Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32012D0202

2012/202/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 1999/94/KE dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1977) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 109, 21.4.2012, pp. 22-23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Estatuto jurídico do documento Em vigor

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/202/oj

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 1999/94/KE dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1977)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/202/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4)(a) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Jannar 1999, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 1999/94/KE dwar il proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja (2).

(2)

L-Anness III tad-Deċiżjoni 1999/94/KE għandu jiġi emendat, biex jadatta s-sistemi ta’ attestazzjoni tal-konformità għal travi/unitajiet ta’ sulari fi blokok u elementi li jinkorporaw materjal organiku fi progress tekniku biex jitqiesu l-użi suġġetti għar-regolamenti dwar reazzjoni għan-nar peress li għandu jiġi żgurat livell differenti ta’ intervent ta’ parti terza skont il-proċessi u l-materjali użati fil-produzzjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni 1999/94/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 1999/94/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)   ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)   ĠU L 29, 3.2.1999, p. 55.


ANNESS

Fl-Annes III tad-Deċiżjoni 1999/94/KE, it-test li ġej huwa miżjud:

“GRUPP TA’ PRODOTTI

TRAVI/UNITAJIET TA’ SULARI FI BLOKOK U ELEMENTI LI JINKORPORAW MATERJAL ORGANIKU

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej.

Prodott(i)

Użu/i intenzjonat(i)

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar)

L-attestazzjoni ta’ sistema/i ta’ konformità

Travi/unitajiet ta’ sulari fi blokok u elementi li jinkorporaw materjali organiċi

Għall-użi soġġetti għar-regolamentazzjonijiet tar-reazzjoni man-nar

(A1, A2, B, C) (*1)

1

(A1, A2, B, C) (*2), D, E

3

(A1 sa E) (*3), F

4

Sistema 1:

Ara, l-Anness III 2 (i) għad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3:

Ara, l-Anness III 2 (ii) għad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà.

Sistema 4:

Ara l-Anness III (2) (ii) għad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata saħansitra meta ma jinħtieġx it-twettiq tax-xogħol biex tiġi stabbilitat ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, jekk meħtieġ, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.”


(*1)  Prodotti/materjali li għalihom huwa identifikabbli biċ-ċar stadju fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

(*2)  Prodotti jew materjali mhux koperti min-nota f’qiegħ il-paġna (*1).

(*3)  Prodotti jew materjali li ma jeħtiġux ittestjar għar-reazzjoni għan-nar, per eżempju prodotti jew materjali tal-Klassi A1 skont id-Deċiżjoni 96/603/KE (ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23).


Início