This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0211
2012/211/EU: Council Decision of 13 March 2012 amending Decision 2011/734/EU addressed to Greece with a view to reinforcing and deepening fiscal surveillance and giving notice to Greece to take measures for the deficit reduction judged necessary to remedy the situation of excessive deficit
2012/211/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tinnotifika lill-Greċja sabiex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv
2012/211/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tinnotifika lill-Greċja sabiex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv
ĠU L 113, 25.4.2012, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Marzu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tinnotifika lill-Greċja sabiex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv
(2012/211/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1)(a) tat-TFUE jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bil-ħsieb li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom. |
(2) |
L-Artikolu 126 tat-TFUE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits tal-gvern eċċessivi u għal dan il-għan jistabbilixxi l-proċedura dwar defiċit eċċessiv. Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li fil-parti korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern biex jerġgħu lura minnufih għal pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li jqisu l-qagħda ekonomika. |
(3) |
Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-TKE), li fil-Greċja kien hemm defiċit eċċessiv. |
(4) |
Fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/320/UE (1) indirizzata lill-Greċja skont l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136 tat-TFUE bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv mhux aktar tard mill-2014. Il-Kunsill stabbilixxa l-2014 bħala l-iskadenza għall-korrezzjoni tas-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv, u miri annwali għad-defiċit tal-gvern. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/320/UE ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Minħabba li kien meħtieġ li jsiru aktar emendi, fl-interessi taċ-ċarezza ġiet irriformulata, fit-12 ta’ Lulju 2011, mid-Deċiżjoni 2011/734/UE (2). |
(6) |
L-attività ekonomika fl-2011-2014 attwalment hija stmata u pprojettata li se tkun ħafna iktar dgħajfa minn dak li kien mistenni meta ġew adottati d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/320/UE u 2011/734/UE. L-attività ekonomika hija stmata li fl-2011 naqset b’6,9 %. Attwalment, il-Kummissjoni tipprevedi li l-PDG reali Grieg se jonqos b’4,7 % fl-2012, u se jistaġna fl-2013, qabel ma jerġa’ jibda jikber b’2,5 % fl-2014. F’termini nominali, il-PDG naqas b’5,2 % fl-2011, u huwa mistenni li jonqos b’5,4 % u 0,4 % fl-2012 u l-2013, rispettivament, qabel ma jespandi b’2,5 % fl-2014. |
(7) |
Fi Frar 2012, il-gvern Grieg ħabbar miżuri li kellhom l-għan li jnaqqsu d-defiċit primarju fl-2012, inkluża l-adozzjoni ta’ baġit supplementari. Saru diskussjonijiet estensivi dwar dawn il-miżuri bejn l-awtoritajiet Griegi u s-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn id-diskussjonijiet ma qisux biss il-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali, iżda wkoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-karatterisitika favur it-tkabbir ta’ dawn il-miżuri u li jiġi mminimizzat kwalunkwe impatt soċjali. |
(8) |
F’Marzu 2012, il-Greċja niedet u wettqet operazzjoni ta’ skambju ta’ dejn li tnaqqas sostanzjalment il-livell tad-dejn u l-infiq fuq l-imgħax fl-2012 u fis-snin ta’ wara, u tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn tal-gvern. |
(9) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jidher xieraq li d-Deċiżjoni 2011/734/UE tiġi emendata f’għadd ta’ aspetti, inkluż il-perkors għall-aġġustament fiskali, filwaqt li l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv titħalla kif inhi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/734/UE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafi (2) u (3) għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “2. Il-perkors ta’ aġġustament li jwassal għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv għandu jkollu l-għan li jikseb defiċit primarju tal-amministrazzjoni pubblika (id-defiċit li jeskludi n-nefqa fuq l-imgħax) li ma jaqbiżx EUR 2 037 miljun (1,0 % tal-PDG) fl-2012, u surpluses primarji ta’ mill-anqas EUR 3 652 miljun (1,8 % tal-PDG) fl-2013 u EUR 9 352 miljun (4,5 % tal-PDG) fl-2014. B’segwitu għall-iskambju ta’ dejn, dawn il-miri għad-defiċit/surplus primarju huma konsistenti ma’ defiċit kumplessiv ta’ EUR 14 811 miljun (7,3 % tal-PDG) fl-2012, EUR 9 462 miljun (4,7 % tal-PDG) fl-2013 u EUR 4 499 miljun (2,2 % tal-PDG) fl-2014. Għal dan il-għan, tul il-perjodu 2009-2014, ikun inkiseb titjib fil-bilanċ strutturali ta’ mill-inqas 10 % tal-PDG. Ir-rikavat mill-privatizzazzjoni tal-assi (assi finanzjarji u mhux finanzjarji), kif ukoll it-trasferimenti kollha relatati mad-deċiżjoni tal-Eurogroup tal-21 ta’ Frar 2012 fir-rigward ta’ introjtu tal-banek ċentrali nazzjonal taż-żona tal-euro, inkluż il-Bank tal-Greċja, li jirriżultaw mill-parteċipazzjonijiet tagħhom fil-portafolli ta’ investiment ta’ bonds tal-gvern Grieg ma għandhomx inaqqsu l-isforz tal-konsolidazzjoni fiskali meħtieġ u ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ dawn il-miri. 3. Il-perkors ta’ aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 huwa konsistenti ma’ bidla annwali fid-dejn ikkonsolidat tal-amministrazzjoni pubblika ta’ EUR -26 954 miljun fl-2012, ta’ EUR 6 775 miljun fl-2013 u ta’ EUR 1 492 miljun fl-2014.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li gej: “7a. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin mingħajr dewmien:
|
(3) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 2(9) il-punt (a) jinbidel bi:
|
(5) |
Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “10. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2012:
11. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2012:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.
(2) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 38.