This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0435
2011/435/EU: Commission Implementing Decision of 19 July 2011 on the recognition of the ‘Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED’ scheme for demonstrating compliance with the sustainability criteria under Directives 2009/28/EC and 2009/30/EC of the European Parliament and of the Council
2011/435/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
2011/435/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
ĠU L 190, 21.7.2011, pp. 73–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2016: This act has been changed. Current consolidated version:
10/08/2011
|
21.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/73 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Lulju 2011
dwar ir-rikonoxximent tal-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2011/435/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti [tal-fjuwils] tal-petrol u tad-diżil (2), kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7c(6) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttivi 2009/28/KE u 2009/30/KE it-tnejn li huma jistipulaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijofjuwils. Meta ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17, l-Artikolu 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE, din għandha titqies ukoll bħala referenza għad-dispożizzjonijiet simili tal-Artikolu 7a, 7b u 7c u tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/30/KE. |
|
(2) |
Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c), l-Istati Membri għandhom jesiġu lill-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE. |
|
(3) |
Il-premessa 76 tad-Direttiva 2009/28/KE tiddikjara li l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija għandha tiġi evitata u li l-iskemi volontarji jistgħu jgħinu biex jinħolqu soluzzjonijiet effiċjenti biex tiġi ppruvata l-konformità ma’ dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali biex jitkejjel kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet tal-gassijiet serra fiha dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi skema volontarja bħal din għal perjodu ta’ 5 snin. |
|
(6) |
Meta operatur ekonomiku jipprovdi provi jew dejta miksuba skont skema li tkun ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert b’dik id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jesiġi lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà. |
|
(7) |
L-iskema tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli marbuta mad-diskussjonijiet madwar mejda tonda dwar il-bijofjuwils sostenibbli msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED” (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “RSB EU RED”) ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni flimkien ma’ talba għar-rikonoxximent fl-10 ta’ Mejju 2011. L-iskema għandha ambitu globali u tista’ tkopri firxa wiesgħa ta’ bijofjuwils differenti. Ladarba tiġi rikonoxxuta, l-iskema se tkun disponibbli fil-pjattaforma ta’ trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE. Il-Kummissjoni se tqis l-aspetti tas-sensittività kummerċjali u tista’ tiddeċiedi li tippubblika biss parti mill-iskema. |
|
(8) |
Valutazzjoni tal-iskema msejħa “RSB EU RED” ikkonkludiet li din tkopri b’mod xieraq il-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u li din tapplika metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE. |
|
(9) |
L-evalwazzjoni tal-iskema msejħa “RSB EU RED” ikkonkludiet li din tissodisfa standards xierqa ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti u wkoll li hija tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi mogħtija fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE. |
|
(10) |
Kwalunkwe element addizzjonali ta’ sostenibbiltà kopert bl-iskema msejħa “RSB EU RED” mhuwiex meqjus f’din id-Deċiżjoni. Dawn il-kriterji addizzjonali ta’ sostenibbiltà mhumiex obbligatorji biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE. Il-Kummissjoni Ewropea tista’, fi stadju aktar avvanzat, tiddeċiedi jekk l-iskema fihiex ukoll dejta preċiża għall-finijiet tat-tagħrif dwar miżuri meħudin b’rabta mal-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2009/28/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iskema volontarja msejħa “Roundtable of Sustainable Biofuels EU RED”, li għaliha tressqet talba għar-rikonoxximent parzjali lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Mejju 2011, turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fl-Artikoli 17(3)a, 17(3)b, 17(3)c, 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikoli 7b(3)a, 7b(3)b, 7b(3)c, 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE. L-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.
Barra minn hekk, tista’ tintuża biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE u mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE.
Artikolu 2
1. Id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta’ ħames (5) snin wara li tidħol fis-seħħ. Jekk isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema wara li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni b’tali mod li dan jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, it-tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni se tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod xieraq il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta.
2. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka d-Deċiżjoni tagħha jekk jintwera b’mod ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta’ dawk l-elementi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.