Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009Q0128(01)

    Emenda għar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

    ĠU L 24, 28.1.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Impliċitament imħassar minn 32012Q1106(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2009/128(1)/oj

    28.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 24/8


    EMENDA GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

    Wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari s-sitt paragrafu tal-Artikolu 223 tiegħu,

    Wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari s-sitt paragrafu tal-Artikolu 139 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat li għandu jiġi ċċarat in-numru ta’ votazzjonijiet li jistgħu jitwettqu għall-elezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u għall-elezzjoni tal-Presidenti ta’ Awla,

    bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fis-27 ta’ Novembru 2008,

    TADOTTA L-EMENDA SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

    Artikolu 1

    Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1) qed jiġu emendati kif ġej:

    L-Artikolu 7(3) għandu jiġi ssostitwit bit-test segwenti:

    “Fl-elezzjonijiet previsti minn dan l-Artikolu, il-vot għandu jkun sigriet. Jiġi elett l-Imħallef li jikseb il-voti ta’ aktar minn nofs l-Imħallfin li jikkomponu l-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk l-ebda Mħallef ma jikseb din il-maġġoranza, isiru aktar votazzjonijiet sakemm tintlaħaq din il-maġġoranza.”

    Artikolu 2

    Din l-emenda għar-Regoli tal-Proċedura, li hija awtentika fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regoli, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha.

    Adottata fil-Lussemburgu, 13 ta’ Jannar 2009.


    (1)  ĠU L 176, 4.7.1991, p. 7.


    Top