This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1208
Commission Regulation (EU) No 1208/2009 of 10 December 2009 fixing the export refunds on eggs
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1208/2009 tal- 10 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1208/2009 tal- 10 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd
ĠU L 325, 11.12.2009, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1208/2009
tal-10 ta’ Diċembru 2009
li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
ANNESS
Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mill-11 ta’ Diċembru 2009
Kodiċi tal-prodott |
Destinazzjoni |
Unità tal-kejl |
Ammont tar-rifużjonijiet |
||||||
0407 00 11 9000 |
A02 |
EUR/100 biċċa |
0,39 |
||||||
0407 00 19 9000 |
A02 |
EUR/100 biċċa |
0,20 |
||||||
0407 00 30 9000 |
E09 |
EUR/100 kg |
0,00 |
||||||
E10 |
EUR/100 kg |
18,00 |
|||||||
E19 |
EUR/100 kg |
0,00 |
|||||||
0408 11 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
84,72 |
||||||
0408 19 81 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
42,53 |
||||||
0408 19 89 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
42,53 |
||||||
0408 91 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
53,67 |
||||||
0408 99 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
9,00 |
||||||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:
|