Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010B0549

    2010/549/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) għas-sena finanzjarja 2008

    ĠU L 252, 25.9.2010, p. 217–217 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/549/oj

    25.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/217


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-5 ta’ Mejju 2010

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) għas-sena finanzjarja 2008

    (2010/549/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-TFUE,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2010),

    1.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Jerzy BUZEK

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 38.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top