Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1119

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 tat- 2 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-baqar u għaż-żwiemel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 317, 3.12.2010, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/08/2020; Imħassar b' 32020R1096

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1119/oj

    3.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 317/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2010

    tat-2 ta' Diċembru 2010

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-baqar u għaż-żwiemel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din it-tip ta' awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

    (2)

    Il-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ġiet awtorizzata bħala addittiv għall-għalf għal għaxar snin għall-użu fuq il-ħnieżer bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 896/2009 (3). Skont id-Direttiva 70/524/KEE, l-addittiv kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għall-użu fuq il-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (4), fuq l-ifrat għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 (5) u fuq il-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 (6). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib u, skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, għal użu ġdid fuq iż-żwiemel, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2010 (7), rigward l-użu ta' addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib li, skont il-kondizzjonijiet proposti ta' użu, is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumatur jew fuq l-ambjent, u li l-addittiv għandu potenzjal li jżid il-produzzjoni tal-ħalib fil-baqar tal-ħalib. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2010 (8) rigward l-użu bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel li l-użu ta' din il-preparazzjoni tista' ttejjeb id-diġestibbiltà evidenti tal-fibra tal-ispeċi fil-mira.

    (6)

    L-evalwazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    (7)

    Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007 għandhom jitħassru.

    (8)

    Billi l-modifiki dwar il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati mar-raġunijiet ta' sigurtà, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu transitorju għar-rimi ta' ħażniet eżistenti tat-taħlit minn qabel u tal-għalf kompost.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007, l-Artikolu 1 u l-Anness I jitħassru.

    Artikolu 3

    Taħlit minn qabel u għalf kompost li fihom is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ittikkettjati skont id-Direttiva 70/524/KEE jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u użati sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

    (3)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6.

    (4)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

    (5)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6.

    (6)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17.

    (7)  Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1662.

    (8)  Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1659.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta' annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta' prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

    4b1710

    Prosol S.p.A.

    Saccharomyces cerevisiae

    MUCL 39885

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL Sc 39885 li fiha minimu ta' 1 × 109 CFU/g

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Ċelloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

    Metodi analitiċi  (1)

    Enumerazzjoni: il-metodu pour plate bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol

    Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina tal-polimerasi (PCR)

    Baqar tal-ħalib

    2 × 109

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Għas-sigurtà: għandhom jintużaw nuċċalijiet u ingwanti matul l-immaniġġjar.

    It-23 ta' Diċembru 2020

    Żwiemel

    3 × 109


    (1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


    Top