Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012B0799

    2012/799/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima II — Kunsill

    ĠU L 350, 20.12.2012, p. 69–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/799/oj

    20.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 350/69


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ Ottubru 2012

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima II — Kunsill

    (2012/799/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1),

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0258/2011) (2),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-data 10 ta’ Mejju 2012 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (8),

    wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġits (A7-0301/2012),

    1.

    Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2010;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU L 64, 12.3.2010.

    (2)  ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.

    (3)  ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.

    (4)  ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.

    (5)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 22.

    (6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (7)  Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).

    (8)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


    Top

    20.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 350/71


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ Ottubru 2012

    li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni ewropea għas-sena finanzjarja 2010, taqsima II — Kunsill

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1),

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011)473 — C7-0258/2011) (2),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-data 10 ta’ Mejju 2012 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (8),

    wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġits (A7-0301/2012),

    A.

    billi “ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi tagħhom qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f’idejn il-korpi politiċi” (9),

    B.

    billi l-Kunsill, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, għandu jkun soġġett għall-obbligu demokratiku ta’ rendikont lejn ċ-ċittadini tal-Unjoni fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni,

    C.

    billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet Ewropej, u għandu r-responsabbiltà li jagħti kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni,

    1.

    Jenfasizza r-rwol mogħti mit-TFUE lill-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;

    2.

    Ifakkar li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, “l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom”, u dan ifisser li, meta jitqies l-Artikolu 50 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b’mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

    3.

    Ifakkar li, skont ir-Regola 77 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu “Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza: […]

    lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta’ istituzzjoniijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni”;

    Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Kunsill fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni 2010

    4.

    Jenfasizza li fir-rapport annwali tagħha għall-2010, il-Qorti tal-Awdituri kkritikat il-finanzjament tal-proġett tal-bini “Residence Palace” minħabba xi pagamenti bil-quddiem li jkunu saru (paragrafu 7.19); jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li matul il-perjodu 2008-10, is-somma totali tal-pagamenti bil-quddiem imħallsa mill-Kunsill laħqet is-somma ta’ EUR 235 000 000; jinnota li t-total tħallas minn linji baġitarji mhux użati biżżejjed; jinnota li “nuqqas ta’ utilizzazzjoni” huwa t-terminu politikament korrett għal allokazzjoni tal-baġit żejda; jenfasizza li fl-2010, il-Kunsill żied il-linja baġitarja “Akkwist ta’ proprjetà immobbli” b’EUR 40 000 000;

    5.

    Jinnota l-ispjegazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatt li l-approprjazzjonijiet saru disponibbli permezz ta’ trasferimenti baġitarji awtorizzati mill-awtorità tal-baġit skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 22 u 24 tal-Regolament Finanzjarju;

    6.

    Jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li din il-proċedura tagħmel ħsara lill-prinċipju baġitarju tal-preċiżjoni, minkejja l-iffrankar miksub fil-ħlas tal-kera;

    7.

    Jinnota t-tweġiba tal-Kunsill li l-ammonti għal-linji baġitarji għall-ispejjeż tal-interpretazzjoni u tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet għandhom ikunu aktar konformi mal-konsum reali u jitlob li jsir ippjanar baġitarju aħjar sabiex jiġu evitati l-prattiki attwali fil-futur;

    8.

    Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri fit-talba tal-Parlament biex twettaq valutazzjoni fil-fond tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll fil-Kunsill, simili għall-valutazzjonijiet li wettqet fil-Qorti tal-Ġustizzja, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data waqt it-tħejjija tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010;

    9.

    Itenni li sorveljanza effiċjenti fuq il-proċess ta’ implimentazzjoni baġitarja hi kwistjoni ta’ responsabilità kbira u t-twettiq tagħha jiddependi kompletament fuq koperazzjoni interistituzzjonali bla xkiel bejn il-Kunsill u l-Parlament;

    Kwistjonijiet pendenti

    10.

    Jiddeplora d-diffikultajiet permanenti li kien hemm mal-Kunsill fil-proċeduri ta’ kwittanza għas-snin finanzjarji 2007, 2008 u 2009, rigward parteċipazzjoni fi djalogu miftuħ u formali mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll li jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Kumitat; ifakkar li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2009 għar-raġunijiet li ngħataw fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (10) u tal-25 ta’ Ottubru 2011 (11);

    11.

    Jirrikonoxxi li rċieva għadd ta’ dokumenti għall-proċedura ta’ kwittanza 2010 (id-dikjarazzjonijiet finanzjarji finali tal-2010 li jinkludu l-kontijiet, rapport dwar l-attività finanzjarja u sommarju tal-awditjar intern għall-2010); għadu qed jistenna d-dokumenti kollha meħtieġa għal kwittanza (b’mod partikulari dawk relattivi għall-awditjar intern sħiħ tal-2010);

    12.

    Ifakkar li l-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit bagħat, fil-31 ta’ Jannar 2012, ittra (12) lill-presidenza fil-kariga tal-Kunsill li fiha talab lill-Kunsill jirrispondi għall-mistoqsijiet annessi mal-ittra msemmija fil-qafas tal-kwittanza;

    13.

    Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu li fiha l-osservazzjonijiet li huma parti integrali tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq tal-10 ta’ Mejju 2012 rigward il-kwittanza fuq l-eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-eżerċizzju 2010, Taqsima II — Kunsill, il-Parlament għamel 26 mistoqsija supplementari marbuta mal-proċedura ta’ kwittanza;

    14.

    Jiddispjaċih li l-Kunsill jirrifjuta li jwieġeb dawn il-mistoqsijiet;

    15.

    Jiddispjaċih ukoll li l-Kunsill ma aċċettax l-istedina tal-Parlament għal-laqgħa li tulha l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit iddibatta l-kwittanza 2010 tal-Kunsill;

    16.

    Jiddeplora l-fatt li l-attitudni tal-Kunsill tostakola l-kontroll demokratiku, kif ukoll it-trasparenza u r-responsabilità, fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni li jħallsu t-taxxi;

    17.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon, madankollu, l-ilqugħ min-naħa tal-presidenza fil-kariga tal-Kunsill tal-istedina tal-Parlament għad-dibattiti dwar ir-rapporti ta’ kwittanza 2010, fil-lenarja, fl-10 ta’ Mejju 2012; jikkondividi l-fehma tiegħu li jkun tajjeb li l-Parlament u l-Kunsill jilħqu ftehin dwar il-mod kif għandha titħejja l-kwittanza, fl-iqsar żmien possibbli;

    18.

    Jixtieq jirringrazzja l-Presidenza Daniża għall-kontribut pożittiv tagħha tul il-proċedura ta’ kwittanza 2010 kollha; jiddispjaċih madankollu li l-Presidenza Daniża ma kinitx kapaċi żżomm ir-riżultati miksuba mill-presidenzi ta’ Spanja u tal-Isvezja;

    L-għoti tal-kwittanza: dritt tal-Parlament

    19.

    Jenfasizza d-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kuntest u l-fini tagħhom, li jikkonsistu fit-tressiq tal-implimentazzjoni tal-baġit kollu tal-Unjoni mingħajr eċċezzjonijiet għall-kontroll u l-iskrutinju parlamentari, u li jagħti kwittanza b’mod awtonomu mhux biss fir-rigward tat-taqsima tal-baġit implimentata mill-Kummissjoni, iżda wkoll fir-rigward tat-taqsimiet tal-baġit implimentati mill-istituzzjonijiet l-oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju;

    20.

    Jinnota li l-Kummissjoni, fir-risposta tagħha tal-25 ta’ Novembru 2011 għall-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, iddikjarat bħala xieraq li l-Parlament ikompli bl-għoti, bil-posponiment jew bir-rifjut tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra bħalma kien qiegħed isir sa issa, u dan jagħmilha iktar diffiċli li wieħed jifhem il-pożizzjoni ta’ eċċezzjoni tal-Kunsill;

    21.

    Huwa tal-fehma li fi kwalunkwe każ, huwa meħtieġ li ssir valutazzjoni tal-ġestjoni tal-Kunsill bħala istituzzjoni tal-Unjoni matul is-sena konċernata, u b’hekk jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-Parlament, inkluża l-assigurazzjoni ta’ responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni;

    22.

    Ifakkar li n-nefqa tal-Kunsill għandha tiġi skrutinizzata bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra, u li hu tal-fehma li l-elementi fundamentali ta’ tali skrutinju, b’mod partikolari, għandhom ikunu:

    (a)

    laqgħa formali fuq il-bażi ta’ kwestjonarju bil-miktub, bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsill u dawk tal-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza, sabiex tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet tal-membri tal-kumitat.

    (b)

    kif indikat fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 (13) dwar il-proċedura ta’ kwittanza tal-Kunsill 2008, li l-kwittanza għandha tkun ibbażata fuq id-dokumenti bil-miktub li ġejjin imressqa mill-istituzzjonijiet kollha:

    il-kontijiet tas-sena finanzjarja preċedenti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom,

    dikjarazzjoni finanzjarja tal-assi u r-responsabilitajiet legali tagħhom,

    ir-Rapport dwar l-Attività Annwali rigward il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħhom,

    ir-rapport annwali tal-awditur intern tagħhom,

    il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet baġitarji interni tal-Kunsill;

    23.

    Jiddispjaċih li, fil-mument tan-negozjati dwar regolament finanzjarju rivedut, l-ebda ftehim ma ntlaħaq dwar il-mod kif il-proċedura ta’ kwittanza tista’ tittejjeb;

    24.

    Jilqa’ l-organizzazzjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ta’ seminar dwar ir-rwoli differenti tal-Parlament u lill-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza, li tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, fost oħrajn, l-elementi li ġejjin:

    li l-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistieden lill-istituzzjonijiet jeżerċitaw kooperazzjoni sinċiera reċiproka, u

    l-Artikolu 319 tat-TFUE li jiddefinixxi r-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza,

    (i)

    li r-rwol tal-Parlament Ewropew huwa li jiddeċiedi dwar il-kwittanza lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha tal-Unjoni,

    (ii)

    li r-rwol tal-Parlament Ewropew huwa li jiddeċiedi dwar il-kwittanza lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha tal-Unjoni,

    l-awtonomija amministrattiva ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fi kwistjonijiet tal-operat rispettiv tagħhom,

    l-Artikoli marbuta mal-kwittanza fir-Regolament Finanzjarju (l-Artikoli 145-147),

    il-prinċipju demokratiku fundamentali tat-trasparenza u r-responsabbiltà,

    l-għan li jittejbu aktar l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit,

    sabiex il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu jaqdu r-rwoli rispettivi tagħhom, it-TFUE u r-Regolament Finanzjarju jistipulaw li ċertu numru ta’ dokumenti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-kwittanza:

    (i)

    ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet taħt verifika għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, inkluża d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, u kwalunkwe rapport speċjali ieħor tal-Qorti tal-Awdituri,

    (ii)

    Rapport Annwali tal-Attività ibbażat fuq ir-riżultati miksuba, b’mod partikolari b’rabta mal-indikazzjonijiet mogħtija mill-Parlament u mill-Kunsill skont l-Artikolu 319 tat-TFUE,

    (iii)

    il-kontijiet tas-sena finanzjarja preċedenti b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit,

    (iv)

    dikjarazzjoni finanzjarja tal-assi u l-obbligazzjonijiet,

    (v)

    rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja,

    (vi)

    rapport li jiġbor fil-qosor l-għadd u t-tip ta’ awditi interni li twettqu, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawk ir-rakkomandazzjonijiet,

    il-Kunsill għandu jressaq lill-Parlament Ewropew, bħala l-awtorità tal-kwittanza li tieħu d-deċiżjonijiet, kull informazzjoni rigward il-kwittanza li l-Parlament jitlob,

    il-Kunsill għandu jwieġeb bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Parlament rigward il-kwittanza,

    l-istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha tal-Unjoni għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod meta l-Kunsill iħejji r-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-kwittanza,

    qabel tmiem Jannar 2013 għandha ssir laqgħa dwar kwistjonijiet marbuta mal-kwittanza, fir-rigward tal-punti msemmija hawn fuq, bejn il-Parlament u l-Kunsill,

    il-Presidenza tal-Kunsill għandha tattendi attivament għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri u d-dibattitu fil-plenarja tal-Parlament dwar il-kwittanza.


    (1)  ĠU L 64, 12.3.2010.

    (2)  ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.

    (3)  ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.

    (4)  ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.

    (5)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 22.

    (6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (7)  Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).

    (8)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (9)  L-Inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza.

    (10)  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.

    (11)  ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.

    (12)  Ittra Nru 301653 tal-31 ta’ Jannar 2012.

    (13)  ĠU L 252, 25.9.2010, p. 24.

    Top