Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0492

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 492/2009 tal- 25 ta’ Mejju 2009 li jħassar 14-il Regolament li m’għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd

    ĠU L 149, 12.6.2009, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/492/oj

    12.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 149/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 492/2009

    tal-25 ta’ Mejju 2009

    li jħassar 14-il Regolament li m’għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1985, u b’mod partikolari l-Artikoli 162, 163(3), 164 (2), 165 (8), 171, 349 (5), 351 (5) u 352 (9) u 358 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Annessi VI, VII, IX u XII tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja huwa element essenzjali tal-istrateġija għal regolamentazzjoni aqwa li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qed jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġislazzjoni effettiva.

    (2)

    Ir-Regolamenti li ġejjin, marbuta mal-politika komuni tas-sajd, m’għadx hemm lokhom, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 31/83 tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar miżura komuni interim għar-ristrutturazzjoni tal-industrija tas-sajd fl-ibħra lokali u l-akwakultura (2). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kkonċerna l-finanzjament tal-Komunità tal-proġetti ta’ investiment għas-sena 1982;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3117/85 tal-4 ta’ Novembru 1985 li jippreskrivi regoli ġenerali dwar indennizzi f’forma ta’ kumpens fir-rigward tas-sardin (3). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu transitorju li jiġi wara l-adeżjoni ta’ Spanja fil-Komunitajiet Ewropej;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3781/85 tal-31 ta’ Diċembru 1985 li jippreskrivi l-miżuri li jridu jittieħdu rigward operaturi li ma jikkonformawx ma’ ċerti disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sajd li jinsabu fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall (4). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju li jiġi wara l-adeżjoni ta’ Spanja fil-Komunitajiet Ewropej;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3252/87 tad-19 ta’ Ottubru 1987 dwar il-koordinament u l-promozzjoni fir-riċerka fil-qasam tas-sajd (5). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li l-każ huwa kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (6);

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3571/90 tal-4 ta’ Diċembru 1990 li jintroduċi diversi miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd f’dik li kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja [traduzzjoni mhux uffiċjali] (7). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu transitorju li jiġi wara l-unifikazzjoni tal-Ġermanja;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3499/91 tat-28 ta’ Novembru 1991 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għal studji u proġetti-pilota għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Mediterran (8). Dak ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li l-każ huwa kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (9);

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1275/94 tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar aġġustamenti għall-arranġamenti fil-kapitli dwar is-sajd fl-Att tal-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall (10). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub għall-applikazzjoni fil-perjodu transitorju li jiġi wara l-adeżjoni ta’ Spanja fil-Komunitajiet Ewropej;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1448/1999 tal-24 ta’ Ġunju 1999 li jdaħħal miżuri transitorji għall-immaniġjar ta’ ċerti postijiet tas-sajd fil-Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1626/94 (11). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li l-każ huwa kopert issa bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 300/2001 tal-14 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi l-miżuri li għandhom japplikaw fl-2001 għall-irkupru tal-ħażniet tal-merluzz fil-baħar Irlandiż (iż-żona ICES VIIa) [traduzzjoni mhux uffiċjali] (12). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub li jkun fis-seħħ f’perjodu li kien diġà skada;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2561/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 li jimmira li jippromwovi l-konverżjoni ta’ bastimenti tas-sajd li kienu dipendenti fuq il-ftehim tas-sajd mal-Marokk sal-1999, jiddependi mill-ftehim tas-sajd fil-Marokk (13). Dan ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li l-pjanijiet nazzjonali għall-konverżjoni tal-flotta li kien japplika għalihom spiċċa;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2341/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi għall-2003 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet [ħażniet] ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (14) L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li kien maħsub sabiex imexxi l-attivitajiet tas-sajd li twettqu fl-2003;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2372/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jwaqqaf miżuri speċifiċi biex ikunu kumpensati il-prodotti tas-sajd, l-industrija tal-krostaċej u l-akwakultura [Spanjoli], li ġew affettwati mit-tixrid taż-żejt li kien ikkawżat mill-għarqa tat-tanker Prestige (15). L-effetti ta’ dan ir-Regolament ġew eżawriti minħabba li l-programm nazzjonali ta’ kumpens li kien japplika għalihom spiċċa;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2287/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2003 li jiffissa għas-sena 2004 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli f’ibħra Komunitarji u, għal bastimenti Komunitarji, f’ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet ta’ qabdiet (16). Dan ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li kien maħsub sabiex imexxi l-attivitajiet tas-sajjied li twettqu fl-2004;

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 52/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2005 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2006 (17). Dan ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li kien maħsub sabiex imexxi l-attivitajiet tas-sajjied li twettqu fl-2006;

    (3)

    Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, dawn ir-Regolamenti skaduti għandhom jitħassru,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Regolamenti li se jitħassru

    Ir-Regolamenti: (KEE) Nru 31/83, (KEE) Nru 3117/85, (KEE) Nru 3781/85, (KEE) Nru 3252/87, (KEE) Nru 3571/90, (KEE) Nru 3499/91, (KE) Nru 1275/94, (KE) Nru 1448/1999, (KE) Nru 300/2001, (KE) Nru 2561/2001, (KE) Nru 2341/2002, (KE) Nru 2372/2002, (KE) Nru 2287/2003 u (KE) Nru 52/2006 huma b’dan imħassra.

    Artikolu 2

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ŠEBESTA


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 5, 7.1.1983, p. 1.

    (3)  ĠU L 297, 9.11.1985, p. 1.

    (4)  ĠU L 363, 31.12.1985, p. 26.

    (5)  ĠU L 314, 4.11.1987, p. 17.

    (6)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

    (7)  ĠU L 353, 17.12.1990, p. 10.

    (8)  ĠU L 331, 3.12.1991, p. 1.

    (9)  ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.

    (10)  ĠU L 140, 3.6.1994, p. 1.

    (11)  ĠU L 167, 2.7.1999, p. 7.

    (12)  ĠU L 44, 15.2.2001, p. 12.

    (13)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 17.

    (14)  ĠU L 356, 31.12.2002, p. 12.

    (15)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 81.

    (16)  ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1.

    (17)  ĠU L 16, 20.1.2006, p. 184.


    Top