EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0868

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2012 tal- 24 ta’ Settembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 257, 25.9.2012, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/868/oj

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 868/2012

tal-24 ta’ Settembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-ażorubina (sinonimu karmojżina) ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-għalf tal-qtates u l-klieb li jaqa’ taħt il-kategorija “koloranti” taħt l-intestatura “koloranti awtorizzati biex jagħtu l-kulur lill-oġġetti tal-ikel skont ir-regoli Komunitarji, għajr il-blu patentat V, l-aħdar aċidu jgħajjat BS u l-kantaksantin”. Dan l-użu mbagħad iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2012 (3) li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-ażorubina ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, jew l-ambjent, u li hija effettiva bħala kolorant. Hija kkonkludiet li sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni ma għandu jinqala’ l-ebda tħassib għall-utenti dwar is-sigurtà. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-ażorubina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Billi saru xi modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-ażorubina u billi ma hemm l-ebda effett immedjat dirett fuq is-sigurtà, għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-awtorizzazzjoni sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jkun hemm perjodu tranżitorju għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti ta’ ażorubina, kif awtorizzata skont id-Direttiva 70/524/KEE u ta’ għalf li jkun fih l-ażorubina.

(7)

Għall-operaturi huwa proċess kumpless ħafna li jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor it-tikketti tal-għalf li jkun fih addittivi differenti li ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom għandhom jikkonformaw ma’ regoli ġodda tal-ittikkettar. Għalhekk, huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti bidla tat-tikketti bla tfixkil.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni

Is-sustanza ażorubina speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi sensorji” u mal-grupp funzjonali “koloranti, (i) sustanzi li jżidu jew li jerġgħu jagħtu l-kulur fl-għalf”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-rekwiżiti tal-ittikkettar

L-għalf li jkun fih l-ażorubina għandu jiġi ttikkettat skont dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.

Madankollu, l-għalf li jkun fih l-ażorubina li ġie ttikkettat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm il-ħażniet jispiċċaw.

Artikolu 3

Il-miżuri tranżitorji

Il-ħażniet eżistenti tal-ażorubina u tal-għalf li jkun fih l-ażorubina fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw skont il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jispiċċaw.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(2):2570.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: koloranti

2a122

Ażorubina jew karmojżina

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Ażorubina

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

1.

Isem kimiku: Disodju 4-idrossi-3-(4-sulfonat-1-naftilażo) naftalen-1-sulfonat

2.

Sinonimi: karmojżina, CI Aħmar tal-Ikel 3

3.

Einecs: 222-657-4

4.

Formula Kimika C20H12N2Na2O7S2

5.

Purità:

5.1.

Analiżi kimika: Kontenut minimu ta’ 85 % ta’ sustanzi koloranti kkalkulat bħala l-melħ tas-sodju.

5.2.

4-amminonaftalen-1-aċidu sulfoniku u 4-idrossinaftalen-1-aċidu sulfoniku: mhux aktar minn 0,5 %

5.3.

Sustanzi koloranti sussidjarji: mhux aktar minn 2,0 %

5.4.

Materjal li ma jinħallx fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

5.5.

Ammini aromatiċi primarji mhux sulfonati): mhux aktar minn 0,01 % (ikkalkolat bħala anilina)

5.6.

Sustanza li tista’ tiġi estratta bl-etere: mhux aktar minn 0,2 % f’kundizzjonijiet newtri.

 

Il-Metodu ta’ Analiżi  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-ażorubina fl-addittiv tal-għalf: Spettrofotometrija ta’ 516 nm fl-ilma u Kromatografija fuq Saff Irqiq (Thin Layer Chromatography — TLC) (Monografu tal-FAO JECFA nru 1 (Vol 4) Kompendju magħqud għall-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel).

Għad-determinazzjoni tal-ażorubina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija ta’ 516 nm f’soluzzjoni milwiema Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE (2).

Qtates u klieb

176

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għas-sikurezza: għandha tintuża protezzjoni għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda waqt l-użu.

Il-25 ta’ Novembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20.


Top