Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0053

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 53/2011 tal- 21 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

    ĠU L 19, 22.1.2011, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0934

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/53/oj

    22.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 53/2011

    tal-21 ta’ Jannar 2011

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 121, it-tielet u r-raba' subparagrafu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2) il-prattiki enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) adottat prattiki enoloġiċi ġodda. Sabiex ikun hemm konformità mal-istandards internazzjonali fis-seħħ f’dan il-qasam, u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw il-possibbiltajiet ġodda offruti lill-produtturi ta’ pajjiżi terzi, jeħtieġ li dawn il-prattiki enoloġiċi ġodda jkunu awtorizzati fl-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet għall-użu stabbiliti mill-OIV.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jawtorizza l-użu ta’ enżimi pektolitiċi u preparazzjonijiet enżimatiċi ta’ beta-glukanażi għall-kjarifikazzjoni. Dawn l-enżimi kif ukoll preparazzjonijiet enżimatiċi oħrajn jintużaw ukoll għall-maċerazzjoni, il-kjarifikazzjoni, l-istabbilizzazzjoni, il-filtrazzjoni u l-iżvilupp tal-prekursuri aromatiċi tal-għenba li jinsabu fil-most u fl-inbid. Dawn il-prattiki enoloġiċi huma adottati mill-OIV u jeħtieġ li dawn il-prattiki jkunu awtorizzati taħt il-kundizzjonijiet għall-użu stabbiliti mill-OIV.

    (3)

    L-inbejjed intitolati għad-denominazzjonijiet protetta tal-oriġini “Malta” u “Gozo” għandhom kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 45 g/l u jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar. Bl-istess mod, ċerti nbejjed bojod Franċiżi b’indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jista’ jkollhom qawwa alkoħolika totali akbar minn 15 % vol. u kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 45 g/l. Biex dawn l-inbejjed iżommu tajjeb, l-Istati Membri kkonċernati, Malta u Franza rispettivament, talbu deroga mil-limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit stabbilit fl-Anness I B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009. Dawn l-inbejjed għandhom jissemmew fil-lista ta’ nbejjed li għandhom limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 300 milligramma għal kull litru.

    (4)

    L-inbejjed intitolati għall-espressjoni tradizzjonali “Késői szüretelésű bor” għandhom kontenut għoli ħafna ta’ zokkor u jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar. Biex dawn l-inbejjed iżommu tajjeb, l-Ungerija talbet deroga mil-limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. Jeħtieġ li jkun awtorizzat limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 350 milligramma għal kull litru fil-każ ta’ dawn l-inbejjed.

    (5)

    L-inbejjed intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Douro” segwita mill-kliem “colheita tardia” jidderogaw mil-limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. L-inbejjed intitolati għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Duriense” għandhom l-istess karatteristiċi ta’ dawn l-inbejjed. Fuq din il-bażi, il-Portugall talab deroga mil-limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. Jeħtieġ li jkun awtorizzat limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 400 milligramma għal kull litru fil-każ ta’ dawn l-inbejjed.

    (6)

    Biex l-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jkunu aktar ċari, jeħtieġ li l-ismijiet tal-varjetajiet ikunu indikati fil-lingwi differenti tal-pajjiżi fejn jintużaw dawn il-varjetajiet.

    (7)

    Ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ċerti nbejjed likuri huma differenti mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn l-inbejjed. Jeħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jinbidlu skont l-ispeċifikazzjonijiet inkwistjoni.

    (8)

    Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 606/2009.

    (9)

    Il-produzzjoni tal-inbid mill-għeneb maħsud waqt is-sena tal-għasra 2010 diġà bdiet. Sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-inbid, il-prattiki enoloġiċi l-ġodda għandhom ikunu awtorizzati mill-bidu tas-sena tal-għasra 2010 għall-produtturi kollha. Jeħtieġ li dan ir-Regolament ikun applikabbli retrospettivament mid-data tal-1 ta’ Awwissu 2010, il-bidu tas-sena tal-għasra 2010.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konsistenti mal-opinjoni tal-Kumitat regolatorju stabbilit fl-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

    a)

    L-Anness I A għandu jkun emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    b)

    L-Anness I B għandu jkun emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    c)

    L-Anness II għandu jkun emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    d)

    L-Anness III għandu jkun emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.


    ANNESS I

    L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jkun emendat kif ġej:

    1)

    It-tabella għandha tkun emendata kif ġej:

    a)

    il-linja 10 għandha tkun sostitwita bil-linja li ġejja:

    “10

    il-kjarifikazzjoni permezz ta’ waħda jew iżjed mis-sustanzi għall-użu enoloġiku li ġejjin:

    il-ġelatina tal-ikel,

    proteini veġetali mill-qamħ jew mill-piżelli,

    l-isinglass,

    il-kaseina u l-kaseinat tal-potassju,

    l-albumina tal-bajd,

    il-bentonite,

    id-diossidu tas-siliċju f’forma ta’ ġell jew soluzzjoni kollojdali,

    il-kaolin,

    it-tannin,

    il-kitosan ta’ oriġini fungali,

    il-kitina-glukan ta’ oriġini fungali

     

    Għall-ipproċessar tal-inbejjed, il-limitu massimu ta’ użu ta’ kitosan huwa ta’ 100 g/hl.

    Għall-ipproċessar tal-inbejjed, il-limitu massimu ta’ użu ta’ kitina-glukan huwa ta’ 100 g/hl.”

    b)

    għandhom jiżdiedu l-linji li ġejjin:

    “44

    L-ipproċessar permezz ta’ kitosan ta’ oriġini fungali

    Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 13

     

    45

    L-ipproċessar permezz ta’ kitina-glukan ta’ oriġini fungali

    Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 13

     

    46

    L-aċidifikazzjoni permezz ta’ pproċessar bl-elettromembrani

    Kundizzjonijiet u limiti stipulati fl-Anness XV(a), punti C u D tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dan ir-Regolament.

    Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 14

     

    47

    Użu ta’ preparazzjonijiet enżimatiċi ta’ użu enoloġiku għall-maċerazzjoni, il-kjarifikazzjoni, l-istabbilizzazzjoni, il-filtrazzjoni u l-iżvilupp tal-prekursuri aromatiċi tal-għenba li jinsabu fil-most u fl-inbid.

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament, il-preparazzjonijiet enżimatiċi u l-attivitajiet enżimatiċi tagħhom (jiġifieri: pektinalażi, metil-esterażi tal-pektina, poligalatturonażi, emiċellulażi, ċellulażi, beta-glukanażi u glikosidażi) għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet dwar il-purezza u l-identità korrispondenti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.”

     

    2)

    L-Appendiċi 1 għandu jitneħħa.

    3)

    L-Appendiċi 13 u 14 għandhom jiddaħħlu kif ġej:

    Appendiċi 13

    Rekwiżiti għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitosan ta’ oriġini fungali u għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitina-glukan ta’ oriġini fungali

    Oqsma ta’ applikazzjoni:

    a)

    Tnaqqis tal-kontenut ta’ metall tqil, b’mod partikolari ħadid, ċomb, kadmju, ram

    b)

    Prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni mill-ħadid u mir-ram,

    c)

    Tnaqqis ta’ kontaminanti possibbli, b’mod partikolari l-okratossina A

    d)

    Tnaqqis tal-popolazzjonijiet ta’ mikroorganiżmi mhux mixtieqa, b’mod partikolari l-Brettanomyces, permezz tal-ipproċessar bil-kitosan biss.

    Rekwiżiti:

    Id-dożi li għandhom jintużaw għandhom jiġu stabbiliti wara analiżi preċedenti. Id-doża massima ta’ użu għandha tkun inqas minn jew ugwali għal:

    100 g/hl għall-applikazzjonijiet a) u b),

    500 g/hl għall-applikazzjoni c),

    10 g/hl għall-applikazzjoni d).

    Is-sedimenti għandhom jitneħħew permezz ta’ proċessi fiżiċi.

    Appendiċi 14

    Rekwiżiti għall-aċidifikazzjoni permezz tal-ipproċessar bl-elettromembrani

    Il-membrani katjoniċi għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jippermettu biss l-estrazzjoni tal-katjoni u b’mod partikolari tal-katjon K+.

    Il-membrani bipolari għandhom ikunu impermeabbli għall-anjoni u għall-katjoni tal-most u tal-inbid.

    L-implimentazzjoni tal-ipproċessar għandha ssir taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kwalifikat.

    Il-membrani użati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tad-Direttiva 2002/72/KE u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, adottati għall-implimentazzjoni tagħha. Dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-monografija ‘Membrani tal-elettrodijalisi’ tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.


    ANNESS II

    Il-parti A(2), tal-Anness I B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandha tkun emendata kif ġej:

    1)

    il-punt c) għandu jkun emendat kif ġej:

    a)

    fit-13-il inċiż, għandhom jiddaħħlu dawn is-subinċiżi:

    “—

    Vin de pays de l’Agenais,

    Vin de pays des terroirs landais,

    Vin de pays des Landes,

    Vin de pays d’Allobrogie,

    Vin de pays du Var;”

    b)

    għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    l-inbejjed ta’ Malta b’qawwa alkoħolika totali tal-volum ogħla minn jew ugwali għal 13,5 % vol. b’kontenut ta’ zokkor ogħla minn jew ugwali għal 45 g/l u intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini ‘Malta’ u ‘Gozo’ ”

    2)

    fil-punt d), għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    l-inbejjed intitolati għall-espressjoni tradizzjonali ‘Késői szüretelésű bor’.”

    3)

    fil-punt e), id-disa’ inċiż għandu jkun sostitwit b'dan il-kliem:

    “—

    l-inbejjed bojod intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Douro’ jew għall-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Duriense’, segwita mill-kliem ‘colheita tardia’;”


    ANNESS III

    Fl-Appendiċi 1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, l-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista, fl-ordni alfabetika xierqa:

    “Albariño”, “Macabeo B”, “il-Malvasías kollha” u “il-Muskatelli kollha”.


    ANNESS IV

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jkun emendat kif ġej:

    a)

    Fil-parti A(4)(a), it-tieni inċiż għandu jkun sostitwit mill-kliem li ġej:

    “—

    most tal-għeneb ikkonċentrat, most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat jew most tal-għeneb imqadded li miegħu jkun ġie miżjud alkoħol newtrali mid-dwieli biex ma sseħħx il-fermentazzjoni, għall-inbid Spanjol indikat bil-kliem tradizzjonali ‘vino generoso de licor’, bil-kundizzjoni li ż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali tal-volum tal-inbid ikkonċernat ma taqbiżx it-8 % vol,”

    b)

    Il-parti B għandha tkun emendata kif ġej:

    i)

    fil-punt 3, it-tieni inċiż għandu jkun sostitwit mill-kliem li ġej:

    “Madankollu, f’dak li jirrigwarda l-inbejjed likuri bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Málaga’ jew ‘Jerez-Xérès-Sherry’, il-most tal-għeneb imqadded li miegħu jkun ġie miżjud alkoħol newtrali mid-dwieli biex ma sseħħx il-fermentazzjoni, mill-varjetà tad-dielja Pedro Ximénez, jista’ joriġina mir-reġjun ta’ ‘Montilla-Moriles’.”

    ii)

    fil-punt 10, l-ewwel inċiż għandu jkun sostitwit mill-kliem li ġej:

    “—

    miksub minn ‘vino generoso’ imsemmi fil-punt 8, jew minn inbid taħt flor xieraq biex jagħti tali ‘vino generoso’, li jkun ġie miżjud kemm b’most tal-għeneb imqadded li jkun ġie miżjud b’alkoħol newtrali tad-dwieli biex ma sseħħx il-fermentazzjoni, kif ukoll minn most ikkonċentrat rettifikat, kif ukoll minn ‘vino dulce natural’,”

    c)

    L-Appendiċi 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

    i)

    fil-punt A, fil-lista ta’ Spanja, il-linji li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-ordni alfabetika xierqa:

    “Condado de Huelva

    Pedro Ximénez

    Moscatel

    Mistela

    Empordà

    Mistela

    Moscatel”

    ii)

    fil-punt B.5, fil-lista ta’ Spanja, il-linja li ġejja għandha tiddaħħal fl-ordni alfabetika xierqa:

    “Empordà

    Garnacha / Garnatxa”

    d)

    L-Appendiċi 2, għandu jkun emendat kif ġej:

    i)

    fil-punt A 2, l-inbid likur ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini “Trentino” għandu jitneħħa mil-lista tal-Italja.

    ii)

    fil-punt A 3, għandha tiżdied il-lista li ġejja:

    L-ITALJA

    Trentino”

    e)

    Fl-Appendiċi 3, għandhom jiżdiedu l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ dwieli li ġejjin:

    “Muskatelli — Garnacha”


    Top