This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0074
Commission Implementing Regulation (EU) No 74/2012 of 27 January 2012 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 74/2012 tas- 27 ta’ Jannar 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 74/2012 tas- 27 ta’ Jannar 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 27, 31.1.2012, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
31.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2012
tas-27 ta’ Jannar 2012
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Pannell magħmul mill-aluminju u ħġieġ ittemprat b'qies ta' madwar 140 bi 30 ċm (magħruf bħala "pannell tad-doċċa bl-idromassaġġi"). Il-pannell huwa mgħammar b'mixer, 6 żennuni oriżżontali tal-idromassaġġi, b'bexxiexa tad-doċċa li tinżamm fl-idejn għal kontra l-ġebla, b'bexxiexa fin-naħa ta' fuq li tisprejja fuq żona wiesgħa, u xkaffa għall-aċċessorji. Hija mgħammra wkoll b'pumi li permezz tagħhom tista' tikkontrolla t-temperatura tal-ilma, l-qawwa eċċ. Il-pannell huwa mfassal għal biex jeħel f'kabini tad-doċċa tal-kmamar tal-banju kompatibbli. Barra mill-funzjoni ta' doċċa, din tipprovdi wkoll idromassaġġi b'nixxiegħat irqaq ta' ilma li joħorġu miż-żennuni bi pressjoni qawwija. |
9019 10 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 9019 , 9019 10 u 9019 10 90 . Peress li l-pannell hu magħmul minn vit bil-bexxiexat skont l-intestatura 8481 u apparat għal massaġġi b'6 żennuni tal-idromassaġġi skont l-intestatura 9019 , dan huwa meqjus bħala prodott kompost skont it-tifsira tar-Regola Ġenerali 3(b). In-nuqqas ta' karatteristiċi addizzjonali għaż-żieda fil-pressjoni tal-ilma, bħal pompa, ma jeskludux il-klassifikazzjoni tal-komponent tal-apparat tal-massaġġi skont l-intestatura 9019 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni HS għall-intestatura 9019 , (II), it-tieni paragrafu). Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, l-ebda wieħed mill-komponenti ma jagħti lill-pannell il-karattru essenzjali tiegħu. Għaldaqstant, il-pannell għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM 9019 10 90 bħala apparat ieħor tal-massaġġi. |