This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009E0137
Council Joint Action 2009/137/CFSP of 16 February 2009 extending the mandate of the European Union Special Representative in Kosovo
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/137/PESK tas- 16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/137/PESK tas- 16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo
ĠU L 46, 17.2.2009, p. 69–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2010: This act has been changed. Current consolidated version: 16/02/2009
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/69 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/137/PESK
tas-16 ta' Frar 2009
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta’ Ġunju 1999, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1244. |
(2) |
Fil-15 ta’ Settembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK (1) dwar l-istabbiliment ta’ grupp biex jikkontribwixxi għall-preparazzjonijiet tal-istabbiliment ta’ missjoni ċivili internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (Grupp ta’ Preparazzjoni MĊI/RSUE). |
(3) |
Fit-13/14 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill Ewropew issottolinja li l-Unjoni Ewropea (UE) tinsab lesta li jkollha rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni li tiddefinixxi l-istatus futur tal-Kosovo. Huwa ddikjara li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta sabiex tassisti lill-Kosovo fil-mixja lejn l-istabbiltà sostenibbli, inkluż permezz ta’ missjoni tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD) u kontribut għall-Uffiċċju Ċivili Internazzjonali bħala parti mill-preżenzi internazzjonali. |
(4) |
Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (2) u l-Azzjoni Konġunta 2008/123/PESK (3) li ħatret lis-Sur Pieter FEITH bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo sat-28 ta’ Frar 2009. |
(5) |
Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/123/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. |
(6) |
Il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huwa l-qafas strateġiku għall-politika tal-UE lejn ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, u l-istrumenti tiegħu japplikaw għall-Kosovo, inkluż djalogu politiku u tekniku ta’ sħubija Ewropea, taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kontroll tal-PSA, u programmi Komunitarji relatati ta’ assistenza. |
(7) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi implimentat f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ attivitajiet rilevanti oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja. |
(8) |
Il-Kunsill jipprevedi li s-setgħat u l-awtoritajiet tar-RSUE u s-setgħat u l-awtoritajiet ta’ Rappreżentant Ċivili Internazzjonali għandhom jingħataw lill-istess persuna. |
(9) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Ħatra
Il-mandat tas-Sur Pieter FEITH bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.
Artikolu 2
Objettivi ta’ politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-Kosovo. Dawn jinkludu dak li huwa jkollu rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u fl-implimentar ta’ soluzzjoni li tiddefinixxi l-istatus futur tal-Kosovo bil-għan ta’ Kosovo li jkun stabbli, vijabbli, paċifiku, demokratiku u multi-etniku, li jikkontribwixxi għal koperazzjoni reġjonali u stabbiltà, fuq il-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajba mal-ġirien ta’ Kosovo li jkun impenjat għall-istat tad-dritt u għall-protezzjoni tal-minoritajiet u tal-wirt kulturali u reliġjuż.
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika tal-UE fil-Kosovo, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
(a) |
joffri l-konsulenza u l-appoġġ tal-UE fil-proċess politiku; |
(b) |
jippromwovi koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE fil-Kosovo; |
(ċ) |
jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), anke dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbilitajiet eżekuttivi; |
(d) |
jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-UE lejn il-pubbliku. Il-kelliem tar-RSUE għandu jkun il-punt ta’ kuntatt prinċipali tal-UE għall-medja mill-Kosovo dwar kwistjonijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni/Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESK/PESD). Kull attività tal-istampa u ta’ informazzjoni pubblika għandha titwettaq f’koordinazzjoni mill-qrib u kontinwa mal-kelliem tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ)/mal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Segretarjat tal-Kunsill; |
(e) |
jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kosovo, anke fir-rigward tan-nisa u t-tfal, konformement mal-politika ta’ drittijiet tal-bniedem tal-UE u mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir l-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.
2. Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun ta’ EUR 645 000.
2. In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent għandhom ikunu permessi jitfgħu offerti għal kuntratti.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun suġġetta għal kuntrattat bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont tal-infiq kollu lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-grupp
1. Għandu jiġi assenjat personal tal-UE ddedikat lir-RSUE biex jimplimenta l-mandat tiegħu biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibbiltà u l-effettività tal-azzjoni globali tal-UE fil-Kosovo. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jkunu disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu b’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jinforma lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.
2. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-personal li jkun issekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea kkonċernata rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE emittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu
Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu għandhom jiġu definiti mal-partijiet. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata
1. Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (4), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.
2. Is-SĠ/RGħ għandu jkollu l-awtorità sabiex jirrilaxxa lin-NATO/KFOR informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE” ġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill.
3. Is-SĠ/RGħ għandu jkun awtorizzat biex jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), abbażi tal-ħtiġijiet operattivi tar-RSUE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. Għandhom jiġu mfassla arranġamenti lokali għal dan il-għan.
4. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jkun awtorizzat li jippubblika għal partijiet terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta ta’ UE dokumenti mhux klassifikati li għandhom x’jaqsmu mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-operat kopert mal-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (5).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
Skond il-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-personal skjerat barra mill-UE f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri prattikabbli raġonevoli kollha, f’konformità mal-mandat tiegħu u mas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:
(a) |
jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-personal lejn iż-żona tal-missjoni u ġewwa fiha, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni; |
(b) |
jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni; |
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; |
(d) |
jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtaġġ
Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-kitba. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa ser jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi politiċi tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun kif xieraq. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), anke dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet eżekuttivi. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili ser jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.
3. L-EUSR għandu wkoll iżomm kollegament ma’ aġenziji lokali rilevanti u atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.
4. Ir-RSUE, flimkien ma’ atturi tal-UE oħra preżenti fuq il-post, għandu jiżgura t-tixrid u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-atturi tal-UE fuq il-post bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ kuxjenza komuni dwar is-sitwazzjoni u ta’ valutazzjoni komuni.
Artikolu 13
Reviżjoni
L-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewroepa lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom iservu ta’ bażi għall-valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 15
Pubblikazzjoni
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
O. LIŠKA
(1) ĠU L 253, 16.9.2006, p. 29.
(2) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.
(3) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 88.
(4) ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.
(5) Deċiżjoni 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta’ Settembru 2006 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).