EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1272

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2011 tal- 5 ta' Diċembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 325, 8.12.2011, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1272/oj

8.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1272/2011

tal-5 ta' Diċembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju vinkolanti u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, jista’ jibqa’ jiġi invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

Kodiċi NM

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Preparazzjoni ta’ taħwir komposta minn taħlita ta’ sustanzi fragranti (karvakrol, ċinnamaldeid u oleoreżina tal-kapsiku) u xaħam veġetali idroġenizzat (mikro-inkapsulament).

Il-prodott huwa użat fl-industrija tal-għalf tal-annimali biex itejjeb it-togħma tal-għalf fi kwantitajiet ta’ 75 g sa 300 g/1 000  kg ta’ għalf għal annimali monogastriċi.

3302 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 1 tal-Kapitolu 23, min-Nota 2 tal-Kapitolu 33 u mill-kliem tal-kodiċi NM 3302 , 3302 90  u 3302 90 90 .

Il-prodott jikkonsisti f’sustanzi fragranti fi ħdan is-sens tan-Nota 2 tal-Kapitolu 33.

Għalkemm il-prodott huwa maħsub li jkun użat fl-għalf tal-annimali bħala taħlita minn qabel ta’ sustanzi li jiftħu l-aptit, żamm il-karatteristiċi meħtieġa tal-materjal oriġinali (sustanzi fragranti). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2309 bħala preparazzjoni użata fl-għalf tal-annimali hija eskluża skont in-Nota 1 tal-Kapitolu 23.

Peress li l-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala taħlita ta’ sustanza fragranti waħda jew aktar imħallta ma’ ġarrier miżjud, taqa’ taħt l-intestatura 3302 (ara wkoll l-ewwel paragrafu, punt (6), tan-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata (Harmonized System Explanatory Notes, HSEN) tal-intestatura 3302 )

Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3302 90 90 .

2.

Preparazzjoni ta’ taħwir komposta minn oleoreżina tal-kapsiku fix-xaħam veġetali idroġenizzat (mikro-inkapsulament) bil-metilċellulożju tal-idrossipropil bħala materjal li jgħaqqad.

Il-prodott huwa użat fl-industrija tal-għalf tal-annimali biex itejjeb it-togħma tal-għalf fi kwantitajiet ta’ 12,5 g sa 50 g/1 000  kg ta’ għalf għal annimali ruminanti.

3302 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 1 tal-Kapitolu 23, min-Nota 2 tal-Kapitolu 33 u mill-kliem tal-kodiċi NM 3302 , 3302 90  u 3302 90 90 .

Il-prodott jikkonsisti f’sustanza fragranti fi ħdan is-sens tan-Nota 2 tal-Kapitolu 33.

Għalkemm il-prodott huwa maħsub li jkun użat fl-għalf tal-annimali bħala taħlita minn qabel ta’ sustanzi li jiftħu l-aptit, żamm il-karatteristiċi meħtieġa tal-materjal oriġinali (sustanzi fragranti). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2309 bħala preparazzjoni użata fl-għalf tal-annimali hija eskluża skont in-Nota 1 tal-Kapitolu 23.

Peress li l-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala taħlita ta’ sustanza fragranti waħda jew aktar mħallta ma’ ġarrier miżjud, taqa’ taħt l-intestatura 3302 (ara wkoll l-ewwel paragrafu, punt (6), tan-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata (Harmonized System Explanatory Notes, HSEN) tal-intestatura 3302 )

Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3302 90 90 .

3.

Preparazzjoni ta’ taħwir komposta minn taħlita ta’ sustanzi fragranti (ċinnamaldeid, ewġenol) fuq irfid tas-silika, fiċ-ċellulożju u l-metilċellulożju (mikro-inkapsulament).

Il-prodott huwa użat fl-industrija tal-għalf tal-annimali biex itejjeb it-togħma tal-għalf fi kwantitajiet ta’ 12,5 g sa 50 g/1 000  kg ta’ għalf għal baqar tal-ħalib.

3302 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 1 tal-Kapitolu 23, min-Nota 2 tal-Kapitolu 33 u mill-kliem tal-kodiċi NM 3302 , 3302 90  u 3302 90 90 .

Il-prodotti jikkonsistu f’sustanzi fragranti fi ħdan is-sens tan-Nota 2 tal-Kapitolu 33.

Top