This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0059
2011/59/EU: Council Decision of 25 October 2010 on the signing, on behalf of the Union, of an Agreement in the form of a Protocol between the European Union and the Arab Republic of Egypt establishing a dispute settlement mechanism applicable to disputes under the trade provisions of the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Arab Republic of Egypt, of the other part
2011/59/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, minn naħa l-oħra
2011/59/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, minn naħa l-oħra
ĠU L 27, 1.2.2011, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
1.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2010
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, minn naħa l-oħra
(2011/59/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-imsieħba fir-reġjun tal-Mediterran sabiex tistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali. |
(2) |
Dawn in-negozjati twettqu mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-kumitat appuntat taħt l-Artikolu 207 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi tal-innegozjar maħruġa mill-Kunsill. |
(3) |
Dawn in-negozjati ġew konklużi u fis-27 ta’ April 2010 ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta’ Protokoll (“il-Protokoll”) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (1). |
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) biex tiffirma(jiffirmaw) il-Protokoll, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.
(2) It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.