Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0381

2009/381/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta' Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3710) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/381/oj

14.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Mejju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3710)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/381/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru għal varjetà wiesgħa ta’ tagħmir għal meded qosra, inklużi l-applikazzjonijiet bħalma huma s-sistemi ta’ twissija, it-tagħmir għall-komunikazzjonijiet lokali, dispożitivi li jiftħu l-bibieb u impjanti mediċi. It-tagħmir għal meded qosra huma tipikament prodotti tas-suq tal-massa u/jew prodotti li jistgħu jinġarru u li jistgħu jittieħdu u jintużaw faċilment f’pajjiżi oħra; id-differenzi fil-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-ispettru għalhekk ma jippermettux l-moviment ħieles tagħhom, iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u joħolqu riskji ta’ interferenza dannuża ma’ applikazzjonijiet u servizzi tar-radju oħrajn.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE (3) emendat il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għat-tagħmir għal meded qosra mogħtija fid-Deċiżjoni 2006/771/KE billi biddlet l-Anness tagħha.

(3)

Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u fit-talbiet tas-soċjetà, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra li jkollhom bżonn aġġornamenti regolari tal-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru.

(4)

Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti (4) lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għall-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam tat-tagħmir għal meded qosra.

(5)

Fir-rapport tagħha ta’ Novembru 2008 (5) mibgħut bi tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE.

(6)

Id-Deċiżjoni 2006/771/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Tagħmir li jopera skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (6) sabiex l-ispettru jintuża b’mod effikaċi sabiex tkun evitata interferenza dannuża, murija jew permezz tal-konformità mal-istandards armonizzati jew billi jiġu ssodisfati l-proċeduri alternattivi għall-valutazzjoni tal-konformità.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 338M, 17.12.2008, p. 574.

(3)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49.

(4)  Mandat Permanenti lis-CEPT dwar l-aġġornament annwali tal-anness tekniku għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika tal-ispettru tar-radju għal użu minn Tagħmir għal Meded Qosra (5 ta’ Lulju 2006).

(5)  Ir-Rapport tas-CEPT nru 26, RSCOM 08-88.

(6)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi tat-tagħmir għal meded qosra

Tip ta’ tagħmir għal meded qosra

Medda ta’ frekwenza

Limitu tal-qawwa/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (1)

Parametri addizzjonali/rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija (2)

Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (3)

Skadenza tal-implimentazzjoni

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (4)

6 765 sa 6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

13,553 sa 13,567 MHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

26,957 sa 27,283 MHz

10 mW ta’ qawwa effettiva mogħtija (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri

 

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

40,660 sa 40,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

 

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

433,050 sa 434,040 (5) MHz

1 mW ta’ e.r.p..

u -13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz

 

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

10 mW ta’ e.r.p.

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’: 10 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

434,040 sa 434,790 MHz (5) MHz

1 mW ta’ e.r.p..

u -13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz

 

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

10 mW e.r.p.

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’: 10 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’: 100 % suġġett għal spazjar tal-istazzjonijiet sa 25 kHz

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

863,000 sa 868,000 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

868,000 sa 868,600 (5) MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

868,700 sa 869,200 (5) MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,400 sa 869,650 (5) MHz

500 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

L-ispazjar tal-istazzjonijiet għandu jkun ta’ 25 kHz, ħlief li l-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,700 sa 870,000 (5) MHz

5 mW ta’ e.r.p.

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

2 400 sa 2 483,5 MHz

10 mW ta’ qawwa isotropika mogħtija ekwivalenti (e.i.r.p.)

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

5 725 sa 5 875 MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

24,150 sa 24,250 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

61,0 sa 61,5 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

Sistemi għat-trażmissjoni tad-dejta b’medda wiesgħa

2 400 sa 2 483,5 MHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

u densità tal-e.i.r.p. ta’ 100 mW/100 kHz japplikaw meta tintuża l-modulazzjoni tal-bdil kontinwu minn frekwenza għall-oħra, b’densità tal-e.i.r.p. ta’ 10 mW/MHz tapplika meta jintużaw tipi oħra ta’ modulazzjoni

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

 

L-1 ta’ Novembru 2009

57,0 sa 66,0 (5) GHz

40 dBm ta’ e.i.r.p.

u densità ta’ 13-il dBm/MHz ta’ e.i.r.p.

 

Applikazzjonijiet ta’ barra huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2009

25 dBm ta’ e.i.r.p.

u densità ta’ -2 dBm/MHz ta’ e.i.r.p.

 

L-istallazzjonijiet fissi ta’ barra huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2009

Sistemi ta’ twissija

868,600 sa 868,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Il-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1.0 %

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,250 sa 869,300 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

869,300 sa 869,400 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1.0 %

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,650 sa 869,700 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

Sistemi soċjali ta’ twissija (7)

869,200 sa 869,250 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

Applikazzjonijiet induttivi (8)

20,050 sa 59,750 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

59,750 sa 60,250 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

60,250 sa 70,000 kHz

69 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

70 sa 119 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

119 sa 127 kHz

66 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

127 sa 140 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

140 sa 148,5 kHz

37.7 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

148,5 sa 5 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

-15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ -5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

400 sa 600 kHz

-8 dBμA/m f’10 metri

 

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (9)

L-1 ta’ Ottubru 2008

3 155 sa 3 400 kHz

13.5 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

5 000 sa 30 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

-20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ -5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

6 765 sa 6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

7 400 sa 8 800 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

10 200 sa 11 000 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

13 553 sa 13 567 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

60 dBμA/m f’10 metri

 

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (9) u għall-EAS (10)

L-1 ta’ Ottubru 2008

26 957 sa 27 283 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

Impjanti mediċi attivi (11)

9 sa 315 kHz

30 dBμA/m f’10 metri

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

402 sa 405 MHz

25 μW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 300 kHz.

Jistgħu jintużaw tekniki oħra għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza, inklużi meded ta’ frekwenzi ikbar minn 300 kHz, dejjem jekk jirriżultaw fi prestazzjoni li tkun għall-inqas ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1995/5/KE sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kompatibbli mal-utenti l-oħra partikolarment mar-radjusondi metereoloġiċi.

 

L-1 ta’ Novembru 2009

Applikazzjonijiet tal-awdjo bla wajers (12)

87.5 sa 108.0 MHz

50 nW ta’ e.r.p.

L-ispazjar tal-istazzjonijiet sa 200 kHz

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

863 sa 865 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

Applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tar-radju (13)

2 400 sa 2 483,5 MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

17,1 sa 17,3 GHz

26 dBm ta’ e.i.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi bbażati fuq l-art

L-1 ta’ Novembru 2009

Radar li jaqbad il-livell tat-tankijiet (14)

4,5 sa 7,0 GHz

24 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

8,5 sa 10,6 GHz

30 dBm ta’ e.i.r.p.2 (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

24,05 sa 27,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

57,0 sa 64,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

75,0 sa 85,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

Kontroll tal-mudelli (16)

26 990 sa 27 000 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 040 sa 27 050 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 090 sa 27 100 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 140 sa 27 150 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 190 sa 27 200 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID)

2 446 sa 2 454 MHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009


(1)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa, s-saħħa tal-kamp jew id-densità tal-qawwa mogħtija f’din it-tabella. F’konformità mal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas ristrettivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta’ spettru b’qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn il-‘parametri addizzjonali/ir-rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija’, u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti oħra ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-parametri/ir-rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija f’kaxxa tat-tabella partikulari jew jippermettu valuri ogħla.

(3)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-‘restrizzjonijiet oħra fuq l-użu’, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda minnhom jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.

(4)  Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi (użu tipiku huwa fit-telemetrija, it-telekmand, is-sistemi ta’ twissija, id-dejta b’mod ġenerali u applikazzjonijiet simili oħrajn).

(5)  Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ alternattivi tal-kundizzjonijiet għall-użu kollha possibbli.

(6)  Iċ-‘ċiklu ta’ ħidma’ tfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta t-tagħmir ikun qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-‘ċiklu ta’ ħidma’.

(7)  Tagħmir ta’ sistemi soċjali ta’ twissija jintużaw biex jgħinu lin-nies anzjani jew b’diżabilità meta jsibu ruħhom f’diffikultà.

(8)  Din il-kategorija tkopri, per eżempju, l-tagħmir għall-immobilizzazzjoni tal-karozzi, l-identifikazzjoni tal-annimali, is-sistemi ta’ twissija, id-detezzjoni tal-kejbils, il-ġestjoni tal-iskart, l-identifikazzjoni personali, il-konnessjonijiet bil-vuċi bla wajers, il-kontroll tal-aċċess, is-sensuri tal-prossimità, is-sistemi ta’ kontra s-serq, inklużi s-sistemi induttivi tar-RF ta’ kontra s-serq, it-trasferiment tad-dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, l-identifikazzjoni awtomatika tal-oġġetti, is-sistemi ta’ kontroll bla wajers u n-nollijiet awtomatiċi tat-toroq.

(9)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID).

(10)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għas-Sorveljanza Elettronika tal-Oġġetti (l-EAS).

(11)  Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju tal-tagħmir mediku attiv li jista’ jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-periferali tagħhom (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(12)  Applikazzjonijiet għal sistemi tal-awdjo bla wajers, fosthom: lawdspikers bla wajers; ‘headphones’ bla wajers; ‘headphones’ bla wajers biex jinġarru, bħal CDs, każetts jew tagħmir tar-radju li jistgħu jinġarru u li ġġorrhom il-persuna; ‘headphones’ bla wajers għall-użu f’vettura, per eżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna, għall-użu waqt il-kunċerti u produzzjonijiet oħra tal-palk.

(13)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni, tal-veloċità u/jew ta’ karatteristiċi oħra ta’ oġġett, jew biex jinkiseb tagħrif relatat ma’ dawn il-parametri.

(14)  Radars li jaqbdu l-livell tat-tankijiet (it-TLPRs) huma tip speċifiku ta’ applikazzjoni għad-determinazzjoni tar-radju li jintuża għall-kejl tal-livelli tat-tankijiet u li huma stallati f’tankijiet tal-metall jew tal-konkrit imsaħħaħ, jew fi strutturi simili magħmulin minn materjal b’karatteristiċi ta’ attenwazzjoni komparabbli. L-iskop tat-tankijiet huwa li jilqgħu fihom sustanza.

(15)  Il-limitu tal-qawwa japplika ġo tank magħluq u jikkorrispondi ma’ densità tal-ispettru ta’ -41.3 dBm/MHz ta’ e.i.r.p. barra tank għall-ittestjar ta’ 500 litru.

(16)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet użati biex jiġi kkontrollat il-moviment tal-mudelli (prinċipalment rappreżentazzjonijiet żgħar tal-vetturi) fl-arja, fuq l-art jewinkella fuq jew taħt wiċċ l-ilma.”


Top