This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0937
Commission Regulation (EC) No 937/2008 of 24 September 2008 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Bleu de Gex Haut-Jura, or Bleu de Septmoncel (PDO))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2008 ta’ l- 24 ta’ Settembru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2008 ta’ l- 24 ta’ Settembru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO))
ĠU L 257, 25.9.2008, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 937/2008
ta’ l-24 ta’ Settembru 2008
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu de Gex Haut-Jura” jew “Bleu de Septmoncel”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
(2) |
Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(3) ĠU C 298, 11.12.2007, p. 21.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:
Klassi 1.3. Ġobnijiet
FRANZA
Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO)