This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0289
2011/289/EU: Council Decision of 12 May 2011 granting mutual assistance for Romania
2011/289/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Mejju 2011 li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija
2011/289/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Mejju 2011 li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija
ĠU L 132, 19.5.2011, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Mejju 2011
li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija
(2011/289/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat Dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
Billi:
(1) |
Ir-Rumanija implimentat programm ta’ riforma sostanzjali sa mill-2009. Il-finanzi pubbliċi treġġgħu lura fi triq aktar sostenibbli u l-aċċess tal-gvern għal finanzjament ibbażat fuq is-suq tjieb ħafna. Hekk kif l-aġġustament fiskali għadu għaddej u r-rata tal-kambju tal-valuta nazzjonali Rumena (RON) flimkien mal-valuti tas-sħab kummerċjali ewlenin saret aktar stabbli u l-istituzzjonijiet prinċipali tal-banek b’sieda barranija żammew l-iskopertura tagħhom għar-Rumanija, is-settur bankarju baqa’ stabbli u kkapitalizzat sew, u d-defiċit estern tar-Rumanija trażżan. |
(2) |
Jeħtieġ li titwettaq konsolidazzjoni fiskali kontinwa sabiex jiġi stabilizzat aktar il-proporzjon dejn-PDG u tiġi żgurata s-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi f’soċjetà li qed tixjieħ malajr. Ir-Rumanija bdiet tibni struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax, imma għalissal-finanzjament tad-defiċit tal-baġit kif ukoll ir-rifinanzjament tad-dejn li qed jimmatura għadu jiswa ħafna, u r-Rumanija tibqa’ sserraħ fuq l-istrumenti ta’ debitu l-aktar b’maturitajiet qosra. Filwaqt li l-istabilità tas-settur bankarju nżammet, iż-żieda fl-assi deboliti tista’ tkompli toħloq tensjoni fuq is-sistema. |
(3) |
F’dan il-kuntest, huwa kruċjali li l-awtoritajiet Rumeni jsegwu politiki makroekonomiċi tajba u kredibbli biex jiġi evitat r-risorġiment ta’ stress kbir fis-swieq finanzjarji. Il-qofol tal-programm ekonomiku jibqa’ t-tnaqqis tad-defiċit fiskali b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill lir-Rumanija adottati skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Sabiex il-ksib ta’ defiċits baġitarji iżgħar isir sostenibbli, ir-Rumanija teħtieġ tkompli r-riformi tal-immaniġjar tal-fondi pubbliċi u l-ambjent tal-kontroll. |
(4) |
Il-Kunsill qed jirrivedi fuq bażi regolari l-politiki ekonomiċi implimentati mir-Rumanija, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ reviżjonijiet annwali tal-aġġornament tar-Rumanija tal-Programm ta’ Konverġenza u l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma kif ukoll ir-reviżjoni regolari tal-progress magħmul mir-Rumanija fil-kuntest tar-Rapport ta’ Konverġenza. |
(5) |
Filwaqt li fix-xenarju bażi tal-programm ekonomiku, il-ħtiġijiet totali grossi ta’ finanzjament sa tmiem l-ewwel kwart tal-2013 ġew koperti totalment, u l-gvern baqa’ jikkonsolida l-aċċess tiegħu għal finanzjar ibbażat fuq is-suq, l-aġenda tar-riforma li għadha ma tlestietx u r-riskju sostanzjali li jdawwar ix-xenarju bażi jsostnu t-talba tar-Rumanija għal għajnuna finanzjarja ta’ natura prekawzjonarja b’segwitu tal-għajnuna mogħtija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/458/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija (1). |
(6) |
L-awtoritajiet Rumeni talbu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra biex jappoġġjaw is-sostenibbiltà tal-bilanċ tal-pagamenti u biex jiżguraw li r-riżervi tal-valuti internazzjonali jinżammu f’livell prudenti anki fil-każ ta’ żviluppi ekonomiċi avversi. |
(7) |
Ir-Rumanija jibqgħalha theddida serja minħabba diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti tagħha, theddida li tkompli tiġġustifika l-għoti ta’ għajnuna reċiproka mill-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Unjoni għandha tkompli tagħti l-għajnuna reċiproka lir-Rumanija, u b’hekk tkompli l-għajnuna disposta skont id-Deċiżjoni 2009/458/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
PINTÉR S.
(1) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 6.