Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0957

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2011 tas- 26 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

ĠU L 249, 27.9.2011, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1238

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/957/oj

27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 957/2011

tas-26 ta’ Settembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(d), (f) u (j) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EAGF) [FAEG] tal-miżuri ta' intervent taħt forma ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas [tal-pagamenti] tal-Istati Membri (2), il-FAEG jiffinanzja l-infiq fuq operazzjonijiet fiżiċi kif imsemmi fl-Anness V għal dak ir-Regolament fuq il-bażi ta' ammonti standard, sakemm l-infiq korrispondenti ma jkunx ġie stabbilit skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali applikabbli.

(2)

L-ammonti standard li ġew iffissati u nnotifikati lill-Istati Membri għall-2010 ġew ikkalkulati fuq il-bażi tar-regoli applikabbli qabel l-1 ta' Marzu 2010. F'dik id-data, ir-regoli dwar ix-xiri u l-bejgħ ta' prodotti kemm għall-intervent kif ukoll mill-intervent, inklużi r-regoli ġodda dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-aġenziji tal-intervent u mill-operaturi, stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3), saru applikabbli għas-settur tal-ħalib.

(3)

Sabiex din is-sitwazzjoni fir-rigward tal-bejgħ tiġi kkunsidrata, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 569/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 dwar il-bejgħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti ta' butir u tat-trab tal-ħalib xkumat provdut fir-Regolament (UE) Nru 446/2010 u r-Regolament (UE) Nru 447/2010 rispettivament (4), introduċa deroga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 fir-rigward tar-regoli relevanti għall-bejgħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat għall-offerti li kienu ppreżentati sal-21 ta' Settembru 2010.

(4)

Sabiex jingħata żmien li tiġi eżaminata aktar l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-aġenziji tal-intervent u mill-operaturi, fir-rigward tax-xiri u l-bejgħ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat kemm għall-intervent kif ukoll mill-intervent, id-deroga introdotta bir-Regolament (UE) Nru 569/2010 ġiet estiża sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2011 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2010 tal-20 ta’ Settembru 2010 li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 fir-rigward ta’ xiri u bejgħ ta’ butir u ta’ trab tal-ħalib xkumat (5).

(5)

Twettqet eżaminazzjoni fuq il-post tal-operazzjonijiet fiżiċi involuti meta l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat jitneħħew minn post tal-ħżin tal-intervent. L-eżaminazzjoni wriet li ċ-ċaqliq tal-prodott miċ-ċella tal-ħażna u t-tagħbija sussegwenti fuq il-vetturi, għandhom jitqiesu bħala operazzjoni unika. Hija wriet ukoll li mhuwiex xieraq li l-ispiża taċ-ċaqliq tal-prodott miċ-ċella tal-ħażna tkun isseparata mill-ispiża tat-tagħbija fuq il-vettura. L-istess japplika meta l-prodotti jitwasslu sal-maħżen tal-intervent, jinħattu mill-vetturi u jiġu ttrasferiti saċ-ċella tal-ħażna. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jiġi emendat biex jirrifletti din is-sitwazzjoni u biex tkun żgurata l-koerenza mar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

(6)

Sabiex ikun hemm kontinwità fl-applikazzjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-ġurnata wara l-iskadenza tar-Regolament (UE) Nru 826/2010.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 28(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ispejjeż li jirriżultaw mill-ħatt tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin għandhom jitħallsu mill-aġenzija tal-ħlas [tal-pagamenti].”

2.

Fl-Artikolu 42(1), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e)

jekk tindika l-prezz offrut, f'euro, għal kull unità tal-kejl, imqarrab għal mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali, mingħajr il-VAT:

(i)

fil-każ taċ-ċereali u tar-ross, għall-prodott li jitgħabba fuq il-mezz tat-trasport;

(ii)

fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, għall-prodott imwassal fuq palits fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin, jew, jekk meħtieġ, imwassal fuq palits li jitgħabbew fuq il-mezz tat-trasport fejn dan jikkonċerna trakk jew vagun tal-ferrovija; jew

(iii)

għall-prodotti l-oħra mwassla saż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin;"

3.

Fl-Artikolu 52, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Meta jkunu qed jitneħħew mill-post tal-ħżin, fil-każ tat-twassil minn barra l-post tal-ħżin, l-aġenzija tal-intervent għandha tagħmel il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat disponibbli fuq palits fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin, u dawn għandhom jitgħabbew fuq il-mezz tat-trasport jekk dan ikun trakk jew vagun tal-ferrovija. L-ispejjeż involuti għandhom jitħallsu mill-aġenzija tal-ħlas [tal-pagamenti]."

4.

Fl-Artikolu 52(3), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-ispejjeż kollha tal-istivar u tat-tneħħija minn fuq il-palits għandhom jitħallsu mix-xerrej tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

(3)   ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

(4)   ĠU L 163, 30.6.2010, p. 32.

(5)   ĠU L 247, 21.9.2010, p.44.


Top