Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0277

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2010 tal- 31 ta’ Marzu 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir għajr għad-dundjani għas-simna, għat-tjur tal-irziezet għall-bajd u għall-ħnieżer għajr dawk femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni Royal Oy) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 86, 1.4.2010, pp. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2021; Imħassar b' 32021R0982

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/277/oj

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 277/2010

tal-31 ta’ Marzu 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir għajr għad-dundjani għas-simna, għat-tjur tal-irziezet għall-bajd u għall-ħnieżer għajr dawk femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni Royal Oy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-phytase (KE 3.1.3.26) manifatturata mit-Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir għajr għad-dundjani għas-simna, għat-tjur tal-irziezet għall-bajd u għall-ħnieżer għajr dawk femminili, li għandha tiġi klassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żuotekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Novembru 2009 (2), li is-6-phytase (KE 3.1.3.26) immanifatturata minn Trichoderma reesei (CBS 122001) ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jtejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żuotekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   Il-Ġurnal tal-EFSA 2009; 7(11):1380.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żuotekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a12

Roal Oy

6-phytase

KE 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

 

Preparazzjoni ta’ 6-phytase (KE 3.1.3.26) immanifatturata minn Trichoderma reesei

 

(CBS 122001) b’attività minima ta’:

 

40 000  PPU (1)/g f’għamla solida

 

10 000  PPU/g f’għamla likwida

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-phytase (KE 3.1.3.26) immanifatturata minn Trichoderma reesei (CBS 122001)

 

Metodu analitiku (2)

Metodu kolorimetriku li jikkwantifika l-attività ta’ 6-phytase billi jkejjel il-fosfat inorganiku rilaxxat mis-sodium phytate billi janalizza l-kulur iffurmat bit-tnaqqis ta’ kumpless ta’ phosphomolybdate.

Tjur tal-irziezet għat-tismin u t-tgħammir għajr id-dundjani għat-tismin

250 PPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm tista’ ddum il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża massima rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet għall-ispeċi awtorizzati kollha: 1 000  PPU

3.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosforu magħqud mal- phytin.

4.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

21.4.2020

tjur tal-irziezet għall-bajd

125 PPU

Ħnieżer għajr dawk femminili

250 PPU


(1)  1 PPU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 μmol ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’pH = 5.0 u 37 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Top