EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0502

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 502/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 136, 24.5.2011, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/502/oj

24.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 502/2011

tat-23 ta’ Mejju 2011

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/300/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011 li timplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), persuna oħra u entità oħra għandhom jiġu inklużi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuna u l-entità elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.

(2)  Ara paġna 85 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

PERSUNA U ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Kurunell Taher Juwadi

Ir-raba' fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja

Membru Ewlieni fil-regim ta' Qadhafi

23.05.2011


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Afriqiyah Airways

Afriqiyah Airways

L-Ewwel Sular

Bini Waha

273, Triq Omar Almokhtar

Kaxxa Postali 83428

Tripli, Libja

indirizz elettroniku: afriqiyah@afriqiyah.aero

Sussidjarja Libjana ta'/li hija l-proprjetá tal-Libyan African Investment Portfolio, entitá li hija proprjetá u taħt il-kontroll tar-regim u indikata mir-regolament tal-UE.

23.05.2011


Top