EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0051

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 51/2009 tal- 15 ta’ Jannar 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 17, 22.1.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/51/oj

22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 51/2009

tal-15 ta’ Jannar 2009

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Hu xieraq li jkun stipulat li informazzjoni dwar it-tariffi li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li hi marbuta mal-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għall-perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Il-kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett rettangolari kkuttunat, b’dimensjonijiet ta’ bejn wieħed u ieħor 260 ċm × 240 ċm, li jikkonsisti fi tliet saffi, iż-żewġ saffi ta’ barra tal-qoton u s-saff tan-nofs ta' mili sintetiku li jikkostitwixxi l-parti interna. Is-saff ta’ fuq għandu bordura meħjuta ta’ madwar 30 ċm wisa’, ta’ kulur kontrastanti. Is-saffi jinżammu flimkien bi ħjata dekorattiva.

(kutra ta’ fuq għas-sodda)

(Ara r-ritratt Nru 645) (*)

9404 90 90

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1(s) għas-Sezzjoni XI u t-test tal-kodiċijiet tan-NM 9404 , 9404 90 u 9404 90 90 .

L-oġġetti ta' friex u tagħmir ieħor li huma mimlija bi kwalunkwe materjal għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9404 90 . Ara wkoll in-noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HS) għall-intestatura 9404 (B) u (B)(2), li jsemmu b’mod espliċitu l-kwilts u l-għatjiet tas-sodda.

Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 6304 hija eskluża għaliex it-Taqsima XI ma’ tkoprix oġġetti tal-friex tal-Kapitolu 94 (ara n-nota 1(s) tat-Taqsima XI). Barra minn hekk, l-intestatura 6304 teskludi oġġetti ta’ tagħmir ta’ l-intestatura 9404 bħala kutra ta’ fuq tas-sodda (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni ta’ l-HS għall-intestatura 6304 , it-tieni paragrafu).

Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 9404 90 90 .

Image

(*)  Ir-ritratt huwa għal skopijiet ta' tagħrif biss.


Top