Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0927

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 927/2008 tad- 19 ta' Settembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru ta' l-2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

ĠU L 252, 20.9.2008, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/927/oj

20.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 252/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 927/2008

tad-19 ta' Settembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru ta' l-2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru ta' l-2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2008 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu minn 1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008

(f'%)

1

09.4410

0,781217

2

09.4411

 (1)

3

09.4412

0,864805

4

09.4420

1,494472

5

09.4421

6,509981

6

09.4422

1,331328


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


Top