Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010B0507

    2010/507/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba', it-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008

    ĠU L 252, 25.9.2010, p. 117–118 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/507/oj

    25.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/117


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-5 ta' Mejju 2010

    dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba', it-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008

    (2010/507/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009) 526) u l-anness tiegħu (SEC(2009) 1427),

    wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u tal-infiq tas-seba', tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008 (COM(2009) 397 – C7-0171/2009),

    wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tas-seba', tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008,

    wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2009) 310),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt is-seba', it-tmien, id-disa' u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (1),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008 ((5082/2010 – C7-0056/2010, 5084/2010 – C7-0057/2010, 5085/2010 – C7-0058/2010, 5086/2010 – C7-0059/2010),

    wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), minn naħa, u l-Komunità Ewropew u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (3) u revedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (4),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar) (5), immodifikata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE tad-19 ta' Marzu 2007 (6),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-ftehim intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE (7),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-ftehim intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Iffinanzjar u l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli (8),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni ACP-KE (9),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 76 u 77, it-tielet inċiż, u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0063/2010),

    1.

    Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-seba', tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Jerzy BUZEK

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2009, p. 257.

    (2)  ĠU C 274, 13.11.2009, p. 235.

    (3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (4)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

    (5)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1, u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.

    (6)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.

    (7)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

    (8)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

    (9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

    (10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

    (11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.


    Top