This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0280
2010/280/: Commission Decision of 12 May 2010 amending Decision 2006/968/EC implementing Council Regulation (EC) No 21/2004 as regards guidelines and procedures for the electronic identification of ovine and caprine animals (notified under document C(2010) 3009) (Text with EEA relevance)
2010/280/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/968/KE li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta' linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ovini u kaprini (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3009) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/280/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/968/KE li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta' linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ovini u kaprini (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3009) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 124, 20.5.2010, pp. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32019R2035
|
20.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Mejju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2006/968/KE li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta' linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ovini u kaprini
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3009)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/280/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 91/102/KEE u 64/432/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 jipprevedi li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini skont dan ir-Regolament. Skont ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 l-annimali ovini u kaprini huma indentifikati mill-ewwel u t-tieni mezz ta' identifikazzjoni. Wieħed minn dawk il-mezzi ta' identifikazzjoni għandu jkun identifikatur elettroniku u l-ieħor identifikatur viżibbli. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE (2) tfassal linji ta' gwida u proċeduri għall-approvazzjoni ta' identifikaturi u ta' qarrejja għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ovini u kaprini skont ir-Regolament (KE) Nru 21/2004. Id-Deċiżjoni tistipula r-rekwiżiti minimi dwar ċerti testijiet ta' konformità u ta' prestazzjoni għall-approvazzjoni ta' dak it-tagħmir sabiex ikun żgurat li l-identifikaturi elettroniċi jistgħu jinqraw madwar l-Unjoni u jissodisfaw id-distanzi minimi ta' qari kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 21/2004. |
|
(3) |
Il-proċeduri tat-test ġew stipulati skont il-metodi speċifikati fil-Ftehim Internazzjonali dwar il-Prattiki ta' Reġistrazzjoni tal-Kumitat Internazzjonali dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Annimali (il-Linji Gwida ta' Reġistrazzjoni tal-ICAR). Il-Linji Gwida ta' Reġistrazzjoni tal-ICAR ġew żviluppati iktar u issa ġew sostitwiti mill-istandards ISO 24631-1, 24631-2, 24631-3 u 24631-4. Minħabba t-trasparenza, għandha ssir referenza diretta għall-punti rilevanti fl-istandards tal-ISO. |
|
(4) |
Matul ħajjithom, l-annimali jistgħu jiġu ttrasportati u b'hekk jistgħu jinżammu f'irziezet differenti. Jista' jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji minimi ta' prestazzjoni għall-identifikaturi elettroniċi, sabiex ikun żgurat li dan l-apparat jista' jinqara skont il-kundizzjonijiet differenti fl-Unjoni kollha. |
|
(5) |
Sabiex jitnaqqas il-piż potenzjali amministrattiv, ir-rekwiżiti għall-proċedura ta' approvazzjoni għal qarrejja għandhom jiġu kkjarifikati. B'kuntrast mal-identifikaturi, ir-rekwiżiti li ma jorbtux għall-qarrejja għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jkollhom il-possibilità li jistabbilixxu kriterji addizzjonali sabiex jiżguraw it-tħaddim tal-identifikazzjoni elettronika skont il-kundizzjonijiet speċifiċi ġeografiċi, klimatiċi u tal-ġestjoni tagħhom, jekk meħtieġ. |
|
(6) |
L-esperjenza prattika fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 wriet li huma meħtieġa biss għadd żgħir ta' laboratorji sabiex jitwettqu t-testijiet kollha previsti minn dak ir-Regolament. Għalhekk mhijiex meħtieġa proċedura speċifika għan-nominar ta' laboratorji nazzjonali għall-ittestjar fl-Istati Membri kollha. Huwa suffiċjenti li t-testijiet jitwettqu f'laboratorji akkreditati għal dawk it-testijiet skont l-istandard EN ISO/IEC 17025. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2006/968/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/968/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Kapitolu I, jitħassru l-punti (f) u (g); |
|
(2) |
Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Il-Kapitoli III u IV qegħdin jinbidlu b'dan li ġej: “KAPITOLU III Mezzi tal-qari Jekk meħtieġ biex jiżguraw il-qari korrett tal-identifikaturi skont il-kundizzjonijiet speċifiċi ġeografiċi, klimatiċi u/jew tal-ġestjoni tagħhom jistgħu jimponu kriterji speċifiċi ta' prestazzjoni fuq il-qarrejja li jintużaw f'razzett speċifiku jew f'tip ta' razzett speċifiku. Il-kundizzjonijiet ta' ġestjoni li jiġġustifikaw kriterji speċifiċi ta' prestazzjoni bħal dawn x'aktarx li jissuktaw f'irziezet li jitrattaw għadd kbir ta' annimali mmarkati b'identifikaturi li japplikaw it-teknoloġija HDX u FDX-B u/jew irziezet fejn is-sinkronizzazzjoni tal-qarrejja hija meħtieġa skont il-punt 7.7.3 tal-istandard ISO 24631-2. KAPITOLU IV Laboratorji u proċedura għall-ittestjar It-testijiet speċifikati fil-punti 1-4 tal-Kapitolu II għandhom jitwettqu fil-laboratorji għall-ittestjar li joperaw u huma evalwati u kkreditati għal dawk it-testijiet skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 dwar ‘General requirements for the competence of testing and calibration laboratories’. Il-manifatturi għall-identifikaturi li japplikaw għat-testijiet jistgħu jagħżlu b'mod liberu fost il-laboratorji għall-ittestjar.” |