Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0522

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK tat- 2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ĠU L 228, 3.9.2011, p. 16–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2011; Imħassar b' 32011D0782

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/522/oj

    3.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 228/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/522/PESK

    tat-2 ta’ Settembru 2011

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

    (2)

    Fit-18 ta’ Awwissu 2011, l-Unjoni kkundannat bl-akbar qawwa l-kampanja brutali li Bashar Al-Assad u r-reġim tiegħu kienu qed iwettqu kontra l-poplu tagħhom stess li kienet wasslet għall-qtil jew il-feriment ta’ ħafna ċittadini Sirjani. L-Unjoni enfasizzat ripetutament li r-ripressjoni brutali għandha titwaqqaf, li għandhom jiġu meħlusin id-dimostranti arrestati, li għandu jiġi permess l-aċċess liberu għall-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali u dawk tad-drittijiet tal-bniedem u għall-mezzi tax-xandir, u li għandu jitnieda djalogu nazzjonali ġenwin u inklussiv. It-tmexxija Sirjana, madankollu, baqgħet tisfida l-appelli mill-Unjoni kif ukoll mill-komunità internazzjonali inġenerali.

    (3)

    F’dan il-kuntest, l-Unjoni ddeċidiet li tadotta miżuri restrittivi addizzjonali kontra r-reġim Sirjan.

    (4)

    Ir-restizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu applikati għal persuni u entitajiet addizzjonali li jibbenefikaw minn jew jappoġġaw lir-reġim, partikolarment persuni u entitajiet li jiffinanzjaw lir-reġim, jew jipprovdu appoġġ loġistiku lir-reġim, partikolarment l-apparat tas-sigurtà, jew li jimminaw l-isforzi lejn tranżizzjoni paċifika għad-demokrazija fis-Sirja.

    (5)

    Barra minn hekk, għandhom ikunu pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mis-Sirja ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi.

    (6)

    F’dan ir-rigward, għandu jkun innutat li ġiet deċiża mill-Kunsill sospensjoni parzjali tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana (2) permezz tad-Deċiżjoni 2011/523/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 (3),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

    (1)

    Għandhom jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 2a

    1.   Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mis-Sirja ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi huma pprojbiti.

    2.   Huma pprojbiti l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

    3.   Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, konsapevolment jew b’intenzjoni, f’attivitajiet li għandhom bħala għan jew effett l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 2b

    Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Novembru 2011, ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Settembru 2011.”;

    “Artikolu 4a

    L-ebda pretensjoni, inkluża dik għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Anness, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fis-Sirja, inkluż il-Gvern tas-Sirja, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.”.

    (2)

    L-Artikolu 3(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnu, tal-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, ta’ persuni li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.”.

    (3)

    L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn, persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”.

    (4)

    Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 4(3):

    “(e)

    meħtieġa għal skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta’ ċittadini barranin mis-Sirja;

    (f)

    destinati sabiex jitqiegħdu ġewwa, jew jinħargu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, safejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.”.

    Artikolu 2

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.

    (2)  ĠU L 269, 27.9.1978, p. 2.

    (3)  Ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS

    Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2

    A.   Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    (data tat-twelid, post tat-twelid …)

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Fares CHEHABI

     

    President tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-industrija ta' Alep. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan.

    2.09.2011

    2.

    Emad GHRAIWATI

     

    President tal-Kamra tal-Industrija ta' Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan.

    2.09.2011

    3.

    Tarif AKHRAS

     

    Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan.

    2.09.2011

    4.

    Issam ANBOUBA

     

    President ta' Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan.

    2.09.2011


    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Mada Transport

    Sussidjarja tal-Holding Cham

    (Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62)

    Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

    2.09.2011

    2.

    Cham Investment Group

    Sussidjarja tal-Holding Cham

    (Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62)

    Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

    2.09.2011

    3.

    Real Estate Bank

    Insurance Bldg- Yousef Al-azmeh

    sqr. Damascus

    P.O. Box: 2337 Damascus

    Syrian Arab Republic

    tel: (+963) 11 2456777 u 2218602

    Fax: (+963) 11 2237938 u 2211186

    Posta elettronika tal-Bank: Publicrelations@reb.sy,

    Website: www.reb.sy

    Bank proprjetà tal-gvern li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

    2.09.2011


    Top