540

2013/540/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011

ĠU L 308, 16.11.2013, pp. 108–109 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 308, 16.11.2013, p. 6–6 (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/540/oj

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/108


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/540/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011 (COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/858/KE tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija esekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubbilka — b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2008/544/KE tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika f’L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.   

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011;

2.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)   ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)   ĠU C 388, 15.12.2012, p. 46.

(4)   ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)   ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(10)   ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.


Top