Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1262

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal- 20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

    ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/11/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1262/oj

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 356/22


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1262/2012

    tal-20 ta’ Diċembru 2012

    li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jirrikjedi li jiġu stabbiliti miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli u b’mod partikolari r-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), kif ukoll fid-dawl ta’ kwalunkwe parir irċevut mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali.

    (3)

    Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont it-tip ta’ sajd jew il-grupp ta’ tipi ta’ sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’mod li tkun żgurata l-istabbiltà relattiva għal kull Stat Membru fl-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew tip ta’ sajd u wara li jitqiesu kif imiss l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

    (4)

    Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jittieħed kont tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura u mal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

    (5)

    L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu skont ftehimiet u prinċipji internazzjonali, bħall-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna tal-1995 (2), u skont il-prinċipji dettaljati ta’ ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Inter-nazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd f’Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2008, li skonthom, b’mod partikolari, regolatur għandu jkun aktar kawt meta l-informazzjoni ma tkunx ċerta, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata. In-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata ma għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew biex ma jittiħdux miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni.

    (6)

    Il-pariri xjentifiċi l-aktar reċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u mill-STECF jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond jinħasdu b’mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu sakemm l-evoluzzjoni tad-daqsijiet tal-istokkijiet turi xejra pożittiva. L-ICES jagħti wkoll il-parir li ma għandu jkun permess ebda sajd dirett għall-orange roughy fiż-żoni kollha u għal ċerti stokkijiet tal-linarda u tal-paġella.

    (7)

    Dwar il-klieb il-baħar tal-baħar fond, l-ispeċijiet kummerċjali ewlenin jitqiesu li tbattlu, u, għalhekk, ma għandux isir sajd dirett għalihom.

    (8)

    L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet tal-baħar fond (3) jiġu deċiżi fuq bażi biannwali. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-istokkijiet talarġentina silus u s-sajd ewlieni tal-linarda li l-opportunitajiet tas-sajd għalihom jiddependu fuq l-eżitu tan-negozjati annwali man-Norveġja. L-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet għandhom jiġu stabbiliti f’regolament annwali rilevanti ieħor li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd.

    (9)

    Bil-għan tas-simplifikazzjoni, it-TACs tal-linarda li dwarhom ittieħdet deċiżjoni awtonoma mill-Unjoni għandhom ikunu rregolati fl-istess strument legali. Għaldaqstant, it-TACs għal-linarda fl-ibħra internazzjonali II, III u IV għandhom jiġu inklużi, flimkien mat-TACs għal-linarda fl-ibħra internazzjonali ta’ XII, fir-Regolament li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut li mhumiex soġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali.

    (10)

    Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (4) l-istokkijiet li huma suġġetti għal diversi miżuri msemmija hawnhekk għandhom jiġu identifikati. It-TACs ta’ prekawzjoni għandhom japplikaw għal stokkijiet li għalihom mhi disponibbli ebda evalwazzjoni b’bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd speċifikament għas-sena li fiha jkunu qegħdin jiġu ffissati t-TACs; it-TACs analitiċi għandhom japplikaw għall-każijiet l-oħrajn. Fid-dawl tal-pariri mill-ICES u s-STECF għall-istokkijiet tal-baħar fond, dawk l-istokkijiet li għalihom mhi disponibbli ebda evalwazzjoni b’bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd rilevanti għandhom ikunu soġġetti għal TACs ta’ prekawzjoni f’dan ir-Regolament.

    (11)

    Fid-dawl tal-pariri xjentifiċi, id-distribuzzjoni bijoloġika ta’ xi stokkijiet ta’ roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) mhux neċessarjament tikkorrispondi għaż-żoni tat-TACs f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġi ffaċilitat l-isfruttament sostenibbli ta’ dawn l-istokkijiet, ikun adatt li jkun hemm aktar flessibbiltà bejn, min-naħa l-waħda, iż-żoni tat-TACs Vb, VI, VII, u min-naħa l-oħra ż-żoni tat-TACs VIII, IX, X, XII u XIV.

    (12)

    Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd annwali għas-snin 2013 u 2014 disponibbli għall-bastimenti tal-UE għall-istokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-UE u f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

    (b)

    “ilmijiet tal-UE” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet maġenb it-territorji msemmijin fl-Anness II tat-Trattat;

    (c)

    “qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tinqabad u tinħatt l-art minn kull stokk ta’ ħut kull sena;

    (d)

    “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

    (e)

    “ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-ebda Stat.

    2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

    (a)

    iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

    (b)

    iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

    Artikolu 3

    TACs u allokazzjonijiet

    It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet tal-UE jew f’ċerti ilmijiet li mhumiex tal-UE, l-allokazzjoni ta’ TACs bħal dawn fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom b’mod funzjonali, fejn hu xieraq, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd

    1.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

    (a)

    skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

    (b)

    tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmulin skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (7) jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 (8);

    (c)

    ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (d)

    kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (e)

    tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    2.   L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet soġġetti għal TAC ta’ prekawzjoni filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika, ħlief fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

    Il-ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti t-TACs għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk il-qabdiet isiru minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li għandu kwota u li dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

    Artikolu 6

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-20 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. ALETRARIS


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassu f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassu ħafna (highly migratory) (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).

    (3)  ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.

    (4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistika ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistika ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).


    ANNESS

    Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    PARTI 1

    Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet

    1.

    Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet ta’ ħut jissemmew skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-baħar fond tqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva t’hawn taħt ta’ ismijiet komuni u ta’ ismijiet bil-Latin:

    Isem komuni

    Kodiċi Alpha-3

    Isem xjentifiku

    Ċinturin iswed

    BSF

    Aphanopus carbo

    Alfonsinos

    ALF

    Beryx spp.

    Roundnose grenadier

    RNG

    Coryphaenoides rupestris

    Orange roughy

    ORY

    Hoplostethus atlanticus

    Paġella

    SBR

    Pagellus bogaraveo

    Lipp Abjad

    GFB

    Phycis blennoides

    2.

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-baħar fond” tfisser il-lista ta’ speċijiet li ġejja:

    Isem komuni

    Kodiċi Alpha-3

    Isem xjentifiku

    Catsharks tal-baħar fond

    API

    Apristurus spp.

    Frilled shark

    HXC

    Chlamydoselachus anguineus

    Żagħrun

    GUP

    Centrophorus granulosus

    Leafscale gulper shark

    GUQ

    Centrophorus squamosus

    Mazzola Portugiża

    CYO

    Centroscymnus coelolepis

    Longnose velved dogfish

    CYP

    Centroscymnus crepidater

    Mazzola sewda

    CFB

    Centroscyllium fabricii

    Mazzola (munqar l-għasfur)

    DCA

    Deania calcea

    Murruna sewda

    SCK

    Dalatias licha

    Greater lanternshark

    ETR

    Etmopterus princeps

    Mazzola tal-Fanal

    ETX

    Etmopterus spinax

    Gattarell ħalqu iswed

    SHO

    Galeus melastomus

    Mouse catshark

    GAM

    Galeus murinus

    Murruna b’sitt garġi

    SBL

    Hexanchus griseus

    Sailfin roughshark (Sharpback shark)

    OXN

    Oxynotus paradoxus

    Knifetooth dogfish

    SYR

    Scymnodon ringens

    Kelb il-baħar tal-Groenlandja

    GSK

    Somniosus microcephalus

    PARTI 2

    Opportunitajiet tas-sajd annwali appikabbli għall-bastimenti tal-UE f’żoni fejn it-TACs jeżistu skont l-ispeċi u skont iż-żona (f’tunnellati ta’ piż ħaj)

    Speċijiet

    :

    Klieb il-baħar tal-baħar fond

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX (DWS/56789-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    Ġermanja

    0

    0

    Estonja

    0

    0

    Irlanda

    0

    0

    Spanja

    0

    0

    Franza

    0

    0

    Litwanja

    0

    0

    Polonja

    0

    0

    Portugall

    0

    0

    Renju Unit

    0

    0

    Unjoni

    0

    0

    TAC

    0

    0


    Speċijiet

    :

    Klieb il-baħar tal-baħar fond

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X (DWS/10-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    Portugall

    0

    0

    Unjoni

    0

    0

    TAC

    0

    0


    Speċijiet

    :

    Klieb il-baħar tal-baħar fond, Deania hystricosa u Deania profundorum

    Żona

    :

    L-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII (DWS/12INT-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    Irlanda

    0

    0

    Spanja

    0

    0

    Franza

    0

    0

    Renju Unit

    0

    0

    Unjoni

    0

    0

    TAC

    0

    0


    Speċijiet

    :

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV (BSF/1234-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC ta’ prekawzjoni

    Ġermanja

    3

    3

    Franza

    3

    3

    Renju Unit

    3

    3

    Unjoni

    9

    9

    TAC

    9

    9


    Speċijiet

    :

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII (BSF/56712-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    Ġermanja

    35

    46

    Estonja

    17

    22

    Irlanda

    87

    113

    Spanja

    174

    226

    Franza

    2 440

    3 172

    Latvja

    113

    147

    Litwanja

    1

    1

    Polonja

    1

    1

    Renju Unit

    174

    226

    Oħrajn (1)

    9

    12

    Unjoni

    3 051

    3 966

    TAC

    3 051

    3 966


    Speċijiet

    :

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X (BSF/8910-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    Spanja

    12

    12

    Franza

    29

    29

    Portugall

    3 659

    3 659

    Unjoni

    3 700

    3 700

    TAC

    3 700

    3 700


    Speċijiet

    :

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ CECAF 34.1.2. (BSF/C3412-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC ta’ prekawzjoni

    Portugall

    3 674

    3 490

    Unjoni

    3 674

    3 490

    TAC

    3 674

    3 490


    Speċijiet

    :

    Alfonsinos

    Beryx spp.

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV (ALF/3X14-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    Irlanda

    10

    9

    Spanja

    70

    67

    Franza

    19

    18

    Portugall

    203

    193

    Renju Unit

    10

    9

    Unjoni

    312

    296

    TAC

    312

    296


    Speċijiet

    :

    Roundnose grenadier

    Coryphaenoides rupestris

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u IV (RNG/124-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC ta’ prekawzjoni

    Danimarka

    1

    1

    Ġermanja

    1

    1

    Franza

    10

    10

    Renju Unit

    1

    1

    Unjoni

    13

    13

    TAC

    13

    13


    Speċijiet

    :

    Roundnose grenadier

    Coryphaenoides rupestris

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III (RNG/03-) (2)

    Sena

    2013

    2014

    TAC ta’ prekawzjoni

    Danimarka

    643

    515

    Ġermanja

    4

    3

    Isvezja

    33

    26

    Unjoni

    680

    544

    TAC

    680

    544


    Speċijiet

    :

    Roundnose grenadier

    Coryphaenoides rupestris

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII (RNG/5B67-)

    Sena

    2013 (3)

    2014 (3)

    TAC analitika

    Ġermanja

    8

    8

    Estonja

    63

    63

    Irlanda

    279

    279

    Spanja

    70

    70

    Franza

    3 539

    3 539

    Litwanja

    81

    81

    Polonja

    41

    41

    Renju Unit

    208

    208

    Oħrajn (4)

    8

    8

    Unjoni

    4 297

    4 297

    TAC

    4 297

    4 297


    Speċijiet

    :

    Roundnose grenadier

    Coryphaenoides rupestris

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/8X-14-)

    Sena

    2013 (5)

    2014 (5)

    TAC analitika

    Ġermanja

    23

    21

    Irlanda

    5

    4

    Spanja

    2 573

    2 317

    Franza

    119

    107

    Latvja

    41

    37

    Litwanja

    5

    4

    Polonja

    805

    724

    Renju Unit

    10

    9

    Unjoni

    3 581

    3 223

    TAC

    3 581

    3 223


    Speċijiet

    :

    Orange roughy

    Hoplostethus atlanticus

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VI (ORY/06-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    Irlanda

    0

    0

    Spanja

    0

    0

    Franza

    0

    0

    Renju Unit

    0

    0

    Unjoni

    0

    0

    TAC

    0

    0


    Speċijiet

    :

    Orange roughy

    Hoplostethus atlanticus

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VII (ORY/07-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    Irlanda

    0

    0

    Spanja

    0

    0

    Franza

    0

    0

    Renju Unit

    0

    0

    Oħrajn

    0

    0

    Unjoni

    0

    0

    TAC

    0

    0


    Speċijiet

    :

    Orange roughy

    Hoplostethus atlanticus

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

    Irlanda

    0

    0

    Spanja

    0

    0

    Franza

    0

    0

    Portugall

    0

    0

    Renju Unit

    0

    0

    Unjoni

    0

    0

    TAC

    0

    0


    Speċijiet

    :

    Paġell

    Pagellus bogaraveo

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (SBR/678-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    Irlanda

    6

    5

    Spanja

    156

    143

    Franza

    8

    7

    Renju Unit

    20

    18

    Oħrajn (6)

    6

    5

    Unjoni

    196

    178

    TAC

    196

    178


    Speċijiet

    :

    Paġell

    Pagellus bogaraveo

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IX (SBR/09-)

    Sena

    2013 (7).

    2014 (7)

    TAC analitika

    Spanja

    614

    614

    Portugall

    166

    166

    Unjoni

    780

    780

    TAC

    780

    780


    Speċijiet

    :

    Paġell

    Pagellus bogaraveo

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X (SBR/10-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    Spanja

    9

    8

    Portugall

    1 004

    904

    Renju Unit

    9

    8

    Unjoni

    1 022

    920

    TAC

    1 022

    920


    Speċijiet

    :

    Lipp Abjad

    Phycis blennoides

    Żona:

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV (GFB/1234-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    Ġermanja

    9

    9

    Franza

    9

    9

    Renju Unit

    13

    13

    Unjoni

    31

    31

    TAC

    31

    31


    Speċijiet

    :

    Lipp Abjad

    Phycis blennoides

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII (GFB/567-)

    Sena

    2013 (8)

    2014 (8)

    TAC analitika

    Ġermanja

    10

    10

    Irlanda

    260

    260

    Spanja

    588

    588

    Franza

    356

    356

    Renju Unit

    814

    814

    Unjoni

    2 028

    2 028

    TAC

    2 028

    2 028


    Speċijiet

    :

    Lipp Abjad

    Phycis blennoides

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX (GFB/89-)

    Sena

    2013 (9)

    2014 (9)

    TAC analitika

    Spanja

    242

    242

    Franza

    15

    15

    Portugall

    10

    10

    Unjoni

    267

    267

    TAC

    267

    267


    Speċijiet

    :

    Lipp Abjad

    Phycis blennoides

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni X u XII (GFB/1012-)

    Sena

    2013

    2014

    TAC analitika

    Franza

    9

    9

    Portugall

    36

    36

    Renju Unit

    9

    9

    Unjoni

    54

    54

    TAC

    54

    54


    (1)  Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.

    (2)  Fiż-żona IIIa tal-ICES ma għandu jitwettaq l-ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier sakemm isiru l-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja.

    (3)  Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 10 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/*8X14-).

    (4)  Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.

    (5)  Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 10 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII (RNG/*5B67-).

    (6)  Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.

    (7)  Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (SBR/*678-).

    (8)  Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX (GFB/*89-).

    (9)  Minn kull kwota jista’ jinqabad massimu ta’ 8 % fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII (GFB/*567-).


    Top