EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0589

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2010 tal- 5 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa u fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV

ĠU L 170, 6.7.2010, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/589/oj

6.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 589/2010

tal-5 ta’ Lulju 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa u fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tat-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu;

Billi:

(1)

Il-limiti ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żoni IIa u IV tal-ICES huma stipulati fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010.

(2)

Skont il-punt 6 tal-Anness IID għar-Regolament (UE) Nru 53/2010, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qbid massimu permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-2010 għaċ-ċiċċirell f’dawk iż-żoni, abbażi tal-pariri tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

L-STECF jindika li l-funzjoni stipulata fil-punt 6 tal-Anness IID għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 jindika TAC ta’ mhux aktar minn 400 000 tunnellata.

(4)

Iċ-ċiċċirell huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta. Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-konsultazzjonijiet man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tar-Reġistru Miftiehem tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tas-26 ta’ Jannar 2010. B’hekk, is-sehem tal-Unjoni Ewropea minn dik il-parti tat-TAC li tista’ tinqabad fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandu jkun stabbilit għal 90 % ta’ 400 000 tunnellata.

(5)

Wara n-negozjati man-Norveġja, l-ammont allokat lin-Norveġja mis-sehem tal-UE tat-TAC għandu jiżdied minn 20 000 tunnellata għal 27 500 tunnellata bi skambju għal opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi.

(6)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd jirrakkomanda li t-TAC għandu jiżdied b’4,23 % biex ikunu koperti l-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES.

(7)

L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa u fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV għandha tinbidel b’dan li ġej:

Speċi

:

Ċiċċirell

Ammodytidae

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa, l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV (1)

SAN/2A3A4.

Id-Danimarka

327 250  (2)

 

Ir-Renju Unit

7 153  (3)

 

Il-Ġermanja

500  (4)

 

L-Iżvezja

12 017  (5)

 

L-UE

346 920  (6)

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

In-Norveġja

27 500  (7)

Il-Gżejjer Faroe

2 500

TAC

376 920


(1)  Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Li minnu mhux aktar minn 311 289 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03 A.).

(3)  Li minnu mhux aktar minn 6 804 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03 A.).

(4)  Li minnu mhux aktar minn 476 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03 A.).

(5)  Li minnu mhux aktar minn 11 431 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03 A.).

(6)  Li minnu mhux aktar minn 330 000 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03 A.).

(7)  Għandhom jinqabdu fiż-żona IV tal-ICES.


Top