Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0382

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 tal- 5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 113, 6.5.2010, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/382/oj

    6.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 113/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 382/2010

    tal-5 ta’ Mejju 2010

    li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ stqarrijiet permessi.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel quddiem l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità.

    (3)

    Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni dwar l-istqarrija kkonċernata li tirtrigwarda s-saħħa.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

    (5)

    Wara applikazzjoni mill-Kumpanija The Natural Push-Up, imressqa fit-28 ta’ Novembru 2008, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-Pilloli Natural Push-Up® u l-Kapsuli Natural Push-Up® fuq it-tkabbir tas-sider femminili (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-784) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-Pilloli NPU jimitaw il-proċess tat-tkabbir tas-sider femminili permezz ta’ 8-PN ((8-Prenylnaringenin)”.

    (6)

    Fil-5 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Pilloli Algatrium® Natural Push-Up® u l-Kapsuli Natural Push-Up® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

    (7)

    Wara applikazzjoni minn Clasado Ltd., imressqa fid-29 ta’ Diċembru 2008, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-BimunoBT (BGOS) Prebiotic fuq iż-żamma ta’ funzjoni gastro-intestinali b’saħħitha (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00231) (3). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Tgħin sabiex tinżamm funzjoni gasto-intestinali (GI) b’saħħitha”.

    (8)

    Fis-7 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-BimunoBT (BGOS) Prebiotic u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

    (9)

    Wara applikazzjoni minn Clasado Ltd., imressqa fil-15 ta’ Lulju 2008 skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-BimunoBT (BGOS) Prebiotic fuq l-għajnuna tas-sistema imunitarja (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00230) (4). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Tgħin id-difiża naturali tiegħek”.

    (10)

    Fis-7 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-BimunoBT (BGOS) Prebiotic u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

    (11)

    Wara applikazzjoni mingħand Sunstar Suisse S.A., imressqa fl-4 ta’ Frar 2009, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-pilloli Gum PeriobalanceTM u ċ-chewing gum fuq is-saħħa orali (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00373) (5). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-Gum PeriobalanceTM, flimkien ma’ iġjene orali xierqa, jgħin l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-mikroflora orali u jtejjeb is-saħħa orali”.

    (12)

    Fl-20 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-pilloli Gum PeriobalanceTM u ċ-chewing gum u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

    (13)

    Il-kummenti mill-applikanti u l-membri tal-pubbliku li rċeviet il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ingħataw widen meta ġew previsti l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

    (14)

    L-istqarrijiet dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma soġġetti għall-miżuri ta’ tranżizzjoni stipulati fl-Artikolu 28(5) ta’ dak ir-Regolament biss jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fih, fosthom li għandhom ikunu konformi mar-Regolament. Fir-rigward tal-erba’ stqarrijiet soġġetti għar-Regolament preżenti, l-Awtorità qatgħatha li l-ebda relazzjoni ta’ kawża u effett ma ġiet stabbilita bejn il-konsum tal-prodotti tal-ikel u l-effetti mistqarra u għaldaqstant mhumiex konformi mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma setgħux jibbenefikaw mill-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 28(5) ta’ dan ir-Regolament. Perjodu tranżitorju ta’ sitt xhur huwa previst sabiex jgħin lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jadattaw irwieħhom għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (15)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-istqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Komunità ta’ stqarrijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

    Madankollu, dawn jistgħu jibqgħu jintużaw għal sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, il-5 ta’ Mejju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

    (2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1100, 1-9.

    (3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1107, 1-10.

    (4)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1106, 1-8.

    (5)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1178, 1-8.


    ANNESS

    Stqarrijiet dwar is-saħħa miċħuda

    Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

    Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

    Stqarrija

    Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

    L-Artikolu 13(5) stqarrija li tirrigwarda s-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riservata

    Pilloli Natural Push-Up® u Kapsuli Natural Push-Up®

    Il-Pilloli NPU jimitaw il-proċess tat-tkabbir tas-sider femminili permezz tat-8-PN (8-Prenylnaringenin)

    Q-2008-784

    L-Artikolu 13(5) stqarrija li tirrigwarda s-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riservata

    BimunoBT (BGOS) Prebiotic

    Tgħin sabiex tinżamm funzjoni gastro-intestinali (GI) b’saħħitha

    Q-2009-00231

    L-Artikolu 13(5) stqarrija li tirrigwarda s-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riservata

    BimunoBT (BGOS) Prebiotic

    Tgħin id-difiża naturali tiegħek

    Q-2009-00230

    L-Artikolu 13(5) stqarrija li tirrigwarda s-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riservata

    Il-pilloli PeriobalanceTM u ċ-chewing gum

    Il-Gum PeriobalanceTM, flimkien ma iġjene orali xierqa, jgħin l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-mikroflora orali u jtejjeb is-saħħa orali

    Q-2009-00373


    Top