This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0398
2010/398/Euratom: Commission Decision of 15 July 2010 on the conclusion of a Memorandum of Understanding between the European Commission and the International Atomic Energy Agency concerning the EURDEP (EUropean Radiological Data Exchange Platform)
2010/398/Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika dwar il-EURDEP (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika)
2010/398/Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika dwar il-EURDEP (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika)
ĠU L 182, 16.7.2010, pp. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
16.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Lulju 2010
dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika dwar il-EURDEP (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika)
(2010/398/Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 199 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 35 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Istati Membri huma obbligati li jistabbilixxu faċilitajiet li jagħmlu monitoraġġ kontinwu r-radjoattività fl-ambjent tat-territorju tagħhom, u l-Kummissjoni għandha d-dritt tal-aċċess għal dawn il-faċilitajiet, |
|
(2) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat format tad-dejta komuni msejjaħ EURDEP (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika) kif ukoll netwerk adattat ibbażat fuq l-Internet jiffaċilita l-iskambju ta’ dejta kontinwu u bla problemi pprovdut min-netwerks nazzjonali għall-monitoraġġ awtomatiku tar-rata tad-doża u l-programmi ta’ sorveljanza tar-radjazzjoni fl-ambjent li ilhom jintużaw fil-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għal diversi snin u li issa huma kkunsidrati bħala maturi biżżejjed għat-tkabbir, |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) urew determinazzjoni miż-żewġ naħat biex jerġgħu jsaħħu b’mod sinifikattiv il-kwalità u l-intensità tal-kooperazzjoni tagħhom permezz ta’ Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata fl-2008, |
|
(4) |
Il-protezzjoni mir-radjazzjoni, inkluża d-disponibilità tad-dejta miksuba mill-monitoraġġ tar-radjazzjoni fuq livell dinji fil-ħin reali, ġiet identifikata bħala waħda mill-oqsma speċifiċi ta’ prijorità tal-kooperazzjoni, |
|
(5) |
L-użu ta’ teknoloġija ppruvata żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea għall-EURDEP huwa mod eċċellenti kif l-iskambju awtomatiku tad-dejta jkun iffaċilitat, u jirrappreżenta kontribuzzjoni importanti lejn l-iżvilupp globali tal-monitoraġġ tar-radjoattività ambjentali, |
|
(6) |
Huwa fl-interess tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li tagħmel it-teknoloġija tal-EURDEP disponibbli għall-IAEA, minħabba li huwa permezz tal-kontribuzzjoni tal-IAEA li l-parteċipanti tan-netwerk Ewropew se jkollhom aċċess għad-dejta dwar il-monitoraġġ tar-radjoattività ambjentali mid-dinja kollha, |
|
(7) |
F’dan il-kuntest, il-Memorandum ta’ Ftehim attwali ġie żviluppat, fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-Euratom u l-IAEA, biex ikopri l-aspetti tekniċi tal-kooperazzjoni bejn l-IAEA u l-Euratom dwar il-EURDEP, |
|
(8) |
L-ebda implikazzjoni finanzjarja jew obbligu legali ma saru abbażi tal-Memorandum ta’ Ftehim attwali, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Memorandum ta’ Ftehim anness bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika dwar il-EURDEP (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika) huwa approvat.
Artikolu 2
Il-Kummissarju għall-Enerġija Günther Oettinger jiffirma l-Memorandum ta’ Ftehim li sar bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika dwar il-EURDEP (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika) f’isem il-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika dwar il-EURDEP (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika)
Il-Kummissjoni Ewropea minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”, u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-IAEA” (flimkien imsejħin minn issa ’l quddiem “il-Partijiet”),
FTIEHMU KIF ĠEJ:
L-Artikolu 1
Għan ta’ dan il-memorandum ta’ ftehim
1. Skont dan il-Memorandum ta’ Ftehim, il-Kummissjoni u l-IAEA jaqblu li jikkooperaw fil-qasam tal-iskambju ta’ dejta dwar ir-radjazzjoni fuq livell dinji fil-ħin reali għall-verifikazzjoni u għanijiet oħra ta’ emerġenza.
2. Il-Partijiet jaqblu wkoll li se jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw lil xulxin fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni kull meta dan huwa xieraq fid-dawl tal-mandati rispettivi tagħhom.
L-Artikolu 2
Arranġamenti istituzzjonali
1. Il-Kummissjoni u l-IAEA se jistabilixxu l-mezzi ta’ komunikazzjoni adattati sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni tagħhom.
2. Il-Kummissjoni u l-IAEA se jaħtru punt ta’ riferiment kull wieħed responsabbli mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet hekk kif stipulat fl-Artikolu 3 hawn taħt ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim.
3. L-IAEA se ssir membru tal-Grupp ta’ Ħidma ECURIE-EURDEP u se tipparteċipa fl-ippjanar ulterjuri tal-attivitajiet tal-EURDEP u fl-approvazzjoni ta’ kwalunkwe aġġornamenti jew tibdil, inkluż kull bidla neċessarja għall-format tad-dejta, tas-softwer relatat mal-EURDEP.
4. L-IAEA se tipparteċipa u tassisti lill-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma futuri tal-EURDEP..
L-Artikolu 3
Oqsma speċifiċi ta’ kooperazzjoni
Il-Partijiet, soġġetti għar-Regolamenti u r-Regoli Finanzjarji, għall-politiki u l-proċeduri rispettivi tagħhom u soġġetti għad-disponibilità tal-fondi, jaqblu li jikkooperaw f’oqsma speċifiċi li jinkludu iżda li mhux limitati għal dan li ġej:
|
(a) |
Mingħajr ħsara għad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tagħha f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se taqsam mal-IAEA is-softwer tagħha, inkluż kull aġġornament u tibdil tiegħu, li jkun żviluppat għall-ġbir u l-preżentazzjoni tal-livelli ta’ radjazzjoni fil-ħin reali fiż-żona Ewropea (il-Pjattaforma Ewropea tal-Iskambju tad-Dejta Radjoloġika (EURDEP, http://eurdep.jrc.it). |
|
(b) |
Il-Kummissjoni u l-IAEA se jfittxu li jiżguraw li d-dejta kollha dwar ir-radjazzjoni hija disponibbli b’mod liberu u bl-istess mod għall-fornituri kollha tad-dejta nazzjonali. |
|
(c) |
L-IAEA se tikkoordina l-appoġġ tagħha kif ukoll tippromwovi l-iskambju tad-dejta miksuba minn monitoraġġ tar-radjazzjoni fil-ħin reali mal-Istati Membri kollha tagħha li għad m’għandhomx ftehim mal-Kummissjoni, bil-għan li jistabilixxu sistema globali konġunta bejn il-Kummissjoni u l-IAEA taħt isem differenti bbażat fuq it-teknoloġija tal-EURDEP; |
|
(d) |
Siti mera tas-sit elettroniku tal-EURDEP se jkunu implimentati u operati mill-Kummissjoni u l-IAEA. L-IAEA se tippromwovi siti mera tad-dejta reġjonali u se tagħmel is-softwer u t-teknoloġija disponibbli għall-organizzazzjonijiet li jagħmlu s-siti mera tad-dejta; |
|
(e) |
Il-Kummissjoni u l-IAEA se jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw li ma hemm ebda inkonsistenzi li jqiegħdu f’periklu l-iskambju dinji tad-dejta miksuba mill-monitoraġġ tar-radjazzjoni. |
L-Artikolu 4
Arranġamenti finanzjarji
F’dan il-Memorandum ta’ Ftehim xejn mhu se joħloq obbligu finanzjarju fuq l-ebda Parti. Meta l-miżuri meħuda sabiex ikun implimentat dan il-Memorandum ta’ Ftehim jistgħu joħolqu xi obbligi finanzjarji jew legali, il-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehim separat, soġġett għar-Regolamenti u r-Regoli Finanzjarji taż-zewġ Partijiet, qabel ma jittieħdu miżuri bħal dawn.
L-Artikolu 5
Il-persunal
Kwalunkwe persunal impjegat mill-Partijiet se jibqa’ soġġett għar-regolamenti u r-regoli tal-istituzzjonijiet rispettivi tiegħu f’kull kwistjoni ta’ impjieg, assigurazzjoni medika u dik fuq il-ħajja kif ukoll drittijiet u benefiċċji tal-impjegati. F’dan il-Memorandum ta’ Ftehim ma hemm xejn li għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi jew joħloq kwalunkwe relazzjoni tat-tip min iħaddem/impjegat bejn l-IAEA u l-Kummissjoni.
L-Artikolu 6
Tixrid ta’ informazzjoni
Il-Kummissjoni u l-IAEA se jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-iktar propagazzjoni wiesgħa possibbli ta’ informazzjoni mhux ikklassifikata pprovduta jew skambjata skont dan il-Memorandum ta’ Ftehim, soġġetta għall-bżonn ta’ protezzjoni tal-informazzjoni ta’ proprjetà. Il-Kummissjoni u l-IAEA se jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tiġi kklassifikata mill-Parti l-oħra bħala ristretta jew kunfidenzjali.
L-Artikolu 7
Proprjetà intellettwali
Il-Kummissjoni u l-IAEA se jikkooperaw sabiex jiżguraw li l-proprjetà intellettwali u d-drittijiet relatati, li jinkludu, mingħajr limitu, id-drittijiet tal-awtur u l-brevetti kollha, f’kull materjal jew invenzjoni jew għal kull materjal jew invenzjoni magħmula minn Parti jew oħra, l-impjegati tagħhom u s-sottokuntratturi li nibtu mill-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-IAEA fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim, ikunu jistgħu jintużaw sabiex titmexxa ‘l quddiem il-funzjoni statutorja tal-IAEA li tħares l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri tagħha.
L-Artikolu 8
L-użu tal-isem, l-emblema jew is-siġġill uffiċjali
1. L-IAEA mhux se tuża l-isem, l-emblema jew is-siġġill uffiċjali tal-Kummissjoni għall-ebda raġuni ħlief meta dan ikun awtorizzat b’mod ċar u bil-miktub mill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni mhux se tuża l-isem, l-emblema jew is-siġġill uffiċjali tal-IAEA għall-ebda raġuni ħlief meta dan huwa awtorizzat b’mod ċar u bil-miktub mill-IAEA.
L-Artikolu 9
Il-privileġġi u l-immunitajiet
Ma hemm xejn fil-Memorandum ta’ Ftehim jew relatat ma’ dan li għandu jitqies li jikkostitwixxi kwalunkwe rinunzja, espressa jew implikata, mill-immunitajiet, privileġġi, eżenzjonijiet u faċiltajiet li tgawdi minnhom il-Kummissjoni jew l-IAEA skont il-liġi internazzjonali, konvenzjonijiet jew ftehimiet internazzjonali, inkluż il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-IAEA, jew il-leġizlazzjoni u l-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri rispettivi tagħhom.
L-Artikolu 10
It-tilwim
Kull tilwim bejn il-Partijiet li jinqala’ minħabba jew li huwa relatat mal-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim se jissolva b’mod amikevoli bejn il-Partijiet.
L-Artikolu 11
Il-bidu u t-tmiem tal-kooperazzjoni u l-istat
1. Il-kooperazzjoni skont dan il-Memorandum ta’ Ftehim se tibda minn meta l-Partijiet jiffirmaw għal tliet snin kalendarji, li jiġġeddu sakemm waħda miż-żewġ Partijiet ma tavżax mod ieħor. Jekk il-firem isiru f’żewġ dati differenti, il-kooperazzjoni tibda mid-data tat-tieni firma.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim jistgħu jkunu modifikati permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.
3. Din il-kooperazzjoni skont dan il-Memorandum ta’ Ftehim jista’ jiġi terminat minn kwalunkwe Parti li tagħti notifika bil-miktub ta’ sittin ġurnata lill-Parti l-oħra. Meta tingħata notifika ta’ terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jieħdu passi immedjati sabiex jibdew itemmu l-attivitajiet konġunti kollha malajr u b’mod ordnat.
4. L-ebda ħaġa f’dan il-Memorandum ta’ Ftehim ma hija intenzjonata li żżid obbligu legali fuq waħda miż-żewġ Partijiet.