This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0884
2009/884/EC: Commission Decision of 30 November 2009 amending Decision 2007/116/EC as regards the introduction of additional reserved numbers beginning with 116 (notified under document C(2009) 9425) (Text with EEA relevance)
2009/884/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil- 116 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9425) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 317, 3.12.2009, pp. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
3.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-“116”
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9425)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/884/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) [Direttiva Qafas] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE (2) tirriserva l-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’116 għal numri armonizzati ta’ servizzi armonizzati ta’ valur soċjali. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih lista ta’ numri speċifiċi f’din is-serje numerika u s-servizzi li għalihom huwa riżervat kull numru. Din il-lista tista’ tiġi adattata skont il-proċedura tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2002/21/KE. |
|
(2) |
Ġew identifikati żewġ servizzi bħala servizzi ta’ valur soċjali li jistgħu jikkwalifikaw għal numri armonizzati, bażikament linji tal-għajnuna għall-vittmi tal-kriminalità u servizz fuq sejħa medika mhux urġenti. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Deċiżjoni 2007/116/KE għandha tiġi aġġornata u għandhom jiġu introdotti numri riżervati addizzjonali. Mhuwiex intenzjonat li n-numru għas-servizz fuq sejħa medika mhux urġenti jieħu post il-112 jew in-numri nazzjonali għal sejħiet ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2007/116/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/116/KE għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li mill-15 ta’ April 2010 l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tkun tista’ tassenja dawk in-numri li ġew miżjuda mal-lista permezz ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Lista ta’ numri riżervati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali
|
Numru |
Servizz li għalih in-numru huwa riżervat |
Kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dritt ta’ użu ta’ dan in-numru |
|
116 000 |
Isem is-servizz: Hotline għat-tfal neqsin Deskrizzjoni: Is-servizz (a) jirċievi telefonati li jirrapportaw tfal neqsin u jgħaddihom lill-pulizija; (b) joffri servizzi ta’ gwida u sostenn lill-persuni responsabbli għat-tfal neqsin; (c) jappoġġa l-investigazzjoni. |
Is-servizz huwa kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu). |
|
116 006 |
Isem is-servizz: Linji tal-għajnuna għall-vittmi tal-kriminalità Deskrizzjoni: Is-servizz jippermetti lill-vittmi tal-kriminalità li jsibu appoġġ emozzjonali fit-tali cirkustanzi, li jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-modi kif jitolbu d-drittijiet tagħhom, u jiġu riferuti għall-organizzazzjonijiet rilevanti. B’mod partikolari, jipprovdi informazzjoni dwar (a) il-pulizija lokali u l-proċedimenti kriminali tal-ġustizzja, (b) il-possibbiltajiet ta’ kwistjonijiet ta’ kumpens u assigurazzjoni. Jipprovdi wkoll appoġġ fis-sejbien ta’ sorsi oħra ta’ għajnuna rilevanti għall-vittmi tal-kriminalità. |
Fejn is-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma li hija faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodi meta s-servizz ma jkunx disponibbli, dawk li jċemplu għas-servizz ikunu infurmati dwar meta s-servizz se jerġa’ jsir disponibbli. |
|
116 111 |
Isem is-servizz: Linji tal-għajnuna għat-tfal Deskrizzjoni: Is-servizz jgħin lit-tfal li jeħtieġu l-kura u l-protezzjoni u jqabbadhom ma’ servizzi u riżorsi; jagħti l-opportunità lit-tfal li jesprimu l-inkwiet tagħhom, li jitkellmu dwar kwistjonijiet li qed jaffettwawhom direttament u li jikkuntattjaw lil xi ħadd f’sitwazzjoni ta’ emerġenza. |
Fejn is-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma li hija faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodi meta s-servizz ma jkunx disponibbli, dawk li jċemplu għas-servizz ikunu infurmati dwar meta s-servizz se jerġa’ jsir disponibbli. |
|
116 117 |
Isem is-servizz: Servizz fuq sejħa medika mhux ta’ emerġenza Deskrizzjoni: Is-servizz jidderieġi lil dawk li jċemplu għall-assistenza medika xierqa għall-ħtiġijiet tagħhom, li jkunu urġenti imma mhux ta’ theddida għall-ħajja, speċjalment, imma mhux esklussivament, barra mill-ħinijiet normali tal-uffiċċju, matul tmiem il-ġimgħa u fil-vaganzi pubbliċi. Iqabbad lil min iċempel ma’ persuna kwalifikata u li tagħti l-appoġġ, jew iqabbad lil min iċempel direttament ma’ tabib jew ma’ min imexxi l-klinika kkwalifikati. |
Fejn is-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ssir disponibbli għall-pubbliku f’forma li hija faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodi meta s-servizz ma jkunx disponibbli, dawk li jċemplu għas-servizz ikunu infurmati dwar meta s-servizz se jerġa’ jsir disponibbli. |
|
116 123 |
Isem is-servizz: Linji għas-sostenn emozzjonali Deskrizzjoni: Is-servizz jippermetti lil min iċempel li jibbenifika minn relazzjoni umana ġenwina msejsa fuq smigħ li huwa ħieles minn kull ġudizzju. Joffri sostenn emozzjonali lil dawk li jċemplu li jsofru mis-solitudni, fi stat ta’ kriżi psikoloġika jew li jkunu qed jikkontemplaw is-suwiċidju. |