Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0378

    2011/378/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Ġunju 2011 li temenda l-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4385) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 168, 28.6.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429 U 32020R0687

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/378/oj

    28.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 168/16


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ Ġunju 2011

    li temenda l-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4385)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/378/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda.

    (2)

    Dawk il-miżuri preventivi jinkludu obbligu fuq l-Istati Membri biex jassiguraw li l-immaniġġjar tal-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka u d-dijanjożi jitwettaq biss fil-laboratorji approvati elenkati fil-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE.

    (3)

    Spanja infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni li s-Centro de Investigación en Sanidad Animal (CISA), Valdeolmos, Madrid, jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 65 tad-Direttiva 2003/85/KE. Spanja talbet li s-CISA tiżdied mal-lista tal-laboratorji nazzjonali, awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif stipulat mill-Parti A tal-Anness XI ma’ dik id-Direttiva.

    (4)

    Għaldaqstant, huwa neċessarju li tinbidel l-annotazzjoni għal Spanja fil-lista tal-laboratorji nazzjonali stipulata fil-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE.

    (5)

    Il-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE, l-annotazzjoni għal Spanja qiegħda tinbidel b’dan li ġej:

    “ES

    Spanja

    Laboratorio Central de Sanidad Animal, Algete, Madrid;

    Centro de Investigación en Sanidad Animal (CISA), Valdeolmos, Madrid;

    Spanja”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.


    Top