EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0607

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2010 tad- 9 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1542/2007 dwar il-proċeduri ta’ ħatt l-art u użin ta’ aringi, kavalli u sawrell

ĠU L 175, 10.7.2010, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/05/2011; Imħassar b' 32011R0404

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/607/oj

10.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 607/2010

tad-9 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1542/2007 dwar il-proċeduri ta’ ħatt l-art u użin ta’ aringi, kavalli u sawrell

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (1) u b’mod partikolari l-artikolu 5(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Proċeduri għall-ħatt l-art u l-użin ġew żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u n-Norveġja u l-Gżejjer Faeroe. Dawn huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1542/2007 (2). L-ambitu ta’ dawk ir-Regoli kien limitat għal dawk l-istokkijiet li kienu suġġetti għal kooperazzjoni man-Noverġja u l-Gżejjer Faeroe. Madanakollu, iż-żoni li jikkorrispondu mal-komponent tan-nofsinhar tal-kavalli u s-sawrell, kif ukoll żoni oħra suġġetti għal-limitazzjonijiet fuq il-qbid ma kinux koperti. Huwa xieraq li jkun estiż l-ambitu ta’ dawk ir-regoli għaż-żoni kollha fejn kienu stabbiliti l-limitazzjonijiet fuq is-sajd u fejn l-istat tal-konservazzjoni tal-istokkijiet u l-bżonn li jkun żgurat kontroll effettiv jirrikjedi dan.

(2)

Skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1542/2007, il-parti li tiżen il-ħut għandha żżomm reġistru tal-użin, iżda m’hemm l-ebda indikazzjoni dwar il-limitu ta’ żmien li wieħed għandu biex jikkonforma ma’ dan l-obbligu. Sabiex tkun evitata kwalunkwe inċertezza fl-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tkun speċifikata skadenza ċara għat-tlestija ta’ dan ir-reġistru.

(3)

Skont l-Artikolu 9(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1542/2007, kull tagħbija tat-tanker użata biex tittrasporta ħut mix-xatt għall-impjant tal-ipproċessar, għandha tintiżen u tiġi rreġistrata għaliha. Madanakollu, sabiex ikun evitat dewmien bla bżonn biex tkun rilaxxata t-tagħbija, għandu jkun hemm il-possibbiltà li jkun reġistrat il-piż totali tat-tagħbija tat-tankers kollha mill-istess bastiment sakemm dawn it-tagħbijiet tat-tankers ikunu ntiżnu b’mod konsekuttiv u mingħajr interruzzjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1542/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

L-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (3), jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-użin tal-prodotti tas-sajd u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tiegħu. B’kunsiderazzjoni li dan l-Artikolu se japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2011 u minħabba l-urġenza li l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1542/2007 tapplika għall-istaġun tas-sajd 2010, ikun xieraq li l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jintuża bħala bażi legali għall-din l-emenda.

(6)

Il-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat miċ-Chairman tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1542/2007 huwa b’hekk emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal qabdiet li jinħattu l-art fl-UE minn bastimenti tas-sajd tal-UE u ta’ pajjiżi terzi, jew minn bastimenti tas-sajd tal-UE f’pajjiżi terzi, ta’ kwantitajiet, għal kull qabda li tinħatt, li taqbeż l-10 tunnellati ta’ aringi (Clupea harengus), kavalli (Scomber scombrus) u sawrell (Trachurus spp.), jew taħlita tagħhom, maqbuda:

(a)

għall-aringi, fiż-żoni ICES (*) I, II, IIIa, IV, Vb, VI u VII;

(b)

għall-kavalli fiż-żoni ICES: IIa, IIIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, X, XII, XIV u fl-ilmijiet tal-KE tas-CECAF (**);

(c)

għas-sawrell: żoni ICES IIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, X, XII, XIV u fl-ibħra KE tas-CECAF.

(*)  Żoni ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra), kif definit fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70)."

(**)  Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) (Eastern Central Atlantic jew żona tas-sajd ewlenija Nru 34 tal-FAO), kif definit fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li m’humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1)”."

(2)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit kif ġej:

“3.   Il-parti li tiżen il-ħut għandha żżomm reġistru tal-użin, bil-paġni legati fi ktieb u nnumerati, (reġistru tal-użin). Dan ir-reġistru għandu jimtela immedjatament wara t-tmiem tal-użin ta’ qabda individwali ta’ ħut li tkun inħattet l-art u mhux iktar tard min-23:59 ħin lokali tal-ġurnata tat-tmiem tal-użin. Ir-reġistru tal-użin għandu jindika:

(a)

l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment li minnu nħatt l-art il-ħut;

(b)

in-numru tal-identifikazzjoni tat-tankers għall-każijiet fejn il-ħut ġie ttrasportat mill-port tal-ħatt l-art qabel intiżen skont l-Artikolu 7. Kull tagħbija tat-tanker għandha tintiżen u tiġi rreġistrata separatament. Madanakollu l-piż totali tat-tagħbijiet tat-tankers kollha mill-istess bastiment jista’ jiġi reġistrat bħala ammont wieħed f’każ li dawn it-tagħbijiet tat-tankers ikunu ntiżnu b’mod konsekuttiv u mingħajr interruzzjoni;

(c)

l-ispeċi tal-ħut;

(d)

il-piż ta’ kull ħatt l-art;

(e)

id-data u l-ħin tal-bidu u t-tmiem tal-użin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 56.

(3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


Top