Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0009

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2010 tat- 23 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf għat-tismin tat-tiġieġ, tiġieġ tal-bajd, papri u dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 3, 7.1.2010, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/03/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/9/oj

    7.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 3/10


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 9/2010

    tat-23 ta’ Diċembru 2009

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf għat-tismin tat-tiġieġ, tiġieġ tal-bajd, papri u dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-enżimi tal-endo-1, 4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, tiġieġ tal-bajd, papri u dundjani għat-tismin, biex tkun ikklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-12 u d-19 ta’ Settembru 2007 (2), tat-22 ta’ Novembru 2007 (3) u t-2 ta’ Lulju 2009 (4) li l-preparazzjoni tal-enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ttejjeb il-parametri produttivi tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ ‘addittivi żootekniċi’ u parti mill-grupp funzjonali ‘sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità’, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Il-Ġurnal EFSA (2007) 548, p. 1.

    (3)  Il-Ġurnal EFSA (2007) 586, p. 1.

    (4)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 1183, p. 1.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċijiet jew kategorija tal-annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

    4a11

    Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited)

    Endo-1,4-β-xylanase

    EC 3.2.1.8

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni tal-endo-1,4-β-xylanase (KE 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei

    (ATCC PTA 5588) b’attività minima ta’ 40 000 U (1)/g

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Endo-1,4-β-xylanase (KE 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588)

    Tiġieġ għattismin

    625 U

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u taħlita minn qabel, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

    2.

    Għall-użu f’għalf li fih polysaccharides b’ħafna lamtu u li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ jew 60 % qamħirrum.

    13.1.2020

    Tiġieġ tal-bajd

    2 500 U

    Papri

    625 U

    Dundjani għattismin

    1 250 U


    (1)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jilliberaw 0,5 μmol ta’ zokkor li jnaqqas (imfissra bħala ekwivlenti ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur sottostrat arabinoxylan f’pH 5,3 u 50 °C fil-minuta.


    Top