This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0505
Commission Regulation (EU) No 505/2010 of 14 June 2010 amending Annex II to Regulation (EC) No 854/2004 of the European Parliament and of the Council laying down specific rules for the organisation of officials controls on products of animal origin intended for human consumption (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2010 tal- 14 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2010 tal- 14 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 149, 15.6.2010, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625
|
15.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 505/2010
tal-14 ta’ Ġunju 2010
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għal-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin u, b’analoġija, ta’ ekinodermi ħajjin, ta’ tunikati ħajjin u ta’ gastropodi tal-baħar ħajjin jgħaddu minn kontrolli uffiċjali kif deskritt fl-Anness II. Il-Kapitolu II tal-Anness jistipula dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-klassifika taż-żoni ta' produzzjoni u l-monitoraġġ ta' żoni bħal dawn. |
|
(3) |
Iż-żoni ta' produzzjoni huma kklassifikati skont il-livell ta' kontaminazzjoni fekali. Annimali filtraturi, bħall-molluski bivalvi, jistgħu jakkumulaw mikro-organiżmi li jirrappreżentaw riskju għas-saħħa pubblika. Din hija r-raġuni għalfejn il-klassifika taż-żoni ta’ produzzjoni hija msejsa fuq il-preżenza ta’ ċerti mikro-organiżmi relatati mal-kontaminazzjoni fekali. |
|
(4) |
Il-gastropodi tal-baħar ġeneralment mhumiex annimali filtraturi, għalhekk ir-riskju tal-akkumulazzjoni ta’ mikro-organiżmi relatat mal-kontaminazzjoni fekali għandu jitqies bħala wieħed remot. Barra minn hekk, ma ġie rappurtat l-ebda tagħrif epidemjoloġiku biex tinħoloq rabta bejn id-dispożizzjonijiet għall-klassifika taż-żoni ta’ produzzjoni u r-riskji għas-saħħa pubblika assoċjati ma’ gastropodi tal-baħar li mhumiex filtraturi. |
|
(5) |
Meta jitqies dan il-progress xjentifiku, gastropodi tal-baħar bħal dawn, li mhumiex filtraturi, għandhom ikunu esklużi mid-dispożizzjonijiet tal-klassifika taż-żoni ta’ produzzjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat kif ġej:
“KAPITOLU III: KONTROLLI UFFIĊJALI LI JIKKONĊERNAW IL-PECTINIDAE U L-GASTROPODI ĦAJJIN TAL-BAĦAR LI MHUMIEX FILTRATURI MAĦSUDA BARRA Ż-ŻONI TA’ PRODUZZJONI KKLASSIFIKATI
Għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali fuq il-pectinidae u fuq il-gastropodi ħajjin tal-baħar, li mhumiex filtraturi, li huma maħsuda barra ż-żoni ta’ produzzjoni kklassifikati fl-irkantijiet tal-ħut, fiċ-ċentri ta’ dispaċċ u fl-istabbilimenti ta’ pproċessar.
Kontrolli uffiċjali bħal dawn għandhom jivverifikaw il-konformità mal-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin stipulati fl-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu V, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 kif ukoll il-konformità ma’ rekwiżiti oħra tal-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu IX ta’ dan ir-Regolament.”