Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0315

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 315/2012 tat- 12 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

    ĠU L 103, 13.4.2012, p. 38–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0934

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/315/oj

    13.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 103/38


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 315/2012

    tat-12 ta’ April 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari t-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 121 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2) il-prattiki enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) emendat il-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ ċerta prattiki enoloġiċi li huma diġà awtorizzati fl-Unjoni. Sabiex ikun hemm konformità mal-istandards internazzjonali fis-seħħ f’dan il-qasam, u sabiex il-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-istess possibbiltajiet offruti lill-produtturi ta’ pajjiżi terzi, jeħtieġ li dawn il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-prattiki enoloġiċi ġodda jkunu emendati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet ta’ użu stabbiliti mill-OIV.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jawtorizza l-użu ta’ kopolimeri polyvinylimidazole/polyvinylpyrrolidone (PVI/PVP), biex jitnaqqas il-kontenut ta’ ram, ta’ ħadid u ta’ metalli tqal bil-kundizzjoni li jkunu konformi mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali tal-OIV, partikolarment fejn jidħlu l-limiti massimi tal-kontenut ta’ monomeri. Minħabba li preskrizzjonijiet bħal dawn għadhom ma ġewx adottati mill-OIV, għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika, jeħtieġ li titneħħa din il-prattika tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 606/2009.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jawtorizza l-użu ta’ kitosan u kitinglukan ta’ oriġini fungali. Bħalissa fl-Unjoni dawn il-prodotti qed ikunu magħmula biss mill-faqqiegħ Aspergillus niger. Madankollu, minħabba li dawn il-prodotti huma awtorizzati mill-OIV u li l-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat minnha jispeċifika li l-prodotti ġejjin mill-faqqiegħ Aspergillus niger, dan għandu jkun speċifikat ukoll fir-Regolament (KE) Nru 606/2009.

    (4)

    L-inbejjed intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Douro” u għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Duriense” segwita mill-kliem “colheita tardia” jidderogaw mil-limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. Il-Portugall talab li kwalunkwe nbid Portuġiż li jkollu l-istess karatteristiċi bħal dawn l-inbejjed u li għandu dritt għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta segwita mill-kliem “colheita tardia”, jibbenifika minn din id-deroga. Jeħtieġ li, fil-każ ta’ dawn l-inbejjed, ikun awtorizzat limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 400 milligramma għal kull litru.

    (5)

    Minħabba li l-indikazzjoni speċifika tradizzjonali “vino generoso” m’għadhiex tapplika biss għall-inbejjed likur, jeħtieġ li d-dispożizzjoni dwar l-użu tal-indikazzjoni msemmija, elenkata fil-punt 8, il-parti B, tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 606/2009, tiġi adattata.

    (6)

    Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 606/2009.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Regolamentazzjoni stabbilit bl-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    L-Anness I A huwa emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

    (b)

    L-Anness I B huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

    (c)

    L-Anness III huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.


    ANNESS I

    L-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-tabella hija emendata kif ġej:

    (a)

    ir-ringiela 10, l-ewwel kolonna, l-għaxar u l-ħdax–il inċiż huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “—

    kitosan derivat mill-Aspergillus niger,

    kitinglukan derivat mill-Aspergillus niger.

    (b)

    ir-ringiela 31, it-tielet kolonna, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Fil-limitu ta’ użu ta’ 1 g/hl u sakemm il-prodott trattat ma jkollux kontenut ta’ ram ta’ aktar minn 1 mg/l, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed likuri prodotti minn most tal-għeneb mhux iffermentat jew ftit iffermentat, li għalihom il-kontenut ta’ ram ma jistax ikun aktar minn 2 mg/l.”

    (c)

    Ir-ringiela Nru 41 hija mħassra.

    (d)

    ir-ringiela 44, l-ewwel kolonna, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Trattament bl-għajnuna tal-kitosan derivat mill-Aspergillus niger

    (e)

    ir-ringiela 45, l-ewwel kolonna, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Trattament bl-għajnuna tal-“kitinglukan derivat mill-Aspergillus niger

    2.

    L-Appendiċi 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Appendiċi 6

    Rekwiżiti għad-dimetildikarbonat

    QASAM TAL-APPLIKAZZJONI

    Id-dimetildikarbonat jista’ jiżdied mal-inbid minħabba għan wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin

    (a)

    li tkun żgurata l-istabbilizzazzjoni mikrobijoloġika tal-inbid fil-flixkun li fih zokkor fermentabbli,

    (b)

    il-prevenzjoni tal-iżvilupp tal-ħmejjer mhux mixtieqa u tal-batterji tal-ħalib,

    (c)

    l-imblukkar tal-fermentazzjoni tal-inbejjed ħelwin, “moelleux” (mezzan) u “demi-sec” (semi-dry).

    REKWIŻITI

    Għall-għan (a), iż-żieda għandha ssir ftit biss qabel l-ibbottiljar,

    il-prodott użat għandu jirrispetta l-kriterji ta’ purità stabbiliti bid-Direttiva 2008/84/KE,

    it-trattament għandu jiġi rrekordjat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 185c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”

    3.

    L-Appendiċi 11 għandu jitħassar.

    4.

    Fl-Appendiċi 12, l-ewwel inċiż tal-punt 1 fil-parti “Rekwiżiti” huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “—

    L-inbid jista’ jkun imkessaħ minn qabel.”

    5.

    Fl-Appendiċi 13 it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Rekwiżiti għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitosan derivat mill-Aspergillus niger u għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitinglukan derivat mill-Aspergillus niger ”.


    ANNESS II

    Fl-Anness I B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009, il-punt 2(e), id-disa’ inċiż, tal-parti A huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “—

    l-inbejjed li ġejjin mill-Portugall li għandhom dritt għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u għal indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll għall-kliem “colheita tardia” ”.


    ANNESS III

    Is-sentenza introduttorja tal-ewwel subparagrafu tal-punt 8 tal-parti B fl-Anness III, hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-indikazzjoni speċifika tradizzjonali “vino generoso”, fil-każ tal-inbejjed likuri hija riżervata għall-inbejjed likuri xotti b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, prodotti totalment jew parzjalment taħt flor, kif ukoll:”.


    Top