Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32011D0231

2011/231/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' April 2011 li tagħti deroga lil ċerti Stati Membri fir-rispett tat-trasmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2403)

ĠU L 97, 12.4.2011, s. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dokumentets juridiske status I kraft

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/231/oj

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' April 2011

li tagħti deroga lil ċerti Stati Membri fir-rispett tat-trasmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2403)

(It-testi bil-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Latvjan u l-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2011/231/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet li saru mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, din tapplika għall-produzzjoni tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol kif definiti fl-Anness IV.

(2)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistipula, jekk hemm bżonn, derogi u perjodi ta' tranżizzjoni għall-Istati Membri, li t-tnejn iridu jkunu bbażati fuq raġunijiet oġġettivi.

(3)

Jirriżulta mill-informazzjoni provduta lill-Kummissjoni li t-talbiet għal derogi li saru mill-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit ġejjin mill-bżonn ta' addattamenti ewlenin għas-sistemi nazzjonali amministrattivi u statistiċi sabiex jikkonformaw kompletament mar-Regolament (KE) Nru 1338/2008.

(4)

Għalhekk dawn id-derogi għandhom jingħataw kif mitlub lill dawk l-Istati Membri.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi kif previsti fl-Anness jingħataw lill-Istati Membri elenkati fih.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.


ANNESS

Id-derogi mir-Regolament (KE) Nru 1338/2008, implimentat mill-Kummissjoni, li jikkonċernaw l-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol

Stat Membru

Deroga

Tmiem tad-deroga

Il-Belġju

L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għall-impjegati tas-settur pubbliku (NACE O): 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

L-ewwel fornitura tal-varjanti ISCO-08: 2014 (dejta fir-rigward tal-2012).

fit-30 ta’ Ġunju 2014.

Il-Ġermanja

L-ewwel fornitura tad-dejta tal-varjanti “jiem mitlufa”, ISCO-08 u NACE Rev.2 fuq il-livell ta’ 4 ċifri: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għall-impjegati taċ-ċivil: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

L-Irlanda

L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti tat-traffiku (livell ogħla fid-dejta dwar l-inċidenti tat-traffiku): 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

Il-Greċja

L-ewwel fornitura tad-dejta tal-varjanti “jiem mitlufa”, “tip ta’ korriment” u l-varjanti tal-fażi III dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol għall-impjegati tas-settur pubbliku (NACE O) u għall-impjegati tal-fergħat tan-NACE Rev. 2 li mhumiex assigurati mill-Fondazzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali (IKA): 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

Franza

L-ewwel fornitura tal-varjanti tal-fazi III dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

Kopertura sħiħa tal-impjegati kollha fis-setturi tan-NACE Rev.2 A-S: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

Il-Latvja

L-ewwel fornitura tal-varjanti “jiem mitlufa”, “attività ekonomika tal-impjegatur” bil-kodiċi dettaljat ta' 4 ċifri tan-NACE Rev. 2 u l-lokazzjoni ġeografika skont in-NUTS: 2014 (dejta fir-rigward tal-2012).

fit-30 ta’ Ġunju 2014.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

L-ewwel fornitura tal-varjanti “okkupazzjoni”, “tip ta’ korriment”“il-parti imweġġgħa tal-ġisem”, “data tal-inċident”, “jiem mitlufa” u l-varjanti tal-fażi III dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.

Ir-Renju Unit

L-ewwel fornitura tal-varjanti “jiem mitlufa”: 2015 (dejta fir-rigward tal-2013).

fit-30 ta’ Ġunju 2015.

L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti tat-traffiku: 2015 (dejta fir-rigward tal-2013).

fit-30 ta’ Ġunju 2015.

L-ewwel fornitura tad-dejta dwar l-inċidenti li jinvolvu ekwipaġġ tal-ajru u baħrin: 2016 (dejta fir-rigward tal-2014).

fit-30 ta’ Ġunju 2016.


Op